Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ................... 1 Birkirkara .................. 2 BIRKIRKARA rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 2-1 biex b'hekk ħadu ftit nifs, wara li fl-aħħar ħames logħbiet li kienu nvoluti fihom qabel din tal-bieraħ, huma sofrew tliet telfiet. Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-28 minuta permezz ta' Frank Temile li qabeż plejer avversarju qabel daħal fil-kaxxa u ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra. Ir-Rainbows irrispondew fit-33 minuta permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa ta' Ayrton Azzopardi indirizzat lejn is-saqaf tax-xibka li iżda ra lill-goalkeeper Kroat tal-Istripes Miroslav Kopric, idawwar f 'korner b'mod spettakolari. Tarxien Rainbows ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fit- 48 minuta fetħu l-iskor permezz ta' xutt angulat fil-baxx ta' Alex Nilsson li ntemm fir-rokna tax-xibka. Fil-61 minuta xutt mid- distanza ta' Ryan Camenzuli ġie milqugħ bi bravura mill-goalkeeper tar- Rainbows Andrea Cassar li dawwar tajjeb f 'korner mgħejun mill-mimduda. Birkirkara ġabu l-iskor indaqs fit-78 minuta meta Vito Plut niżżel il-ballun tajjeb lejn Frank Temile li mill-viċin tefa' l-ballun wara Andrea Cassar. Birkirkara bdew juru logħob mill-aqwa u żewġ minuti biss wara skorjaw il- goal tar-rebħa permezz ta' xutt tajjeb minn ġol-kaxxa ta' Goran Mujanovic. Fit-88 minuta, Tarxien Rainbows sfaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Sergio Fernandez Prendes, permezz ta' karta ħamra diretta. Tarxien R. - Cassar, Baker, Giglio De Oliveira, Tabone Desira, Caruana (Hevia Menendez 46'), Muscat, Nilsson, Azzopardi, Fernandez Prendes, Zerafa, Oliveira Santos (Mintoff 74') Birkirkara - Kopric, Scicluna, Sciberras, Bubalovic, Mujanovic, Agius (Zerafa 60') , Guillaumier (Plut 60'), Temile, Camenzuli, Smrekar (Zammit 83'), L'Imam Referi - Glen Tonna AYRTON AZZOPARDI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Huwa wieħed mill-istilel emerġenti ta' Tarxien Rainbows, u żgur li għandu futur mill-isbaħ quddiemu. Fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Hibernians u mat- tim nazzjonali Malti. Birkirkara jirritornaw għar-rebħ biex jieħdu ftit nifs Ritratt - Ray Attard L-attakkant Niġerjan ta' Birkirkara, Frank Temile, jgħaddi tajjeb minn bejn żewġ plejers ta' Tarxien Rainbows Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016