Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
4 illum | Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 Aħbarijiet Il-bilanċ delikat li jrid isib Konrad minn Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa, Konrad Mizzi sar deputat mexxej tal-Partit Laburista. Kien elett f 'din il-pożizzjoni taħt dell ta' dubji dwar 'trust' tal-familja f 'New Zealand u kumpanija fil-Panama. Fil-fatt kien hemm xi ftit ta' surrealtá hekk kif fl-istess ħin li f 'Mile End, il-Ħamrun, it-tamiet kienu għoljin u l-attenzjoni kienet fuq l-elezzjoni interna, fil-maġġoranza tad-djar tal-midja u fuq il-portals, l-attenzjoni kienet dwar it- trusts u l-Panama. Imma x'se tkun il-miżura aħħarija u deċiżiva ta' suċċess għal Konrad Mizzi, bħala Deputat Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista? X'se jiddetermina jekk Mizzi jkunx id-Deputat Mexxej effettiv li ħafna Laburisti qed jittamaw li jkun? ILLUM se tagħti ħarsa fil-qasir lejn dawk l-ispazji kollha li Mizzi se jkollu jimla jekk irid li l-Partit Laburista idawwar ix-xejra 'l isfel fil-popolaritá li qabad il-PL. Emoraġija ta' Laburisti Iddejqu kemm tista' iddejqu, jibqa' fatt li l-Partit Laburista bħalissa qed jiffaċċja l-akbar emoraġija ta' attivisti Laburisti fi snin twal. Parti minn dan huwa riżultat tal-fatt li issa l-partit jinsab fil-Gvern u allura mill-kliem tal-passat qed jgħaddi, jew jeħtieġ jgħaddi, għall-fatti. Jibqa' fatt iżda, fatt ippruvat mill-istħarriġ tal-MaltaToday, mill-kummenti ta' persuni midħla tal-partit u anke mis- sentiment fit-triq, li hemm settur kbir mhux ħażin ta' Laburisti li huma diżullużi bil-partit tagħhom stess. Bħalissa, dawn jilħqu l-10% tal-votanti tradizzjonali Laburisti, li jfisser eluf ta' voti. Il-pressjoni li hemm fuq il-Partit Laburista jidher li huwa pjuttost kbir. Pressjoni biex inġustizzji jkunu rimedjati. Naturalment, li tirranġa inġustizzja mhix faċli. Trid tipprova li kienet inġustizzja, u wara, u forsi l-akbar diffikultá għal kull Gvern, li tirrimedja. Ir-rabja popolari fost dan is-settur ta' votanti jista' jindika li parti minnu kellu l-impressjoni, jew għax ingħatatlu jew għax hekk immaġina, li bi Gvern Laburista ġdid dawn l-inġustizzji se jkunu rranġati. Dawk li għadhom b'xiber imnieħer bħalissa qed jaħilfu li ma jivvutawx. Mizzi se jkollu l-isfida li jirrikonċilja l-għajta u d-domanda għall-ġustizzja ta' dawk li huma ġenwini mal- għajta Laburista ta' 'Malta Tagħna Lkoll'. Se jkollu jidħol jew ikollu nies li jidħlu għalih f 'każi li ġew magħluqin mhux għax ma saritx inġustizzja, imma għax il-każ ġie preskritt. Dawn in-nies, bir-raġun, qed jistaqsu x'differenza għamel il-partit fuq livell personali għalihom. Mizzi se jkollu jiffaċċja l-irresponsabilitá xejn ġdida ta' politiċi li wegħdu l-ilma jiżfen lil xi wħud, biex issa dawn l-uħud qed jiġu injorati. Fejn hu l-wens li suppost joffri s-soċjaliżmu? X'fiha ħażin li l-Gvern preżenti huwa qrib tan- negozju? X'fiha ħażin li dan il-Gvern qed iħalli ħafna f 'idejn il-privat u qiegħed kemm jista' jkun iżomm 'il bogħod minn politika fejn il-politiku jintervjeni? Xejn f 'għajnejn il-ħafna, imma ħafna ħażin f 'għajnejn eluf oħrajn. Il-fatt jibqa' li fejn għandek setturi ta' nies li jinsabu fil-qiegħ tal-istrata soċjali, fejn għandek il-faqar, anke jekk relattiv u fejn għandek nies li kif ngħidu "jaqilgħuha u jiekluha" jista' jkollok element ta' ħsieb li l-Gvern għandu jwieżen. Għal dawk li bil-pagi tagħhom ma jistgħux jixtru proprjetá għax il-proprjetá qed togħla. Għal dawk li lanqas jikru ma jistgħu, għax il-kirjiet splodew, is- saħħa tas-suq tal-proprjetá ftit jimpurtahom minnu. Iva, huwa tajjeb li l-bejgħ żdied, huwa tajjeb li mijiet ta' barranin qed jikru appartamenti f 'pajjiżna, imma mingħajr il-wens u l-għajnuna tal-Gvern dawk li lanqas jikru ma jistgħu se jkomplu jiżdiedu. Dan il-fatt huwa kkorraborat mill-kummenti li Deputati Laburisti stess għaddew mal-ILLUM il- Ħadd li għadda fejn qalu li l-'housing' u l-ilmenti dwaru huma problema bħalissa. Mizzi jeħtieġ li juża l-partit biex jagħmel pressjoni fuq il- Gvern u proġetti relatati mal- 'housing', li wara kollox kienu mħabbrin għax il-Gvern jaf li hawn barra hawn ħafna nies li jeħtieġu l-wens, jibdew. Il-paroli ma jagħtix wens. In- nies iridu l-fatti. Lingwaġġ taċ-ċifri huwa 'l bogħod min-nies Is-suq isuq. Imma l-Partit Laburista jidher li f 'dawn it- tliet snin, jekk mhux abdika, nesa' li parti mill-fundament ideoloġiku tiegħu huwa li jgħin li min ma jiflaħx isuq. Il-Partit Laburista qed jaqa' f 'nasba kerha li jeċita ruħu dwar il-figuri u l-persentaġġi u jinsa li ċifra tgħid nofs veritá biss. Min qed jaħdem fit-turiżmu qed iħossu r-rekord fuq ir-rekord? Il-fattur ta' barranin li qed jitħaddmu f 'dan is-settur b'pagi baxxi qed isir xi ħaġa dwaru? Meta persuni fil- Partit Laburista jiftaħru biż-żieda fil-konsum privat, qed jinsew li hemm min qed jismagħhom u li baqa' fejn kien jew mar għall-agħar? Jew qbadna ż-żieda tal- miljunarji u poġġejniehom ma' tal-foqra u dawk tal- klassi tan-nofs? Huwa pożittiv li l-partit, illum fil-gvern, jiftaħar dwar kemm hu favur in-negozju. Imma sar favur in-negozju fl-estrem negattiv li jħares biss lejn il-bottom line? Iħares biss lejn il-kontijiet ta' negozju u kemm dan se jagħmel profitt? Il- Min la jiflaħ jixtri u lanqas jikri, qed jistenna l-wens li għadu ma wasalx "Il-Partit Laburista qed jaqa' f 'nasba kerha li jeċita ruħu dwar il- figuri u l-persentaġġi u jinsa li ċifra tgħid nofs veritá'"