Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

illum | Il-Ħadd 17 t'April 2016 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 51 86 29 8 78 83 32 57 CHEMIMART City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta LISTER Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun ANICI Pharmacy, Triq Aniċi, Qormi BROWN'S Pharmacy, 32, Triq Fleur- de-Lys (previously "Fleur de Lys Pharmacy"), Birkirkara D'ARGENS Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira PEMBROKE Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke CHEMIMART Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard NAXXAR Pharmacy, Vjal il-21 ta' Settembru, Naxxar ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba MADDALENA Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kot- tonera, Birgu ST. Anne Pharmacy, Triq il-Qalet, Marsascala ST. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun KRISTIANNE Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba MENELO Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi SANTA Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria ST. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Qala AIRPORT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 23˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ TEMP: Sabiħ b'ammont varjabbli ta' sħab għoli, u mċajpar u b'xi rqajja ta' ċpar għall-ewwel VIŻIBILITÀ: Moderata għall-ewwel u ħażina fl-irqajja taċ-ċpar, li ssir tajba. RIĦ: Xlokk il-Lvant forza 4 loka- lment forza 4 għal 5 BAĦAR: Ħafif lokalment ħafif għal moderat li jsir moderat IMBATT: Ftit li xejn L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ TEMP: Sabiħ bi ftit sħab għall-ewwel VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: L-aktar mil-Lvant għax-Xlokk forza 4 għal 5 lokalment forza 4 għall-ewwel BAĦAR: Moderat lokalment moderat għal qawwi IMBATT: Ftit li xejn li jsir lokalment baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk Aħbarijiet 2 IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ- ċans li tirbaħ dan il-ktieb: F'liema żmien huwa ambjentat ir-rumanz 'Imħabba Imċaħħda'? ❏ Fl-ewwel Gwerra Dinjija ❏ Fit-tieni Gwerra Dinjija ❏ Fir-Rinaxximent Ibgħat ir-risposta tiegħek sal-28 t'April f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL Imħabba Mċaħħda Isem: Numru tat-telefown: Reporter live mill-Parlament wara l-vot ta' sfiduċja ILMOZZJONI ta' sfiduċja fil-Gvern Laburista mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-eżitu mill-vot li se jittieħed fil- Parlament nhar it-Tnejn. Reporter ma' Saviour Balzan, LIVE mill- Parlament stess immedjatament wara li jittieħed il-vot. Flimkien ma' Frank Psaila, Silvio Debono, Chris Said mill- Oppożizzjoni u l-Ministru Edward Zammit Lewis min-naħa tal-Gvern. Reporter nhar it-Tnejn fl- 10.05 fuq TVM. Il-pjan dwar il-kwalità tal-arja fil-fażi finali META indirizza laqgħa informali tal-Kunsill tal- Ministri Ewropej tat-Trasport u tal-Ambjent f 'Amsterdam organizzata mill-Presidenza Olandiża, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li s-settur tat- trasport huwa wieħed mill- isfidi ambjentali ewlenin għal pajjiżna, speċjalment meta aħna marbutin biex niżguraw li l-emissjonijiet mit-trasport m'għandhomx jaqbżu l-livelli tas-sena 2005 b'5% taħt dik li tissejjaħ l-EU Effort Sharing Decision. Meta tkellem fuq il-Pjan dwar il-Kwalità tal-Arja f 'pajjiżna, il-Ministru Brincat qal li l-effettività ta' dan il-pjan, li qed jiġi ffinalizzat, se tkun tista' titkejjel skont jekk verament iwassalx għal tnaqqis fil- konġestjonijiet tat-traffiku, fil-promozzjoni ta' mobilità 'smart' u sostenibbli u tas- servizzi pubbliċi. Huwa żied jgħid li filwaqt li Malta tħares 'il quddiem lejn il-komunikazzjoni mistennija mill-UE dwar id-dikarbonizzazzjoni tat- trasport, hemm bżonn li jkomplu jintensifikaw l-isforzi sabiex dan is-settur jilgħab rwol dejjem aktar importanti fit-titjib u fit-tisħiħ tal-livelli tal-kwalità tal-arja f 'pajjiżna. Għal din ir-raġuni hemm bżonn urġenti ta' 'standard tests' aktar effettivi tal- emissjonijiet tat-trasport lokali. Il-Ministru Brincat sostna li pajjiżna għandu l-ogħla rati ta' karozzi tal-passiġġieri prorata mar-residenti fl-UE. Fil-fatt fl-2013 kien hawn mas-763 karozza għal kull 1,000 resident f 'pajjiżna. Dan flimkien mal- kobor ta' pajjiżna u d-densità urbana joffru sfida kbira. "Dan ikabbar il-ħtieġa ta' sforzi dejjem akbar biex inqajmu kuxjenza soċjali u responsabbiltà akbar favur il- qalba lejn trasport aktar aħdar. Xi ħaġa li ġġib magħha wkoll l-importanza ta' koperazzjoni akbar bejn iċ-ċittadini nfushom u l-istakeholders ewlenin sabiex jittieħdu azzjonijiet ekwi u bilanċjati xierqa fil-kuntesti differenti li fih jopera pajjiżna," temm jgħid il-Ministru Brincat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016