Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 Qorti MINISTERU GĦALL-FINANZI MEĦTIEĠ SPAZJU GĦAL UFFIĊINI Id-Dipartiment tat-Teżor fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi jgħarraf illi ser ikun qed jilqa' l-offerti għall-kirja ta' spazju għal uffiċini. Idealment il-bini jkun il-Belt Valletta jew il-Furjana; madanakollu, propjetà fir-reġjun tat-Tramuntana tal-Port, kif ukoll fir-reġjun Ċentrali jkunu kkunsidrati. Il-bini għandu jkollu kejl minimu ta 1,600 metru kwadru li jistgħu jintużaw bħala spazju għall-uffiċcju li jakkomoda minn 80 sa 85 persuna. Tingħata kunsiderazzjoni lill-istat tal-bini li idealment ikun lest biex tidħol fih mhux aktar tard mill-aħħar ta' Novembru 2016 u li ma jkollux bzonn xogħlijiet estensivi ta' rinovar. Tingħata kunsiderazzjoni għall-aċċessibilità, l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini u l-istat tal- amenitajiet bażiċi meħtieġa bħal toilets u kitchenettes. Wara li ssir evalwazzjoni tal-propjetà, d-Dipartiment jirriserva d-dritt li jirrifjuta xi propjetajiet ta' kandidati li ma jissodisfawx il- kriterji kollha mandatorji msemmija hawn fuq jew minħabba raġunijiet oħra normalment assoċjati ma' ventilazzjoni naturali, dawl naturali, funzjonalità eċċ. Id-Dipartiment jżomm id-dritt li jinnegozja mal-kandidat magħżul wara li ssir evalwazzjoni tas- sottomissjonijiet li jkunu waslu. Il-kriterji ta' kif tingħata se jkunu fuq bażi tal-iżjed ekonimikament vantaġġuża. Lista ta kriterji mandatorji u dokumenti li jridu jigu sottomessi ma l-offerti jinstabu fuq is-sit www.treasury.gov.mt taħt is-sezzjoni ta' l-aħbarijiet. L-offerti għandhom jiġu depositati f'envelopp magħluq ġewwa d-Dipartiment tat-Teżor, Customer Care area, Livell Nru. 3, Il-Binja tal-Offiċċji The Mall, Il-Furjana, sa NOFSINHAR TAL-ERBGHA, 30 TA' MARZU, 2016. Aktar tagħrif jew kjarifiki jistgħu jinkisbu billi tintbghat e-mail fuq treasury.malta@gov.mt. Id-Dipartiment iżomm id-dritt li ma jkomplix b'din is-sejħa għall-proposti u ma jidħol fl-ebda kuntratt Mhux ħati li abbuża tifla ta' 13-il sena RAĠEL ta' 64 sena ġie misjub mhux ħati li kkorrompa minorenni ta' 13-il sena, wara li l-Qorti esprimiet dubji dwar il- kredibbilità tal-minuri u l-allegazzjoniet tagħha. Il-każ inkwistjoni jmur lura għas-sena 2011, meta l-Pulizija kienu rċevew rapport mingħand żewġ ħaddiema tal-Aġenzija Appoġġ dwar abbuż li allegament seħħ fuq it- tifla minn żewġ membri tal-familja tagħha. Wieħed minnhom kien proprju l-akkużat, li huwa r-raġel tal-kuġina ta' omm il- minuri, li meta seħħ il-każ kellha madwar 13-il sena. Jirriżulta li omm il-minuri kienet mietet madwar għaxar snin ilu wara marda twila u minħabba l-kura li kellha bżonn ommhom, it-tifla u ħuha kienu għamlu żmien jgħixu fi djar residenzjali. Wara l-mewt tal-omm, kienu ġew addottati. Għal madwar sena, il- minuri kienet marret tgħix mal-imputat u l-mara tiegħu, u dan wara li ħarbet mill-familja adottitiva fejn allegat li kienet qed tiġi msawta. Wara xi żmien, telqet minn mal-familja tal- imputat u marret tgħix maz- zija tagħha. Wara, riedet titlaq mid-dar taz-zija wkoll u kien hawn li l-minuri għamlet l-allegazzjoni ta' abbuż sesswali kemm fil- konfront tal-imputat u anke fil-konfront tar-raġel taz- zija tagħha. Dwar l-imputat, il-minuri kienet allegat li meta kellha madwar seba' snin, kienet ġieli tmur torqod fid-dar tal-familja tal-imuptat. Allegat li l-imputat kien juriha affarijiet "psataż" fuq it-televiżjoni u kien imissilha l-parti privata tagħha. Dan apparti li allegat li l-imputat kien jgħidilha biex tinża għarwiena. Il-minuri tkellmet ukoll mal-ħaddiema soċjali dwar abbuż aktar riċenti li seħħ ftit qabel ma telqet mid-dar tal-familja tal- imputat. Hawnhekk, hija allegat li l-imputat kien ħadilha ritratti waqt li kienet fil-kamra tal-banju. Żiedet tgħid ukoll li darba minnhom qabditu jittawlilha mis-serratura tal-bieb waqt li kienet qed tinħasel. L-Aġenzija Appoġġ kienet ġiet infurmata dwar dan il-fatt minn mart l-imputat wara li l-minuri ma riditx tkompli tgħix maz-zija. Il- minuri qalet li ma tkellmet xejn qabel dwar dak li kien ġralha għaliex beżgħet li tintbagħat lura għand il- familja li kienet addottatha. Sostniet li dan l-inċident seħħ meta hija kellha 14-il sena. Madankollu, qalet li qabel ġraw għadd ta' inċidenti oħrajn, fosthom meta l-imputat ħadha dawra bil-vettura tiegħu u beda jkellimha fuq sess. Min-naħa tiegħu, l-imputat qal li l-minuri ma kienet tobdi xejn u riedet tagħmel kollox kif trid hi. Apparti hekk, is- social worker tal-Appoġġ qalilhom l-minuri kellha tendenza li tħawwad fi kliemha. Hu ċaħad li qatt saru l-inċidenti li kienet allegat il-minuri u qal li lanqas kellu kuntatt mal-minuri meta kellha seba' snin, għaliex hi kienet għand is- sorijiet. X'ħin ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti ppreseduta mill- Maġistrat Audrey Demicoli osservat li l-minorenni għaddiet minn ħafna esperjenzi li għamlulha ħajjitha diffiċli. Il-Qorti iżda innotat il-mod skjett u kawżi mingħajr emozzjoni li bih tkellmet il-minuri. Il-Qorti qalet li kien hemm istanzi fejn kellha dubji dwar il-kredibbiltà tat-tifla, minħabba ċerti diskrepanzi. F'mumenti, kienet qalet li mal-imputat ma kienx hemm kuntatt fiżiku, iżda qabel allegat li kien hemm inċident fejn seħħ kuntatt. Il-Qorti sabitha diffiċli temmen kif it-tifla marret tgħix mal- familja tal-imputat, meta allegat li meta kienet iżgħar kienu seħħew inċidenti. Il-Qorti qalet li huwa evidenti li l-minuri għaddiet minn episodju ta' abbuż sesswali f 'ħajjitha u dawn l-inċidenti ħallew marka f 'ħajjitha. Iżda l-Qorti qalet li għandha dubju jekk dak li qed tallega fil-konfront tal-imputat seħħx fir-realtà jew jekk mhux qed tagħmel dawn l-allegazzjonijiet biex iservu bħala mezz biex tieħu dak li trid. Wara li qieset dan kollu, il-Qorti ddikjarat li l-imputat ma kien ħati tal- ebda akkuża. Ordnat li jrodd lura €4,500 jew jintbagħat il-ħabs DIRETTUR ta' kumpanija li qarraq b'ħabib tiegħu u ħadlu €4,500 ġie mgħarraf li se jmur il-ħabs jekk ma jirrifondax dan l-ammont f 'temp ta' sitt xhur. Dan qalu l-Maġistrat Joseph Mifsud nhar il-Ġimgħa fil- konfront ta' Charles Abela, direttur ta' ECO Export Corp Ltd. Abela nstab ħati li ffroda lid-direttur ta' Price Breakers Ltd, Alan Vella permezz ta' ċekk diżonorat. Vella kien xehed li Abela kien tħabbeb miegħu xi żmien qabel l-inċident. F'Marzu tal-2011, Abela kien ikkonvinċih sabiex jissieħeb miegħu fin-negozju ta' ħadid 'scrap', u Vella kien taħ €4,500 biex jixtri kunsenja aluminju lokalment, biex dan jinbiegħ barra minn Malta. Abela kien wiegħed li se jħallas lil Vella €8,500 ix-xahar ta' wara. Vella kien irrikorra għand il-pulizija f 'Lulju, wara li kien baqa' ma tħallasx mingħand Abela. Xahar qabel ir-rapport, Abela kien kiteb ċekk ta' €8,000 lil Vella, li iżda ma ġiex onorat mill-bank. Dan tal-aħħar kien ġab skuża li kien għadu jistenna li jitħallas mingħand il-klijent, iżda ġie żvelat li dan ma kienx minnu u li Abela kien irċieva l-maġġor parti tas-somma u li kien użahom biex jopera kumpanija oħra tiegħu. Il-Qorti sabet lil Abela ħati li kien ottjena l-flus b'qerq. Il-Maġistrat Mifsud ħass li minflok minn sentenza ta' ħabs, kien ikun ferm iktar ġust jekk Abela jingħata żmien sabiex iħallas is-somma dovuta minnu, u jekk jonqos li jagħmel dan, jintbagħat il-ħabs. Għaldaqstant, il-Qorti sabet lill-imputat ħati li għamel qligħ frodulenti. Abela ngħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin u ġie ordnat li jħallas l-€4,500 f 'temp ta' sitt xhur, inkella s-sentenza sospiża issir eżekuttiva.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016