Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 9 Aħbarijiet pastizz fil-ġimgħa minn triq waħda minn Mark Borg L-ILLUM iddeċidiet li din il-ġimgħa toħroġ fi triq f 'San Ġwann biex tesplora n-negozju tal-pastizzi. Fi triq partikolari, hemm tlett iħwienet tal-pastizzi tefgħa ta' ġebla 'l bogħod minn xulxin. Bejniethom dawn ibigħu madwar 8,800 pastizz fil-ġimgħa, medja ta' aktar minn 1,200 kuljum. Mill-bidu nett ikolli niddikjara l-interess tiegħi u nammetti li jien wieħed li nħobb il-pastizzi – kull tip ta' pastizz…u għal min għandu moħħu maħmuġ, qed nirreferi għall-pastizzi tal-irkotta u tal-piżelli. Anke meta kont ngħix barra minn Malta kont nixtri l-pastizzi friżati magħmulin minn Maltin tal-Awstralja u kultant żmien nitfa' pakkett minnhom fil-forn biex inkun nista' ngawdi din it-togħma li toriġina minn din il-gżira. U issa li ninsab imdawwar bihom, ma jonqosx li forsi niekol aktar milli jmissni. Jien naf li dawn mhumiex l-aktar ikel nutrittiv u nammetti li kieku ma kontx naf dan, kont probabbli niekol ħafna aktar pastizzi. Is-sid ta' wieħed minn dawn il-ħwienet qalilna li fil-fatt, il-bejgħ naqas sew f 'dawn l-aħħar snin. Imma anke bħala konsumatur regolari tal- pastizzi, id-diskursata qasira li kelli ma' dawn is-sidien tal- ħwienet kienet informattiva ferm. Tgħallimt, per eżempju, li tilar, jew landa, jista' jkollu 24, 30 jew 35 pastizz fih. Waqt li kien qed idaħħal it-tilari tal-pastizzi fil-forn meta deffist imnieħri fin- negozju tiegħu, dan l-istess sid qalli li t-tort huwa tal- iskejjel li qed idawwru t-tfal kontra tagħhom. Bl-aroma tal-pastizzi madwari f 'qalbi għidt, 'x'ħasra!' Iżda b'moħħi għidt, 'l-iskejjel għandhom responsabbiltá li jagħtu lit-tfal edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni.' Minkejja dan, xorta jbiegħ madwar għaxar tilari ta' 24 pastizz kuljum, jiġifieri madwar 240 kuljum. Staqsejtu jekk in- nuqqas tal-bejgħ tal-pastizzi kienx ifisser bejgħ ogħla ta' prodotti oħra. Qalli li n-nies qed jippreferu jixtru t-torti tat-tiġieġ u l-faqqiegħ. Din kienet l-istess esperjenza li kellu sid ta' ħanut ieħor li tkellimna miegħu li qal li kien hemm żieda fil-bejgħ tat-torti tat-tiġieġ. Dan għadu jbiegħ ammont sostanzjali ta' pastizzi – 110 tilar ta' 30 pastizz fil-ġimgħa, jew medju ta' 470 kuljum. Dan l-istess sid qalilna li l-bejgħ ivarja skont il-ġurnata tal-ġimgħa. Nhar ta' Ġimgħa u s-Sibt jinbiegħu ħafna aktar. It-tielet ħanut li żorna jbigħ aktar pastizzi mit-tnejn l-oħra, 15-il tilar ta' 35 pastizzi kuljum, jiġifieri 3,675 fil-ġimgħa. Minkejja dan, xorta ra nuqqas fil-bejgħ tal-pastizzi imma kien hemm prodotti oħra li baqgħu jimxu tajjeb bħall-pizza, l-aranċini, l-qassatat, u t-torti. Ma stajtx ma naħsibx li jekk minn triq waħda, minn tlett iħwienet, jinbiegħu 'l fuq minn 8,000 pastizz fil-ġimgħa, kemm jiġu kkunsmati pastizzi madwar il-pajjiż meta naraw tant ħwienet tal-pastizzi ma' kullimkien? L-unika policy tajba għall- obeżitá hija dik li titwettaq WAQT li kien qiegħed jitkellem f 'konferenza tal-Ministri tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea li saret fl-Olanda dwar titjib fil-prodotti tal-ikel għal għażliet aħjar għal saħħitna, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne qal li l-unika policy tajba biex tikkumbatti l-obeżitá hija dik li fil-veritá tiġi mwettqa. Fearne qal li l-problema tal- obeżitá fit-tfal, hija problema reali li ta' kull sena qed issir dejjem agħar, b'konsegwenzi kbar fuq il-popolazzjoni u s-sistema tas-saħħa. "It-tfal obeżi se jsiru adulti obeżi, b'riskju akbar li jbatu minn ċertu kundizzjonijiet, fosthom mard kardiovaskulari, dijabete, kanċer u atrite," qal Fearne. Huwa qal li għaldaqstant f 'pajjiżna qegħdin nagħmlu diversi programmi biex nibdew nindirizzaw din is-sitwazzjoni. Fearne ħeġġeġ lill-awtoritajiet Ewropej u diniji tas-saħħa sabiex jibdew jagħtu l-istess impenn u riżorsi sabiex jindirizzaw l-obeżitá daqs kull kundizzjoni medika oħra. "Bħala dipartiment tas- saħħa, aħna nfejqu l-mard u l-kundizzjonijiet bħad- dijabete, kanċer u problemi tal-qalb, iżda għadna ma nikkurawx l-obeżitá. Dak li nieklu jaffettwa u għalhekk irridu nibdew propju minn hawn," kompla Fearne. Huwa qal li fost inizjattivi li se jkun qiegħed jieħu dan il-Gvern, hemm dik li tkompli tippromwovi d-dieta Mediterranja u li din tkun inkluża aktar fil-menus tar- restoranti. "Irridu wkoll niddiskriminaw b'mod tajjeb mal-ikel bnin, billi jkollna tikketti tal-ikel għall-ikel bnin u l-benefiċċji li dawn joffru għalina," qal Fearne. "Min-naħa l-oħra, huwa veru li mhux kull ikel jagħmel l-istess effett lill- istess persuna, u x'suppost għandek tiekol jista' jvarja minn persuna għall-oħra. Għaldaqstant, irridu nkomplu ninvestu fir-riċerka għall- mediċina personalizzata, li tista' tgħinna biex nifhmu aħjar il-problema tal-obeżitá u tgħinna negħlbuha b'aktar faċilitá," temm jgħid Fearne. Il-Gvern se jkun qed jieħu l-inizjattiva li jippromwovi d-dieta Mediterranja 8,800

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016