Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 Opinjoni I l-pussess u ż-żamma ta' annimali eżotiċi f 'Malta iffjorixxiet fl-aħħar deċenju, b'sitwazzjoni ta' importazzjoni ta' annimali anke perikolużi li daħlu Malta mingħajr ebda tip ta' kontroll. Ħadd ma kellu stampa ċara ta' x'inhi s-sitwazzjoni reali f 'pajjiżna fejn jidħlu dawn l-annimali, u sfortunatament, in-nuqqas ta' ħeġġa tal-amministrazzjoni preċedenti biex iddaħħal il-miżuri meħtieġa kien ukoll fattur detrimentali li kompla għarraq aktar is-sitwazzjoni. F'dan il-kuntest, diversi xhur ilu bdejna l-ħidma biex nindirizzaw din is- sitwazzjoni u żammejna quddiem għajnejna tliet aspetti: il-ħarsien tal-annimal inkwistjoni, is-sigurtà pubblika u l-protezzjoni tal-fawna li tinsab f 'pajjiżna. Wara proċess ta' konsultazzjoni wiesa' u diversi diskussjonijiet tekniċi, fl-aħħar jiem ippubblikajna l-ewwel regolamenti dwar l-annimali eżotiċi. Bl-eċċezzjoni taz-zoos liċenzjati li huma regolati minn liġi separata, iddeċidejna li l-annimali eżotiċi li huma kkunsidrati bħala perikolużi għas-saħħa pubblika, mhumiex posthom fid-djar u kollezzjonijiet oħra privati, għaldaqstant se titwaqqaf l-importazzjoni tagħhom minn individwi. Bl-importazzjoni ta' dawn l-annimali mwaqqfa, ħarsitna ddur lejn l-annimali perikolużi li diġà qegħdin f 'pajjiżna. Biex inkunu nafu x'inhi s-sitwazzjoni preżenti, irregolajna li kull min għandu annimali perikolużi bħal tigri, iljuni u sriep velenużi fost l-oħrajn, se jkun mitlub biex jirreġistra dawn l-annimali mad-dipartiment tas-servizzi veterinarja fi żmien 90 ġurnata. Għal skopijiet ta' verifikazzjoni, kull annimal eżotiku jeħtieġ ikollu mezz ta' identifikazzjoni, bħal microchips, tattoos, DNA profiling jew mezzi oħra. Is-sidien huma mitluba wkoll biex jinfurmaw lill-awtoritajiet f 'każ ta' trasferiment tal- annimal, twelid ta' frieħ, mewt jew ħarba tal-annimal. Ma waqafnix hemm, imma daħħalna parametri dwar is-siti li jżommu fihom annimali perikolużi, bi standards għoljin biex jiġi żgurat l-adegwatezza u s-sigurtà massima tal-post. Dawn jiżguraw li l-post jissalvagwardja l-ħtiġijiet tal-annimali, u li l-materjal użat hu b'saħħtu biżżejjed biex jevita li xi annimal jaħrab u jsir theddida għas- sigurtà pubblika. F'ċerti każi jista' wkoll jiġi impost monitoraġġ kontinwu ta' ċerta magħlaq permezz ta' CCTV cameras. Bi pjaċir ninnota li b'dawn ir-regolamenti, se tiddaħħal għall-ewwel darba fuq livell nazzjonali sistema ta' traċċabilità u identifikazzjoni ta' annimali perikolużi. Ilna nħambqu li ljuni, tigri u annimali simili li huma kkunsidrati bħala perikolużi mhumiex posthom fi djar ta' individwi. Ma stajniex naċċettaw aktar sitwazzjoni fejn għax individwu ma jkunx jista' jżomm aktar – għal xi raġuni jew oħra – annimal perikoluż, jaqbad u jeħles minnu fil- kampanja bil-konsegwenzi kollha ta' din l-azzjoni. Sfortunatament din ġrat diversi drabi fil-passat minn nies irresponsabbli. Sfortunatament, quddiem dan kollu rajna Oppożizzjoni li l-id il-leminija ma tafx x'qed tagħmel l-id ix-xellugija. Infatti ftit xhur ilu, il-kelliem Mario Galea attakka l-Gvern fil-Parlament li m'aħna nagħmlu xejn dwar l-annimali perikolużi, daqslikieku l-annimali kollha li hawn f 'pajjiżna daħlu f 'dawn l-aħħar sentejn u nofs u mhux f '25 sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista li tefgħet it-trab taħt it-tapit flok solviet is- sitwazzjoni. Kif nedejna dawn ir- regolamenti, il-kelliem baqa' kwiet u minflok, il-media nazzjonalista bdiet kampanja ta' miżinformazzjoni dwar ir-regolamenti, tisħaq fuq 'taxxi ġodda' u tgħawweġ il-fatti ta' kif se jaħdmu dawn ir-regolamenti. Dan mhux minnu. Din il-liġi tapplika biss għall-annimali eżotiċi perikolużi li jinsabu f 'lista apposta mal-avviż legali 46 tal-2016. Min għandu annimali eżotiċi oħrajn li mhumiex f 'din il-lista, m'għandu għalfejn jagħmel xejn għax jistgħu jibqgħu fil-kollezzjonijiet privati mingħajr ebda problema. Anke din is-sitwazzjoni tkompli tikkonferma x-xenarju politiku preżenti: waqt li l-Gvern Laburista qed ikompli jevalwa u jbiddel l-istrutturi tal-pajjiż, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tibqa' inkonsistenti, negattiva u kritika distruttiva li ma twassal imkien. Roderick Galdes huwa segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali L-annimali perikolużi u s-sigurtà pubblika RODERICK GALDES Il-bidla li qed isseħħ: Minn stat ta' abbandun, għal park nazzjonali naturali W ara 22 laqgħa, tim tekniku ta' nies intiżi fis-suġġett u ta' nies li jafu sew l-akwati, ħolqu l-isteering committee biex jitfassal pjan ta' implimentazzjoni. Dan l-isteering committee, laqqa' flimkien uħud mill-aqwa mħuħ fi ħdan l-Uffiċċju tal- Prim Ministru, il-Ministeru tagħna, il-MEPA, Heritage Malta, kif ukoll nies li ħadmu tul is-snin fi ħdan NGOs stabbiliti. Dawn ilkoll kellhom għan wieħed - li joħorġu b'qafas ta' pjan li bih jista' jiġi mmaniġġjat sit li ilu fi stat ta' abbandun għal snin sħaħ u li ilu biss kunċett fuq il-karta għal għaxar snin mingħajr ma ħadd qatt indenja ruħu li jagħmel xejn. Għalkemm dan il-pjan għadu fi stadju ta' konsultazzjoni pubblika, li għandu jeħodna sa tmiem Marzu, diġà ħarġet u spikkat id-differenza, bejn min ipaċpaċ u ma jagħmel xejn, u bejn min iwettaq. Il-Park Nazzjonali tal- Inwadar fin-Nofsinhar ta' pajjiżna mhux biss juri li kommessi biex dak li ilu mwiegħed fuq il-karta għal għaxar snin jitwettaq, iżda wkoll li jkollna proġett 'stand alone' distint mill-Università Amerikana nnifisha. Kif jgħid l-abbozz innifsu li ħejjejna, "ġie ppreparat indipendentement mill- proposti 'outline' għall- iżvilupp tal-istess Università," tant li qed jiġi rakkomandat li dan l-iżvilupp tal-Università għandu dejjem iżomm quddiemu għarfien sħiħ u linji gwida li ħarġu mill-brief imħejji min-nies tekniċi dwar il-Park Naturali nnifsu. Lis sidien tal-art b'xi titlu diġà serraħnielhom rashom fid- dokument, li xejn mhuwa se jmissilhom dan it-titlu. Lil kull min għandu xi suġġerimenti, proposti u/jew tħassib dwar dan il-proġett, huwa mistieden jibgħat email kif indikat sat-30 ta' Marzu li ġej, bil-garanzija li kull email tiġi miflija u anki mwieġba. Is-sabiħ tad-dokument huwa li flok sempliċi espressjoni ta' ħolma, huwa abbozz għat- tmexxija u l-immaniġġjar tal-Park, park fejn ismu huwa mnebbaħ minn 'in-Nwadar' hekk kif inhi magħrufa żona prominenti fil-Park ħdejn il- Fortizza ta' San Anard. Għaliex qed nagħmlu konsultazzjoni? Għaliex apparti l-fatt li hemm min jista' jkollu ideat xi jżid mal-ideat li ħarġu bihom l-isteering committee tekniku, aħna rridu sehem, parteċipazzjoni u anki involviment tal-komunità tal- inħawi tas-sit u tal-madwar, filwaqt li għamilnieha ċara li qed inħarsu bil-quddiem lejn il-bdiewa tal-inħawi bħala element essenzjali. Kull delizzju li kien qed jiġi pprattikat jista' jibqa' jigi pprattikat b'mod regolat sa fejn tippermetti l-liġi. Kif spjegaw il-membri tal-isteering committee, il- kunċett tal-parks madwar id- dinja miexi lejn delegazzjoni tas-setgħat amministrattivi u parteċipazzjoni wiesgħa. Dan huwa dak li rridu niksbu, basta jkollna s-serħan il-moħħ li jkun hemm governanza effettiva u implimentazzjoni efficjenti. In-nies xebgħu b'ħafna pjani fuq il-karta għaliex dawn flok joffru sodisfazzjon iwasslu għal sens ta' frustrament. In-nies trid riżultati u twettiq u proprju dan il-Gvern kommess li jara li dan il- proġett iseħħ. Għad baqa' ħafna xi jsir fosthom il-budgeting, it- time frames, il-costings u t-tħejjijiet oħrajn simili, u kif qal membru ta' Heritage Malta, hemm partijiet li mhux kemm tnaddafhom b'daqqa ta' gaffa, għaliex nafu li hemm fdalijiet storiċi u anki arkeoloġiċi. Apparti minn hekk, irridu naraw kif jistgħu jinġiebu anki Fondi Ewropej għal dan il-proġett. B'għemilna lkoll irridu nuru li għalina bħala Gvern, l-ambjent mhux biss inħarsu lejh fl-aktar mod wiesgħa – mit-tneħħija tal- power stations li jniġġsu, għall-impjant tal-iskart li jisseparaw l-iskart kollu, u t-twaqqif ta' ċmieni ta' impjanti tal-enerġija li jarmu t-trab fin, għall- ispazji miftuħa - iżda aktar importanti minn hekk, irridu noffru post ideali għas-serħan il-moħħ u għar- rikreazzjoni li juri li hemm baħar jaqsam bejn kemm tgħid li tħobb l-ambjent u li tara u tiżgura li dan jiġi mmaniġġjat b'mod għaqli, biezel u professjonali - dak li llum jissejjaħ immaniġġjar ambjentali. Dan kollu se nagħmluh għax nemmnu fl-ambjent u għax nemmnu fin-Nofsinhar ta' Malta. Ħaddieħor kien differenti tant li lanqas qatt aċċetta li n-Nofsinhar qatt eżista għax skont hu, gżiritna żgħira wisq biex tinqasam f 'reġjuni. Leo Brincat huwa l-ministru għall-ambjent, żvilupp sostenibbli u tibdil fil-klima LEO BRINCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016