Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016| illum 7 Aħbarijiet Jirreżenja jew le? Il-poplu jitkellem minn Veronica Lynn Mizzi FILĠIMGĦA fejn fuq fomm kulħadd jinsab il-każ ta' Konrad Mizzi li ħafna qed iqisu li kienet il-kwistjoni li l-aktar li għeżżet lill-Gvern preżenti, l-Oppożizzjoni, ħatfet l-opportunitá biex tikkritika b'mod feroċi u anke tevalwa l-każ b'reqqa kbira. Dan saħansitra wassal biex illum, il- Partit Nazzjonalista jinżel fit-toroq fi protesta li qed isejħilha, 'Kontra l-korruzzjoni'. Fil-fatt, sa minn meta ħareġ fid-deher li l-Ministru għall- Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi kellu investimenti barra minn xtutna, partikolarment trust fi New Zealand u kumpanija fil- Panama, bosta kienu dawk li talbu għar-riżenja tal-istess Ministru, inkluż il-Partit Nazzjonalista. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru, li wara ġie żvelat li anke ċ-chief of staff tiegħu kellu l-istess tip ta' investimenti, ħareġ jiddefendi lill-Ministru Konrad Mizzi u qal li dan m'għamel xejn ħażin, ladarab ddikjara dak kollu li kien jagħmel parti minn dan l-investiment. Dan il-każ, ikkoinċida mal-ħatra ta' Konrad Mizzi bħala deputat mexxej tal- Partit Laburista, li qabel ma tela' diġá kienet tinstema' l-għajta ta' diversi Laburisti biex Konrad jieħu ħsiebhom, kif anke deher f 'artiklu iktar kmieni din il-ġimgħa fuq is-sit ta' din il-gazzetta. Minbarra l-kritika fil-mezzi tax-xandir, persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta, tkellmu wkoll dwar ferment u rabja fost il-partitarji Laburisti li jħossu li dan il-każ għamel tant ħsara, li ġab fid-dubju rebħa elettorali fl-elezzjoni li jmiss, li sa ftit żmien ilu, din kienet meqjusa bħala xi ħaġa ċerta. Xi ħaġa li ġiet ikkonfermata l-għada stess mill-Ministru għall- Edukazzjoni Evarist Bartolo, fil-kwotazzjoni ta' Ġużé Ellul Mercer ta' x'inhi l-vera tifsira tal-ideoloġija Laburista. Għaldaqstant, din il- gazzetta staqsiet lil diversi nies fil-Belt Valletta jekk fid- dawl ta' dan il-każ, jaħsbux li l-Ministru għandu jirreżenja mill-kariga tiegħu. Segwi l-vox pop kollu iktar tard din il-ġimgħa fuq illum. com.mt Louis Cassar Doris Scerri Raffaella Cassar Toni Dolores Grima Manuel Busuttil Charmaine Dimech Nicholas Magro Hu jaf xi jħoss imma ma naħsibx li qed jagħmel sew. Inħoss li mhux jagħmel sew, u għandu jirreżenja għax qed jagħmel ħniżrijiet biss. Jekk tkun qed tagħmel il-ħażin, naħseb li għandek tirreżenja, jiġifieri naħseb li iva, għandu jirreżenja. Ma nidħolx fil-mertu għax ma tantx nifhem imma naħseb li jekk jirreżenja hu, hemm ħafna iktar min kellu jirreżenja. Hemm ħafna iktar affarijiet gravi milli għamel hu. Għalija, m'għamel xejn ħażin, allura naħseb li m'għandux jirreżenja. Iva, fil-pożizzjoni tiegħu naħseb li għandu jirreżenja, għax dan huwa skandlu. Hu uffiċjal pubbliku li qed jirrappreżenta lill-poplu bħala ministru, u mhux ħaġa sew li taħbi l-assi li jkollok meta suppost bħalna tħallas it-taxxa fuq kull sold li taqla'. L-iżball li għamel hu kien li investa fil-Panama biex jevita t-taxxa. Imma ma naħsibx li għandu jirreżenja għax għandu d-dritt li jinvesti fejn irid u fejn jogħġbu. Iva, nemmen li għandu jirreżenja jekk jinstab li għamel xi ħaġa ħażina. Jekk mexa kontra xi liġi, nemmen li għandu jirreżenja, imma jeħtieġ li dan jiġi ppruvat l-ewwel. Jekk għamel il-ħażin, iva nemmen li għandu jirreżenja. Ma nafx għamilx ħażin, imma hemm ħafna affarijiet li għad iridu joħorġu. Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016