Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 3 Aħbarijiet Skola primarja fir-Rabat Għawdex għal 600 student LISKOLA Primarja fir-Rabat Għawdex ġiet imfassla biex tesa' 600 student peress li hemm domanda kbira min-naħa tal-ġenituri biex jibgħatu l-istudenti fir-Rabat, Għawdex, minħabba raġunijiet ta' xogħol. Il-Ministru għall- Edukazzjoni u x-xogħol Evarist Bartolo qal, "ma nixtiqux inkomplu niddiżappuntaw ġenituri li jridu jibgħatu lil uliedhom l-iskola primarja tar- Rabat Għawdex." Hu żied li m'hemmx il-ħsieb li jingħalqu xi skejjel ġo Għawdex. Bartolo kien qed jirrispondi mistoqsija parlamentari ta' Chris Said. Investiment ta' €14.4M fi tliet snin fuq bini ġdid fl-MCAST BEJN l-2013 u l-2015 intefqu €14.4M fuq bini ġdid fil- MCAST li jinkludi l-Istitut tax-Xjenza Applikata, l-Istitut tal-Kummerċ u n-Negozju, Dar l-Istudent, il-parkeġġ ta' taħt il-pjazza prinċipali, il- faċilitajiet sportivi u xogħlijiet ta' landscaping madwar il- binjiet ġodda. Bħalissa qed isir xogħol fuq binja fi ħdan l-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport, il-Librerija l-ġdida li ser tkun tinkludi wkoll iċ-Ċentru tal-Apprentistat, iċ-Ċentru tal- Intraprenditorija u t-Taqsima ta' Għajnuna fit-Tagħlim u fuq l-Istitut tal-Informatika u t-Teknoloġija. Din l-informazzjoni ta l-Ministru Evarist Bartolo fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari ta' Godfrey Farrugia. Parkeġġ aħjar għall-muturi TRANSPORT Malta hija konxja taż-żieda fl-użu ta' muturi u qed tevalwa alternattivi sabiex ikun hemm dejjem bilanċ adekwat fil- postijiet ta' parkeġġ, kemm għall-karozzi kif ukoll għall- muturi. Dan qalu l-Ministru Joe Mizzi fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari ta' Frederick Azzopardi li qal li minħabba żieda sostanzjali fl-użu ta' muturi, is-sewwieqa ta' dawn il- vetturi qed isibuha diffiċli meta jiġu biex jipparkjaw. Baqgħu lampa stampa u mingħajr ġustizzja • Il-Preskrizzjoni ta' każi ta' inġustizzja quddiem il-Grievances Units twassal għal rabja fost bosta nies • L-ILLUM tibgħat numru ta' mistoqsijiet imma tiġi injorata minn Albert Gauci Cunningham NUMRU ta' nies li marru għand wieħed mill- Grievances Units li hemm f 'diversi Ministeri, mhux talli ma kellhomx l-inġustizzja li sofrew fuq il-post tax-xogħol rimedjata, talli rċevew ittri li nfurmawhom kif wara li nstemgħet ix-xhieda, l-istess unit waqqaf il-każ u mhux se jipproponi rimedju. Dan minħabba li l-inġustizzja seħħet iktar minn seba' snin ilu, kif ġew mgħarrfin dawn il-persuni. Minkejja dan, it-termini ta' gwida tal-istess units kienu jitkellmu b'mod ċar. Anke jekk kienu jispeċifikaw li l-każi li se jinstemgħu se jkunu dawk li jmorru sa seba' snin ilu, kienu jispeċifikaw ukoll li se jkunu kkunsidrati dawk l-inġustizzji li seħħew qabel u li l-effett tagħhom baqa' jinħass, u l-persuna tbati minnhom f 'dawn l-aħħar seba' snin. Dawn it-termini kienu pubbliċi u ntbagħtu mill- Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar. Minkejja li ġimgħa ilu l-ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill-istess Cutajar, bqajna bla risposta. Dan anke jekk din il-gazzetta bagħtet email oħra u għamlet diversi telefonati biex tfakkar lill-Kap tas-Segretarjat ta' Cutajar li kienet qed tistenna risposta. 'Għalfejn semgħu l-każ la kienu jafu li mhux se jagħtuni rimedju?' Persuna li tkellmet mal-ILLUM u li kienet evidentement irrabjata, staqsiet għalfejn il-Grievances Unit tal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetá Soċjali sema' l-każ tiegħu jekk kien jaf li mhux se jagħtih rimedju minħabba li l-każ kien preskritt. Fl-ittra li din il-persuna wriet lill-ILLUM hemm miktub hekk: "Mix-xhieda u minn dak li ġie mistħarreġ, il-unit ra li ma jista jagħmel l-ebda rakkomandazzjoni hekk kif l-inġustizzja tmur aktar lura minn seba' snin, hekk kif stipulat fiċ-ċirkolari maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru." Minkejja dan, din l-ittra jidher li ħalliet barra parti importanti miċ-ċirkolari tall- istess uffiċċju. Iċ-ċirkolari, ppublikata nhar il-25 ta' Settembru 2014 kienet tgħid b'mod ċar li anke dawk li sofrew inġustizzja qabel is-seba' snin stipulati jistgħu japplikaw biex ifittxu rimedju. Fil-fatt, l-istess parti taċ- ċirkolari kienet riprodotta fi stqarrija tad-Dipartiment tal- Informazzjoni. Din, fi kliem aktar sempiċi, kienet tgħid hekk: "Dawn il-Grievances Units se jkunu qed jistħarrgu talbiet dwar allegati inġustizzji li seħħew fis-seba' snin li għaddew kif ukoll talbiet dwar inġustizzji li jkunu seħħew qabel dan il-perjodu imma li l-konsegwenzi tagħhom affettwaw negattivament lil min ikun qed iressaq it- talba matul is-seba' snin li għaddew." Din iċ-ċirkolari kienet indirizzata lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u kapijiet ta' entitajiet tal-Gvern. 'M'hemmx ħtieġa ta' stħarriġ jew rakkomandazzjoni' Intant, f 'ittra oħra li ħarġet mill-Grievances unit tal- Ministeru għall-Enerġija u Saħħa, il-persuna li kienet ressqet il-każ tagħha fl-2014 kienet infurmata li "ġaladarba l-każ imur lura aktar mis-seba' snin stabbiliti, la kien hemm il-ħtieġa jagħmel stħarriġ u lanqas rakkomandazzjoni." Għal darb'oħra l-effett li kellu l-każ fuq din il-persuna, li fil-fatt għadha taħdem fl- istess post tax-xogħol, kien kompletament injorat. ILLUM baqgħet bla risposti Din il-gazzetta bagħtet numru ta' mistoqsijiet lill- Kap taċ-Ċivil u s-Segretarju Permanenti Prinċipali Mario Cutajar dwar dawn l-ilmenti. Minkejja li l-mistoqsijiet intbagħtu nhar l-Erbgħa 17 ta' Frar li għadda, sakemm morna għall-publikazzjoni konna għadna bla risposta. L-ILLUM staqsiet fuq liema kriterji kien deċiż li ma jinstemgħux każi li ġraw iktar minn seba' snin ilu. Staqsiet ukoll lil Cutajar biex jispjega aħjar xi tfisser il-parti li tgħid li persuna tista' tressaq il-każ tagħha jekk f 'dawn l-aħħar seba' snin baqgħet tbati mill-inġustizzja li saret qabel. Staqsiet kif se jkun determinat li inġustizzja affetwat lil persuna negattivament f 'dawn l-aħħar snin. Finalment, l-ILLUM staqsiet ukoll jekk xi ħadd li sofra inġustizzja fuq il-post tax- xogħol seba' snin ilu u għadu fl-istess post tax-xogħol illum, għandux dritt li jkollu l-każ tiegħu quddiem il- Grevances Unit u li jingħata rakkomandazzjoni għal rimedju jekk ikun pruvat li seħħet inġustizzja. Numru ta' nies marru għal ġustizzja u baqgħu b'xejn 'Il-kaċċa u l-insib mhumiex kompatibbli ma' Park Naturali' - Birdlife BIRDLIFE Malta qalet li tilqa' bi pjaċir il-fatt li se jitwaqqaf il-Park Naturali tal-Inwadar, peró tinnota li l-kaċċa u l-insib, kif ukoll kull attività oħra tal-bniedem, se jitħallew li jseħħu fil-konfini tal-park "Bħal fil-każ tal-Park Naturali tal-Majjistral, li kien twaqqaf mill- amministrazzjoni ta' qabel, il-kaċċa u l-insib tħallew iseħħu għaliex l-awtoritajiet ma kellhomx il-ħila li jifhmu l-impatt negattiv tal-kaċċa u l-insib fuq l-ambjent naturali," sostniet il- Birdlife. L-għaqda ambjentali kompliet issostni li park naturali għandu jkun mużew ħaj fejn il-pubbliku jkun jista' jesperjenza u japprezza n-natura fl- istat naturali tagħha. "Jekk il-kaċċa u l-insib jitħallew iseħħu, hemm tkun kontradizzjoni tal-kunċett ta' park naturali għax il-kaċċa u l-insib, jeqirdu n-natura mhux jissuplixxuha." Għalhekk, matul l-istaġun tal-kaċċa l-pubbliku ma jkunx jista' jgawdi l-park u ma jitħalliex jimxi fil- libertà minħabba l-kaċċa u l-insib. BirdLife Malta tħeġġeġ lill-Prim Ministru biex jieħu l-passi neċessarji biex ma jħallix kaċċa u nsib biex l-Indawar jkun veru park naturali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016