Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Sports minn Cristian Antony Muscat Floriana ........................0 Balzan ..........................2 BALZAN ikkonvinċew bil- kbir meta għelbu lil Floriana bl-iskor ta' 2-0. B'hekk huma resqu tliet punti biss taħt il-leaders Valletta, li madankollu għandhom logħba inqas, biex komplew juru lil kulħadd li huma tabilħaqq se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar- rebħ tal-kampjonat f 'Mejju li ġej. Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu wara seba' minuti logħob permezz ta' freekick tal-ispeċjalista Brażiljan, Pedro Dos Santos Calcado li għadda jħakkek mal-wieqfa. Minuta biss wara, Balzan fetħu l-iskor meta Alfred Effiong avvanza tajjeb u permezz ta' logħob delizzjuz għolla l-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Floiana, Matthew Calleja Cremona, li ħareġ minn postu fit-tentattiv li jinterċetta l-ballun. Floriana rrispondew fl-10 minuta meta Mario Fontanella għadda pass preċiż lejn il- captain Nicolas Chiesa li iżda ra x-xutt potenti tiegħu minn tarf il-kaxxa jgħaddi għoli minn fuq il-lasti difiżi mill- goalkeeper ta' Balzan, Ivan Janjusevic. Balzan irduppjaw l-iskor fid-49 minuta meta Pedro dos Santos Calcado għadda pass preċiż lejn Elkin Orlando Serrano Valero, li mill-viċin tefa' l-ballun wara Matthew Calleja Cremona, biex kompla jitfa' lill-partitarji ta' Balzan f 'delirju ta' ferħ. Balzan setgħu faċilment għamluhom tlieta fit-58 minuta permezz ta' xutt mill-ewwel minn ġol-kaxxa ta' Alfred Effiong, li iżda kien sfortunat meta ra t-tentattiv tiegħu jistampa ma' sieq il-wieqfa, biex mir-rebound, Pedro Dos Santos Calcado, ra lil Matthew Calleja Cremona jsalva tajjeb wara li ntefa' minn tulu fl-art. Floriana - Calleja Cremona, Scicluna, Monticelli (Piciollo 56'), Pepe, Pisani (Conor Borg 55'), Cabral, Bonnici (Aboulezz 70'), Briffa, Chiesa, Fontanella, Marcelina Balzan - Janjusevic, Grioli, Fenech, Bezzina, Grima, Effiong (Kaljevic 85'), Brincat, Dos Santos Calcado, Micallef (Vujacic 74'), Serrano Valero, Da Silva Souza (Focsa 88') Referi - Clayton Pisani PEDRO DOS SANTOS CALCADO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fil-Brażil. Kien fundamentali biex Balzan kisbu din ir-rebħa. Ingħaqad ma' Balzan mingħand Sliema Wanderers, f'Jannar li għadda. Balzan jikkonvinċu u jegħlbu lil Floriana Ritratt - Ray Attard Il-goalkeeper ta' Balzan, Ivan Janjusevic, jirbaħ il-ballun minn fuq plejers ta' Floriana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016