Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016| illum 5 Aħbarijiet Konrad Mizzi ta' negozju u kemm dan se jagħmel profitt? Il- Partit Laburista fil-Gvern m'għandux l-irwol ukoll li jara li kull min huwa impjegat, minflok jingħafas u jingħasar, qed jingħata biċċa mis-suċċess? Inkella x'partit Laburista hu dan? Jekk se jħares u jibqa' jħares biss lejn il-profitt u jeħodha for granted li dak il-profitt se jitgawda minn kulħadd, mela allura mhux qed jaqdi dmiru ta' partit soċjalista, lejn l-għeruq soċjalisti tiegħu. Mizzi dan jeħtieġ ibiddlu. Mizzi jeħtieġ ibiddel din l-idea perċeputa, sforz fatt jew le, li għal-Labour jgħodd biss il-profit and loss account. Il-mezzi tax-xandir tal- partit Laburista Mizzi jeħtieġ ibiddel il-lingwaġġ tal-partit u tal-midja tal-partit. Jeħtieġ li jaħdem biex min qed jisma' l-messaġġ tal-partit, jisma' realtajiet. Realtajiet ta' suċċess, mela le, u oħrajn li għadhom mhux ta' suċċess. Imma mhux ċifri. In-numri jfissru ftit. In-numri importanti, imma qegħdin hemm fuq fl- arja, il-poplu qiegħed hawn, fit-triq. Mizzi jeħtieġ jerġa' jdawwar il-midja Laburista f 'megaphone tal-poplu. Mhux biss tal-Laburisti, iżda tan-nies. Irid idawwar il-midja, li bħalissa hija nofsha mejta, f 'waħda li titkellem l-istess lingwaġġ tan-nies. Jeħtieġ li jbiddel il-prevedibbli u s-soltu kantaliena stunata ta' "il- gvern preċedenti," għal enerġija ġdida ta' partit tan- nies. Assoċjat wisq ma' opportunisti? Lil hinn mill-ideoloġija hemm din l-idea li l-Partit Laburista qed jagħti xi status speċjali lil dawk li pubblikament qalu li se jivvutaw lill-Partit Laburista għall-ewwel darba fl-aħħar elezzjoni. Tajjeb li Mizzi jiftakar li min ivvota lill-Partit Laburista għall-ewwel darba u kien onest, għamilha għax ħass li hekk kien hemm bżonn isir, mhux għax kien hemm premju oħxon jistennieh. Ċerti ħatriet u l-fatt li l-Gvern appoġġjahom, tant darrset, li kienet imsaħħa l-perċezzjoni li l-partit jixtri lil min hu opportunist u jbigħ lil min hu ġenwin, speċjalment jekk taħsel tkun Laburist tal-partit. Jekk dan hux veru jew le, ma nistgħux ngħidu fiċ-ċert. Probabbilment mhux il-każ. Imma l-perċezzjoni li dan huwa l-każ tant hija qawwija, li Mizzi ma jistax jinjoraha. Jeħtieġ jaħdem biex inissel sens ta' appartenenza mill- ġdid fil-Partit Laburista. Jirrestawra l-Moviment Il-moviment li ngħaqad mal-Partit Laburista għall- aħħar snin qabel l-elezzjoni tal-2013 kien wieħed formidabbli u b'saħħtu. Iżda dik il-fortizza illum bdiet titlef il-pedamenti tagħha. Għaliex? Għax dak li kien jgħaqqad lil tant eluf kbar ta' nies, illum qed jgħaqqad ħafna inqas. Wara l-elezzjoni, ma baqgħetx l-idea ta' moviment, imma kulħadd ħaseb għal rasu, għax imbagħad it-tir tal-bidla kien intlaħaq. Bħalissa l-unika kolonna ta' dak li kien jissejjaħ moviment huwa Joseph Muscat. Jinżel hu u jisparixxi dan il-moviment. Konrad Mizzi jeħtieġ jerġa' jfittex fatturi oħrajn, lil hinn mis-sempliċi kult tal- personalitá. Se jkollu jfittex dawk il-policies u dawk l-għajtiet li se jwasslu biex titqajjem enerġija ġdida fost dawk li tilfuha. Il-veritá hija li bosta switchers għadhom wisq beżgħana mill-Partit Nazzjonalista, biex jerġgħu jivvutawlu. U l-PL iħossu komdu b'dan? Komdu li tliet snin wara li kien elett, diġá sar l-għażla by default? Il-Laburisti jgħidu lil Konrad, 'ħu ħsiebna' Fl-istħarriġ online tal-illum.com.mt ta' din il-ġimgħa GĦAL darb'oħra l-għajta ta' dawk li jappoġġjaw lill-Partit Laburista hija ċara. Sal-ħin li għalaqna l-istħarriġ fuq illum.com. mt il-Ħamis li għadda, ftit ħin qabel Konrad Mizzi kien elett Deputat Mexxej tal- PL, il-maġġoranza assoluta ta' dawk li kienu vvutaw, iħossu li l-ewwel prijoritá ta' Mizzi fil-kariga tal-PL għandha tkun li jieħu ħsieb lil sezzjoni ta' Laburisti. Fil-fatt kienu 69% ta' dawk li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ li huma tal-fehma li l-ewwel prijoritá ta' Mizzi għandha tkun li jieħu ħsieb lil dawk il-Laburisti li jinsabu mweġġgħin jew diżappuntati minħabba esperjenzi personali. Kienu 16.3% biss li stqarrew li Mizzi għandu jaħdem biex jerġa' jikkonvinċi lil dawk l-iswitchers li tbiegħdu mill-Partit. Ir-relazzjoni tal-partit mal-mezzi tax-xandir ma jidhirx li hija ta' wisq prijoritá fost dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ tal-illum.com. mt. Fil-fatt kienu biss 5.3% li jħossu li din għandha tkun il-prijoritá ta' Mizzi bħala Deputat Mexxej. Dan ir-riżultat ma jiġix bħala sorpriża u huwa biss konferma tal-artiklu fuq din il-gazzetta u l-istħarriġ tal- gazzetta oħt, il-MaltaToday. L-istħarriġ żvela kif 10% ta' dawk li jqisu ruħhom bħala votanti tradizzjonali Laburisti tant huma rrabjati li kieku ssir elezzjoni illum, ma jivutawx. L-ILLUM staqsiet erba' persuni dwar dan il-fenomenu ta' Laburisti rrabjati u erba' deputati Laburisti. L-aktar ilmenti komuni kienu inġustizzji tal-passat li baqgħu mhux rimedjati u l-problema tal-'housing', b'waiting list li bħalissa tlaħħaq it-3,000 persuna. X'taħseb li għandha tkun l-ewwel prijorità ta' Konrad Mizzi bħala Deputat Mexxej tal-PL? 16% 5% 70% Jieħu ħsieb ir-relazzjoni tal-partit mal-mezzi tax-xandir Jieħu ħsieb dawk il-Laburisti li jħossuhom imweġġgħin jew inkwetati Ma nafx 9% Jikkonvinċi dawk l-iswitchers li huma diżillużi dwar il-Gvern "Bosta switchers mhumiex impressjonati imma għadhom wisq beżgħana mill-Partit Nazzjonalista, biex jerġgħu jivvutawlu. U l-PL iħossu komdu b'dan? Komdu li tliet snin wara li kien elett, diġa sar l-għażla by default?" Joseph Muscat...l-aħħar kolonna tal-Moviment Laburista?