Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 Kummerċjali Valletta Fund Management tħabbar ir-rebbieħa tal-iPad Air 2 Is-Sur Neil Tabone u s-Sa Salvina Camilleri huma r-rebbieħa fortunati ta' iPAD Air 2 kull wieħed, il-premju marbut mal-kompetizzjoni tal-websajt tal-Valletta Fund Management (VFM). Din il-kompetizzjoni tnediet wara t-titjib reċenti li sar fuq il-websajt www.vfm.com. mt, li toffri esperjenza iżjed personalizzata lil kull min jidħol fiha. Filwaqt li feraħ lir-rebbieħa matul il-preżentazzjoni li saret fl-uffiċċji tal-VFM fl- Imrieħel, is-Sur Mark Agius, Kap Eżekuttiv tal-Valletta Fund Management qal, "Aħna nemmnu bis-sħiħ fl-importanza li nżommu communication channels miftuħa mal-azzjonisti attwali u potenzjali tagħna. Għal dan il-għan, investejna ħafna fl-iddisinjar ta' portal interattiv u intuwittiv, li jipprovdi informazzjoni attwali, filwaqt li jippermetti lill-klijenti jippersonalizzaw il-websajt skont il-preferenzi individwali tagħhom." Il-portal tal-Valletta Fund Management jagħti aċċess għal informazzjoni dwar il-kumpanija, kif ukoll dwar il-firxa sħiħa ta' fondi mħaddma mill-kumpanija. Wieħed jista' jniżżel ukoll id-dokumenti ewlenin relatati ma' kwalunkwe fond. Il-websajt tiġi aġġornata kuljum b'punti tal-aħbarijiet ġodda, artikli u rapporti dwar is-swieq internazzjonali. Wieħed jista' jippersonalizza l-esperjenza tal-browsing tiegħu stess billi joħloq profil u jippersonalizza ċertu karatteristiċi bħall-Quicklinks. Barra minn hekk, wieħed ikun jista' jikkummenta dwar l-artikli u l-punti tal-aħbarijiet. Il-websajt ġiet żviluppata wara li tqiesu l-ħtiġijiet tal-persuni li ser ikun qed jużawha, u nbniet ukoll b'tali mod li tagħraf it- tendenzi u x-xejriet individwali tal-persuni u mbagħad toffri l-iżjed informazzjoni jew funzjonalità rilevanti għall- persuna partikolari. Fuq il-websajt, wieħed jista' jara wkoll il-bullettin ta' kull tliet xhur tal-kumpanija b'informazzjoni interessanti u edukattiva għal kull tip ta' investitur jew prattikant. Matul ix-xhur li ġejjin, il-VFM qed tippjana li tintroduċi iżjed titjib fuq il-portal tagħha, li permezz tagħhom il-klijenti jkollhom aċċess dirett għal informazzjoni aġġornata dwar l-investimenti tagħhom, sal- punt li jkunu jistgħu joħolqu portafoll personalizzat virtwali. Ir-rebbieħa tal-premju Salvina Camilleri (ċentru) flimkien ma' Mark Agius u Tara Vella DHL Express ivaraw tliet Lock-it Stations Tinkwieta li mintix ser tkun id- dar meta ta' DHL Express jiġu bil-pakkett tiegħek? Ma tridx tistenna l-courier iwasslu jew issuq lejn Ħal Luqa biex tiġbru mill-uffiċini ewlenin tagħhom? DHL Express issa għandhom soluzzjoni b'xejn permezz ta' tlett Lock-it Stations li għadhom kemm varaw. Dawn jistgħu jiġu aċċessati 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa. Jinstabu għand tlett pompi tal-petrol u kull Lock-it Station għandu kompartamenti ta' daqsijiet differenti (żgħar, medji u kbar) li jistgħu jżommu numru ta' pakketti. Meta l-klijent jirċievi karta b'messaġġ mill-courier ta' DHL Express li ma sab lil ħadd meta mar id-dar tiegħu jew jirċievi messaġġ permezz ta' SMS, jista' jagħżel li jiġbor il-pakkett mill-Lock-it Station l-iktar viċin tiegħu. Dawk il-klijenti li jagħżlu li jagħtu n-numru tal-mobile tagħhom meta jordnaw affarijiet minn barra, per eżempju meta jixtru online, jistgħu ukoll jibbenefikaw minn dan is-servizz. Jirċievu messaġġ permezz ta' SMS fejn jingħataw l-għażla biex jiġbru l-pakkett mill-Lock-it Station tal-għażla tagħhom. Il-klijent jingħata aċċess għall- kaxxa tiegħu fil-Lock-it Station permezz ta' touch-screen fejn idaħħal numru tal-PIN tiegħu u jiffirma b'subgħajh biex jivverifikaw l-identità tiegħu. Malli jagħżlu OK, il-bieba tal- kaxxa tagħhom tinfetaħ. Skont Charles Schiavone, Country Manager, Malta, ta' DHL Express, l-operazzjoni ta' Malta aġixxiet b'mod proattiv għat- tkabbir fenomenali fix-xiri online u għall-fatt li l-couriers ma jistgħux jagħtu ħin fiss waqt li qegħdin barra jwasslu l-pakketti u jkunu jafu jekk hemm xi ħadd id-dar biex jieħu l-pakkett. "Malta hi wieħed mill-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li varat dawn il-Lock-it Stations," qal is-Sur Schiavone u żied jgħid: "Ninsab kunfidenti li dan il-mezz ġdid li permezz tiegħu nistgħu nwasslu l-pakketti ser jiġi milqugħ tajjeb, speċjalment għaliex dawn il-postijiet huma magħżula bir-reqqa – JM's Service Station fi Triq Buqana fil-limiti tar- Rabat, Dad's Service Station, fejn ir-rawdabout tat-Tlett Imwieżeb, San Pawl il-Baħar, u Wembley Service Station fi Triq San Andrija, is-Swieqi – u huma aċċessibbli ferm." M'hemmx limitu ta' żmien fejn il-klijent irid jiġbor il-pakkett u l-kaxxi li fihom jitpoġġew il-pakketti jistgħu jiżdiedu jekk tkompli tikber id-talba għal dan is-servizz. Biex il-pakkett tiegħek jista' jiġi mwassal fil-Lock-it Station l-iktar viċin tiegħek żur www.ondemand.dhl.com/mt. Waħda milt-tliet lock-it stations fir-Rabat, San Pawl il-Baħar u s-Swieqi Thermoplastics tagħlaq 20 sena ta' servizzi f 'Malta Waqt żjara lill-kumpanija tal-manifattura Thermoplastics Ltd, il-Marsa li timmanifattura prodotti tal-plastik ta' kwalità għolja injettati fil-forma, il-Ministru Scicluna rrefera għall-ħidma li għaddejja u kif il-Gvern jibqa' jiddefendi l-interessi tal-pajjiż bid-diskussjonijiet fuq it-taxxa fil-kuntest tal- Unjoni Ewropea. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal kif fil-kuntest ekonomiku fejn għandna dinja tespandi speċjalment fis-settur tas-servizzi, is-settur tal- manifattura għadu u jibqa' relevanti għall-ekonomija ta' pajjiżna. Huwa faħħar il-kontribut li l-manifattura tagħti lill-ekonomija tal-pajjiż, li b'mod dirett tħaddem 'il fuq minn għoxrin elf persuna. Fl-aħħar sentejn is-settur żied mitejn persuna full-time. Ma setax jonqos li l-Ministru tal-Finanzi jawgura lil din il-kumpanija fl-għeluq tal- għoxrin sena mit-twaqqif tagħha u semma kif din il-kumpanija baqgħet relevanti, tesporta u anke kapaċi tistabilixxi lil hinn minn pajjiżna, u tinvesti. Il-Ministru Scicluna ddawwar mal- fabbrika mill-management tal-kumpanija, u kellu ċans jiltaqa' mal-ħaddiema u jara x-xogħlijiet differenti li jaħdmu. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Uħud mill-prodotti li timmanifattura l-kumpanija Thermoplastics

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016