Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 17 J ekk qatt kien hemm bżonnha, din il-ġimgħa kellna konferma li dan il-Gvern huwa l-unika forza politika f 'pajjiżna li huwa kapaċi jwettaq riforma ħolistika fil- ġustizzja. Riforma li l-għan aħħari tagħha huwa li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tkun aħjar u iktar effiċjenti. Għandna Oppożizzjoni mhux preparata li tieħu deċiżjonijiet importanti. Oppożizzjoni li sempliċiment tara ċaqliqa x'imkien, u tipprova titla' fuq karru mingħaliha li ħa tirbaħ ftit punti politiċi. Fil-bidu tal-legislatura smajna lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li l-ikbar prijoritá hija l-ekonomija, għax dan huwa Gvern li joħloq il-qgħad. Induna li mhux se jkampa b'dan l-argument u beda jsemmi s-saħħa. Jgħidilna li ma kellniex pjan, jgħajjarna fuq mediċini out of stock u waiting lists. Malli nduna li mhux se jirbaħ punti politiċi, beda jgħidilna li t-traffiku l-ikbar kriżi tal-pajjiż u għadhom qed jiktbu l-proposti short term. Imbagħad l-ambjent. U kollox kriżi, u kollox korruzzjoni. Simon Busuttil sempliċiment itir mar-riħ u jara ma' xiex ħa jaqbad skont il-kalkoli politiċi tiegħu. Għamel l-istess fuq il-ġustizzja. Il-pjan ta' Simon Busuttil għal dawn il-ħames snin huwa miktub iswed fuq l-abjad fil-manifest elettorali li ftaħar li kiteb hu stess. Dak it-twemmin tiegħu. Kieku kien hu fil-Gvern, l-iktar li kien iwettaq huwa dak li wiegħed. Jiġifieri ebda rapport Bonello, ebda riforma ħolistika u ebda bidla fil-ħatra tal-ġudikanti. Imma ra ċaqliqa. Ħaseb li jista' jirbaħ xi ħaġa in the short term. U qalilna li dak li m'għamilx il-Gvern fi tliet snin, hu issa kien se jagħmlu fi tlett ijiem. Aħna mal-ewwel appellajna li riformi serji fil-qasam tal-ġustizzja ma jsirux hekk. Dan mhux logħob tat-tfal, mhux affarijiet tal-gallarija politika. Jien personalment wissejtu fil-Parlament biex ikun kawt għaliex jekk se jgħaġġel, se jitgerbeb. Riformi tal-ġustizzja jsiru fuq pjan maħsub. Pjan li aħna konna wegħedna qabel l-elezzjoni ġenerali u li issa qed inwettqu. Pjan li jaħseb fil-ħatra, imma wkoll fil-kundizzjonijiet, fl-effiċjenza u fid-dixxiplina tal-ġudikanti. Pakkett sħiħ, kif anke tatna parir nagħmlu l-Kummissjoni Bonello. Ma ħax il-parir tagħna. Għaddas rasu u biex jipprova jidher sabiħ fuq il-kameras, ġie l-parlament u qalilna li llum – mhux bħal 3 snin ilu – jemmen fil-bidla li qed tipproponi l-Kummissjoni Bonello. Għaddew ftit sigħat, ġie b'karta l-Parlament, u qalilna li se jagħmilha hu r-riforma. Tara l-proposti, u ssib li kien qed jitkellem fuq ħaġa waħda biss u minn fuq, issib li l-proposti li dam xhur jgħid li kienu se jkunu ta' Bonello, ma kinux ta' Bonello! Eżempju l-Kummissjoni Bonello pproponiet mod fuq in-nies li kellhom jiffurmaw il-Kumitat tal-Għażla tal-ġudikanti, u Simon Busuttil ippropona mod ieħor. Eżempju ieħor: il-Kummissjoni Bonello tgħid li għandu jinżamm in-numru ta' snin li avukat irid ikun jaħdem fil- professjoni biex jilħaq fil-ġudikatura, u Simon Busuttil ippropona mod ieħor. Għax Simon Busuttil, mhux mir- riforma jinteressah imma l-aqwa li jidher li qed jagħmel xi ħaġa. B'dan il-mod, fit-tul, ma tistax tirnexxi. Fil-fatt, għaddew ftit jiem u fil- Parlament kellna konferma li l-abbozz li ressaq Simon Busuttil seta' lanqas biss jiġi diskuss. Jinvolvi money bill u lanqas kien jaf, l-istess Simon Busuttil li tant ipprova jgħallimna xi tgħid il- Kostituzzjoni. Jiġifieri m'għamilhiex f '25 sena, ma wegħdhiex għall-ħames snin ta' wara, u issa li ħareġ bi proposta biex jidher li għandu xi ħaġa, kienet żbaljata u lanqas tikkwalifika biex titla' għad-diskussjoni. Inkompetenza fuq deċiżjoni waħda li kellu jieħu, aħseb u ara kieku jkollu jieħu deċiżjonijiet ta' kuljum f 'oqsma differenti fit-tmexxija tal-pajjiż. Dak li ġara fil-Parlament, huwa sintomatiku tal-Kap tal-Oppożizzjoni – meta tgħasar, ma ssib xejn. Fuq il-mejda tad-diskussjoni, issa hemm biss l-abbozz tal-Gvern, li mhux ħareġ bih ta' malajr, imma li wegħdu qabel l-aħħar elezzjoni u li ilu xhur jaħdem fuqu. Qabblu ftit 25 sena tal-gvernijiet preċedenti, u t-tliet snin tal-lum. Paragun sempliċi. Fi tliet snin biss, wettaqna ħafna riformi. Ir-riforma fi 18-il punt: 1) Id-dritt tad-disclosure waqt l-arrest; 2) Id-dritt ta' informazzjoni u traduzzjoni waqt l-arrest; 3) Ħarraxna l-pieni f 'każ ta' esplojtazzjoni sesswali ta' minuri; 4) Daħħalna l-Asset Management and Recovery Bureau; 5) Daħħalna linjigwida u d-dritt ta' appell minn deċiżjonijiet tal-AG f 'kawzi tad-droga; 6) Estendejna l-plea-bargaining fil- Qrati kriminali kollha; 7) Id f 'id mal-aħħar punt, daħħalna d-dritt li wieħed jammetti waqt il- kumpilazzjoni, u jingħata sentenza immedjatament; 8) Irriformajna mill-qiegħ il-liġijiet tad-drogi biex inkunu iktar ġusti ma' min hu vittma tal-vizzju; 9) Daħħalna d-dritt li f 'każijiet ta' annullament, il-Qrati Ċivili ma jkollhomx jistennew it-tribunal ekkleżjastiku, imma jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin jisimgħu l-kawza; 10) Saħħahna l-Witness Protection Programme; 11) Biddilna l-liġi li tirregola ċ-ċertifikati tal-kondotta li kienet qed tikkawża tbatija enormi fuq ħafna ċittadini; 12) Implimentajna r-regolamenti dwar is-suċċessjoni transkonfinali; 13) Daħħalna elenku sħiħ ta' għodod ġodda lill-informatika bħal diferimenti bl-SMS, u emails lill-avukati b'digrieti u traskrizzjonijiet tax-xhieda; 14) Ftaħna l-Judiciary's Building; 15) Żidna l-kompetenzi tal-Qrati tal- Maġistrati; 16) Daħħalna pakkett ta' emendi għall- proċedura ċivili li naqqsu l-burokrazija u qed jgħinu biex il-kawżi jgħaġġlu iktar; 17) Daħħalna sistema ta' Court Attorneys li diġá qed tħalli d-differenza; 18) Bdejna proġett pilota għall- prosekuzzjonijiet permezz ta' avukat u mhux membru tal-Korp tal-Pulizija. Dawn huma biss ftit eżempji. Biex ma nsemmix il-liġi tal-preskrizzjoni fuq reati ta' korruzzjoni magħmula mill- politiċi, il-liġi tal-whistleblower u l-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Dak li ma sarx f '25 sena, sar fi 3 snin biss, f '35 xahar biss. Ir-riżultati qed jinħassu, il-kawżi qed jgħaġġlu iktar speċjalment fil-kamp ċivili, u dan ma ngħidux jien, imma tgħidu l-Kummissjoni Ewropea. Jgħiduh ukoll in-nies li qed jaraw li fl-aħħar bdejna nbiddlu r-rotta għall-aħjar. Ovvja li fadal xi jsir. Ovvja li tista' tikkritikana. Ovvja li għad irridu naħdmu iktar biex il-qasam tal- ġustizzja jkompli jmur 'il quddiem u jinqala' mill-fondoq li nstab fih. Għandi lista ta' affarijiet f 'moħħi li għadni m'iniex kuntent dwarhom u li rrid li l-affarijiet jinbidlu. Nixtieq nara sistemi ta' evalwazzjoni aħjar, nixtieq nara performance u quality indicators professjonali tal-ħidma tal-Qrati. Peró, l-affarijiet mexjin 'il quddiem u r-riżultati qed jidhru. Appell lill-Oppożizzjoni biex issa, jekk vera temmen fil-ġustizzja tieqaf tkun negattiva u distruttiva. Meta tkellimt mal-Oppożizzjoni fuq l-ideat tagħna, sibt li kienet laqgħa pożittiva. Nawgura li anke fil-Parlament ikollna l-istess attitudni. Fuq din il-kwistjoni m'hemmx partit jew ieħor imma l-interess nazzjonali. Ejja niġbdu ħabel wieħed biex jitwettaq pass ieħor importanti tar-riforma li qed isseħħ. Opinjoni OWEN BONNICI Qattusa għaġġelija "Simon Busuttil sempliċiment itir mar- riħ u jara ma' xiex ħa jaqbad skont il-kalkoli politiċi tiegħu"