Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 33 Sports Il-familja Chouhal fl-aqwa tagħha NHAR is-Sibt 13 ta' Frar waqt il-laqgħa tal-Athletics Pre season 2, Sarah Chouhal, ta' AS Libetas li tattendi wkoll l-Iskola Nazzjonali tal-Isport reġgħet kisret ir- rekord nazzjonali tagħha stess fil-hammer throw fil- kategorija cadets b'tefgħa ta' 37.12m. Sarah, li għandha biss 12-il sena qed tkompli fuq il-passi tal-ġenituri tagħha, Rachid u Antonella Chouhal, żewġ atleti nazzjonali li żgur li m'għandhomx bżonn ta' introduzzjoni fix-xena lokali. Sarah, apparti fil- hammer throw, u throws oħra qed tikseb riżultati eċċellenti wkoll fil-long jump u fuq it-trakka fejn il-wirjiet tagħha qed jitjiebu, kompetizzjoni wara l-oħra. Riċentament, hi wkoll ħadet sehem fil- London Indoor Games fejn għalkemm kienet fil-kategorija U15, spiċċat fis-sitt post overall fit-800 metru. Dan ir-riżultat kien wieħed eċċellenti meta tqis li din kienet qed tikkompeti ma' atleti sa tliet snin ikbar minnha. Din is-sena rebħet ukoll l-endurance league li huwa organizzat mill- MAAA. Apparti Sarah, il-ġenituri tagħha Rachid u Antonella jinsabu wkoll f 'forma eċċellenti din is-sena. Huma t-tnejn qegħdin jippreparaw għall- Kampjonati Masters li se jsiru f 'Ancona fl-Italja f 'April li ġej, kif ukoll għall- European Team Championships li għall-ewwel darba se jsiru hawn Malta f 'Ġunju li ġej. Antonella Chouhal kellha prestazzjonijiet tajba ħafna fid-discus throw fejn hija tefgħet tefgħa ta' 41.23 metri. Dan ir-riżultat hu l-aqwa tagħha għal dawn l-aħħar snin u qrib ħafna tar-rekord nazzjonali tagħha stess li għamlet tmien snin ilu. Apparti dan, hija kellha prestazzjoni tajba fix-shot put fejn spiċċat fir-raba' post fil-London Indoor games, żewġ ċentimetri biss bogħod mit-tielet post. Fil-hammer throw, hija kompliet turi d-dominanza tagħha wkoll fejn fl-aħħar laqgħa tal- atletika kienet biss nofs metru bogħod mir-rekord nazzjonali tagħha stess. Fil- Kampjonati Masters hija se tikkompeti f 'erba' dixxiplini li huma d-discus, ix-shot, il-hammer u l-weight throw li hija dixxiplina li ma ssirx kompetizzjoni tagħha lokalment. Hija qed tittama li jkollha prestazzjonijiet tajba u ttejjeb il- pożizzjoni li kisbet is-sena l-oħra fil- Kampjonati Mondjali Masters fejn hija spiċċat fl-10 post minn 32 atleta. Is- sena l-oħra, spiċċat mal- ewwel 20 fil-Masters Ranking tal-kategorija tagħha. Rachid Chouhal li qed jipprepara wkoll għall-European Masters u l-European Team Championships, ukoll għaddej minn forma tajba. Il- prestazzjoni tiegħu fil-hammer throw kienet impressjonanti b'tefgħa ta' 45.39m. Meta wieħed jikkunsidra li Rachid huwa sprinter u jumper, din il-prestazzjoni tista' tiġi deskritta bħala waħda eċċellenti. Rachid spikka s-sena l-oħra fejn spiċċa world leading fil-100m u 200m tal-age group tiegħu, fil-Kampjonati Mondjali Masters huwa spiċċa fir- raba' post minn 96 atleta fil-100m, ir-raba' post fil-200m u l-ħames post fil-long jump. Hu jittama li din id-darba jirnexxielu jitla' fuq il-podju ta' dan il- Kampjonat prestiġjuż fejn il-livell huwa għoli ħafna. Ovvjament, dawn is-suċċessi ġew bis-saħħa ta' sagrifiċċji kbar tagħhom u l-ħinijet twal ta' taħriġ. F'din il-familja hemm ukoll Kareem Luca. Huwa għadu kif jibda l-atletika u għadu jikkompeti fil- kategorija kids u qed jispikka wkoll fit-throws, fil-Winter Championships li ġew organizzati mill-MAAA u spiċċa fl-ewwel post f 'din id-dixxiplina. Apparti atleti, Rachid u Antonella, huma kowċis ta' diversi atleti prominenti hawn Malta. Antonella tikkowċja lil Sarah Chouhal, Luca Martini u Karol Spiteri fit- throws, fejn dawn kollha riċentament kisbu rekords nazzjonali fit-throws fil-kategoriji nazzjonali tagħhom. Min-naħa tiegħu, Rachid Chouhal, jikkowċja atleti bħal Nicole Attard Glivau li s-sena l-oħra ħadet sehem fil-Commonwealth Youth Championships u waslet sas-semi finali, Sarah Busuttil li kienet parti mit- tim tar-relay tal-4x100 li kiser ir-rekord nazzjonali f 'Baku, fl-Azerbaijan, lill- istess Antonella Chouhal u ħafna atleti ta' prominenza fix-xena lokali. Il-prospetti għal din il- familja sportiva jidhru sbieħ u żgur mhux l-aħħar darba li se nkunu qed nisimgħu bis-suċċessi tagħhom. Ovvjament, l-atletika tirrekjedi ħafna ħinijiet twal ta' taħriġ u dedikazzjoni. L-atletika tifforma parti integrali mill-ħajja ta' din il-familja. Huma jgħixu l-atletika bħala familja u jippruvaw jifhmu u jgħinu lil xulxin, fuq kollox l-emozzjoni li tagħtik l-atletika. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-familja Chouhal, xtaqet tirringrazzja lill- għalliema u l-kowċis tat-tifla tagħha, Sarah, fi ħdan l-Iskola Nazzjonali tal-Isport tal-appoġġ kontinwu li jtuha, lill- MAAA, MOC, lil Team Chouhal u lill-isponsor tiegħu, Go & Fun, għax- xarbiet u s-supplimenti li jipprovdulu. Rachid Chouhal Sarah Chouhal Antonella Chouhal Sprint fenomenali tagħti rebħa memorabbli lil Pierre Borg PIERRE Borg tal-Mosta Cycling Club rebaħ l-ewwel tellieqa tal-istaġun tal-Kampjonat taċ- ċikliżmu. Nhar il-Ħadd 31 ta' Jannar, il-Mosta Cycling Club organizza tellieqa fuq il-korsa tal- bypass ta' Ħaż-Żebbug. L-aqwa ċiklisti ta' Malta kollha ħadu sehem f 'din it-tellieqa ta' 100km. It-tellieqa bdiet mill- ewwel b'pass b'saħħtu fejn kien hemm diversi attakki minn ċiklisti ta' diversi klabbs biex jippruvaw ikunu f 'ħarba u jantiċipaw il-grupp. Imma ċ-ċiklisti tal-Mosta kienu ferm attenti biex jinnewtralizzaw kull attakk. F'nofs it-tellieqa, Etienne Bonello, tal- Greens Cycling Club, li kien wieħed mill-favoriti għar-rebħa fina li kien involut f 'waqgħa li fortunatament ma kellha l-ebda konsegwenzi koroh. Kollox kien jidher li t-tellieqa kienet se tispiċċa bi sprint finali. Fl-aħħar ftit kilometri tat- tellieqa, Borg, irnexxielu jsib pożizzjoni tajba għall-isprint u b'saħħa fenomenali fetaħ l- isprint tiegħu fl-aħħar 200 metru. Ħadd ma rnexxielu jlaħħaq mal-isprint b'saħħitha ta' Borg biex irnexxielu jirbaħ it-tellieqa f 'ħin ta' sagħtejn u 40 minuta. Borg irnexxielu jegħleb l-isfida taċ-champion renjanti Maurice Formosa ta' 'The Cyclist', li spiċċa fit- tieni post. Steve Sciberras tal-Agones, spiċċa fit-tielet post. Ta' min jirrimarka li seħħ inċident fejn ġew involuti żewġ ċiklisti fl- aħħar ftit metri tat-tellieqa. Iċ-ċiklisti ttieħdu l-isptar bi ġrieħi ħfief. Ikkuntatjat minn din il- gazzetta, Pierre Borg, qal li jinsab kuntent ħafna b'din ir-rebħa. Wara li s-sena l-oħra, kellu ħafna injuries u ma setax ikollu l-forma li xtaq, f 'din ix-xitwa huwa tħarreġ tajjeb u mingħajr injuries, u b'hekk wasal għal din it-tellieqa b'forma tajba. Huwa jinsab kuntent li beda l-istaġun b'rebħa u jinsab ferm sodisfatt li rebaħ it-tellieqa li ġiet organizzata mill-klabb tiegħu stess. Pierre Borg xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu, Keith Galea, li tant jemmen fit-talent tiegħu, lill-klabb Mosta C.C., u lill- familja tiegħu tas-sapport kontinwu li huma jtuh. Iċ-ċiklista Pierre Borg jifraħ wara li rebaħ l-ewwel tellieqa tal-istaġun fil- kampjonat lokali taċ-ċiklizmu Ritratt: Wally Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016