Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il- futbo l? Meta kont tifel żgħir kont nilgħab il-futbol ma' sħabi fit-triq. Kien hemm missieri li kien iħobb il-futbol ukoll. Ħija kien jilgħab ukoll, u b'hekk tħajjart biex nibda nilgħab il-futbol man- nursery ta' Birkirkara. Wara ngħaqadt ma' Lija Athletic u Pietà Hotspurs, biex imbagħad bdejt l-esperjenza mill-aqwa tiegħi ma' Birkirkara. X'irbaħt ma' dan it-tim? Irbaħt żewġ Kampjonati ma' Birkirkara. Hemmhekk lgħabt taħt il-gwida tal-kowċ Stephen Azzopardi, li kien hu li ntroduċieni fil-Premier. X'inhuma l-fehmiet tiegħek fuq dan il-kowċ? Bla dubju li huwa wieħed mill-aqwa kowċis li hawn f 'pajjiżna. Bħala eks plejer ta' Birkirkara u l-fatt li int propju minn dan ir-raħal, tħoss xi emozzjoni partikolari kull darba li taffronta lil dan l-eks tim tiegħek bil- flokk ta' Valletta? Ma nħoss xejn partikolari. Jien għandi ħbieb u l-familja tiegħi minn Birkirkara, iżda jien nagħmel xogħli bħala plejer ta' Valletta u l-ħajja tkompli b'mod normali. Lgħabt ukoll għal sena u nofs ma' Sliema Wanderers, fejn ippermettieli ngħidlek li ma' dan it-tim ma tantx impressjonajt... Mhux eżatt. Lgħabt sena u nofs ma' Sliema Wanderers, iżda fiż-żmien li fih jien kont nilgħab magħhom, riedu jneħħuni minħabba li kellhom problemi finanzjarji. Imbagħad ġew għalija Valletta, u jien mal-ewwel aċċettajt l-offerta tagħhom. Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek s'issa mal-Beltin? Ninsab kuntent ħafna. Magħhom irbaħt kampjonat bla telfa, kampjonat ieħor li kien l-20 wieħed fl-istorja tagħhom, u għalhekk ġiet it-tieni stilla fuq il-flokk Belti. Magħhom irbaħt ukoll l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena. X'fisser għalik dan l-unur personali ferm prestiġjuż? Kont kuntent ħafna meta rbaħt l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena. Dan mhux premju li tirbħu mingħajr tbatija. Huwa premju li trid taħdem ħafna għalih b'ħiltek kollha waqt li importanti wkoll huma sħabek il-plejers. Dan għaliex jien nilgħab il-futbol, li huwa 'team sport' ieħor u mhux sport individwali. Biex tirbaħ unur personali, irid jikkontribwixxi kulħadd fit-tim, mill- president 'l isfel. Dan għaliex ma tistax taqbad il-ballun minn wara, tibqa' għaddej u tiskorja. Biex tirbaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena, trid tkun veru tajjeb u jiġik kollox favurik, għax hawn Malta hawn diversi talenti tajbin fil-futbol. X'tikkummenta dwar il-gowl li permezz tiegħu ssiġġillajt ir-rebħa ta' 2-0 kontra r-rivali Birkirkara, biex Valletta rebħu t-22 kampjonat? Dak il-gowl fisser ħafna għalija għax ġie wara storja partikolari. Il-kowċ ta' dak iż-żmien ried jibda bl-istess tim tal-logħba ta' qabel kontra Balzan li fiha jien ma kontx inkluż, minħabba kwistjoni ta' ammonti ta' karti sofor, u li għalhekk jien stajt niġi sospiż. B'hekk fil-logħba finali kontra Birkirkara, ma kontx bdejt mal-ewwel 11, u jien kont xi ftit maħruq. B'hekk ir-reazzjoni tiegħi meta skorjajt kienet waħda elettrifikanti. Il-fatt li tidħol fl-azzjoni tard fil-logħba, tiskorja u tirbaħ il- kampjonat, hija xi ħaġa fenomenali. X'inhuma l-opinjonijiet tiegħek fuq il-kowċ preżenti ta' Valletta, Paul Zammit? Naħseb li kulħadd jaf li bħal Stephen Azzopardi, Paul Zammit, huwa wieħed mill-aħjar kowċis li għandna f 'Malta. Huwa kowċ dedikat u professjonali ħafna. Naħseb li m'hemm xejn iktar xi tgħid fuqu. Anki fit-taħriġ, qisu għandek ħabib li tista' tkellmu fuq kollox. U fuq il-president ta' Valletta Victor Sciriha, u l-membri tal-kumitat sħabu? Il-president Victor Sciriha huwa wieħed ta' min ifaħħru bis-sħiħ, u anki l-membri sħabu tal-kumitat fosthom il-Viċi-Presidenti Alexander is-'Sunny' Fenech u Paul Spiteri, li jgħinu ħafna lill-klabb Belti. Naħseb li fil-klab ta' Valletta, qed tinħass għaqda kbira li huwa fattur ewlieni, għaliex il-partitarji numerużi ta' Valletta qed jerġgħu jiġu bil-mijiet isegwuna fid-diversi stadia ġewwa Malta. Qabel il-bidu tal-istaġun, l-iktar minħabba l-fatt li t-tim ta' Valletta kien kompletament mibdul mill- istaġun ta' qabel, ftit kien hemm aspettattivi li tabilħaqq Valletta setgħu jiġġieldu għall-unuri prinċipali matul dan l-istaġun. Iżda bħal donnu sikkittu lil kulħadd u qed turu li f 'Mejju li ġej, se tkunu hemmhekk biex tkunu sfidanti ewlenin għar-rebħ tal-unuri. X'taħseb li kien is-sigriet li wassal għal dan min-naħa ta' Valletta? Il-kowċ tagħna Paul Zammit flimkien mal-kumitat kollu jafu x'inhuma jagħmlu u jaħdmu bil-għaqal ħafna drabi fis-skiet. Ninsabu fl-ewwel post. Irridu nżommu saqajna mal- art. Fadal ħafna logħob għat-tmiem tal-Kampjonat u kif jgħidu t-tiġrija sal-barkun. Fl-assenza ta' Jonathan Caruana, int tilbes il-faxxa ta' captain ta' Valletta. X'responsabbiltà tħoss kull darba li int tilbes din il-faxxa? Il-faxxa ta' captain tat-tim ta' Valletta tkun tqila wisq però hija xi ħaġa sabiħa li ġġorr din l-faxxa. Dan għaliex fil- passat, il-faxxa ta' captain ta' Valletta ġarewwha ċerti plejers b'isem kbir u għalhekk huwa unur kbir li plejer jilbes il-faxxa ta' captain ta' Valletta. Tieħu pjaċir tara lill-partitarji Beltin jirreaġixxu fil-pożittiv, meta jarawni nilbes il-faxxa ta' captain ta' Valletta. Nirrispetta ħafna lil Jonathan Caruana, għax huwa plejer ferm rispettabli, però fl-assenza tiegħu, meta nkun captain jien ta' Valletta nħossni ferm kuntent, onorat u kburi. X'ifisser għalik kull darba li int tilbes il-flokk tat-tim nazzjonali Malti, biex tirrapreżenta lil pajjiżna? Huwa unur kbir li tilbes il-flokk tat-tim nazzjonali Malti. Għandi tir f 'moħħi li nidħol fil-klabb tal-mija billi nilgħab u naqbeż il-100 logħba mat- tim nazzjonali. Huwa minnu li jien qed nikber fl-età, iżda nħoss li għadni fl- aqwa livelli tiegħi fil-futbol kemm ma' Valletta kif ukoll mat-tim nazzjonali. Madankollu, it-tragward li nilħaq il-100 logħba mat-tim nazzjonali, ma jiddependix għal kollox minni. Dan għax trid tara affarijiet oħra, fosthom li hemm diversi plejers żgħażagħ ta' talent li jinsabu telgħin tajjeb mat-tim nazzjonali Malti. Għandek it-tir li tkun il-captain ta' Malta, jekk Michael Mifsud ma jibqax jokkupa dan l-irwol fit-tim nazzjonali Malti? Jien għandi età daqs Michael Mifsud. Għalkemm fil-bidu ta' dan l-istaġun hu għadda minn perjodu ħażin ma' Sliema Wanderers, m'hemmx għalfejn ngħid li huwa plejer validu mmens u kulħad jaf x'għamel fl-ispettru tal-futbol Malti. Madankollu, jekk jingħatali dan iċ-ċans, kif diġà kelli, fosthom fl-aħħar logħba f 'Firenze, kontra l-Italja, jien inħossni ferm onorat u kburi. Però, sakemm jibqa' jilgħab Michael Mifsud mat-tim nazzjonali, huwa jibqa' l-captain. Jekk insemmielek dak il-gowl kontra r-Repubblika Ċeka, li permezz tiegħu kont ġibt l-iskor indaqs għal Malta, fejn fil-lasti bħala goalkeeper kien hemm Petr Cech, x'tikkummenta? Dak kien gowl li huwa ferm diffiċli biex nerġa' nagħmel ieħor bħalu. Dan għax kien irnexxieli nsib ix-xibka kontra wieħed mill-aqwa goalkeepers tad-dinja, Petr Cech, u li kien għadu ġej mir-rebħ ta' unur maġġuri u prinċipali ma' Chelsea. Meta skorjajt lil goalkeeper ta' din l-istatura mondjali u kontra tim nazzjonali ta' fama u klassi mondjali bħal mhuwa r-Repubblika Ċeka, fejn kien anki irnexxieli nġib l-iskor indaqs għal Malta sa tmiem l-ewwel taqsima ta' dak il-konfront, tħossok qed ittir bil-ferħ. Fil-fatt, jekk terġa' tara l-filmati tal-gowl, tara kemm kont emozzjonat wara li kien irnexxieli nsib ix-xibka! Niġu issa għall-kowċ tat-tim nazzjonali Pietro Ghedin, li ftit tal- ġimgħat ilu tħabbar kif kien iġġedidlu l-kuntratt mill-MFA għal sentejn oħra. Jidher li dan il-kowċ għandu fiduċja assoluta fik... Mingħand Pietro Ghedin, titgħallem biss tista'. Huwa kowċ Taljan bravissimu fejn ninsab kuntent li ġġedidlu l-kuntratt mill-MFA għal sentejn oħra. Dan għalkemm tisma' ħafna tgħajjir u kummenti dispreġġjativi fil-konfront tiegħu. Madankollu, m'hemmx dubju li bħala tim nazzjonali taħt il-gwida ta' dan il-kowċ, għamilna ħafna avvanzi f 'dawn l-aħħar snin. Però, ir-riżultati baqgħu ma waslux... Meta waslu r-riżultati? Għidli int... Naqbel miegħek. Imma ma nistgħux 34 illum | Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 Cristian Antony Muscat Sports Roderick Briffa - wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin, bi rwol indispensabbli kemm għal Valletta, kif ukoll tat-tim nazzjonali Malti, fejn impressjona ferm b' wirjiet mill-aqwa fis-sena 2015 Fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol "Meta tilgħab kontra l-aqwa avversarji fid-dinja, bħall-Italja u l-Kroazja, ma tantx tista' tagħmel mirakli. Kull meta niżbaljaw naqlawha mal-ewwel mill-pubbliku Malti."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016