Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum Sports 31 Il-futsal lokali jidħol f 'fażi ferm interessanti HEKK kif ninsabu fil- qofol ta' staġun ieħor tal- futsal lokali, bħalissa qed jintlagħbu s-semifinali tal- play-offs tal-Gatorade Elite Round fejn Valletta qed jeħduha kontra l-qawwa taċ-champions preżenti Luxol filwaqt li Ħamrun Spartans qed jiffaċċjaw lil Lija Athletic. Wara li l-ġimgħa li għaddiet kellna l-ewwel leg ta' dawn is-semifinali, nhar il-Ġimgħa li ġej inkunu nafu l-finalisti hekk kif imbagħad aktar kmieni x-xahar id- dieħel tintlagħab il-finali tal-aħjar minn tliet logħbiet. Ma nistgħux ngħidu li hemm xi favoriti prinċipali minħabba li l-erba' timijiet imsemmija għandhom fi ħdanhom skwadra verament b'saħħitha. Ħamrun, li spiċċaw fl-ewwel post fi tmiem il-Gatorade Elite Round, bla dubju li wrew l-aħjar futsal matul dan l-istaġun bil-Brażiljan Michel Melo José, Madson Caetano de Abreu, Rodrigo Ticz Patricio u Raphinha jkunu l-protagonisti prinċipali tas- suċċessi Ħamruniżi. Dan tal-aħħar jinsab fil-lista tal-aqwa skorers tal- Kampjonat meta skorja xejn inqas minn 58 gowl. Fil-konfronti diretti ta' dan l-aħħar, huma għelbu lil Luxol 6-5, lil Valletta 7-2 u lil Lija 5-3 u għalhekk għandhom moral għoli biex jiffaċċjaw dawn il-play-offs. Luxol, li huma ċ-champions preżenti, iridu jkunu fl-aqwa forma tagħhom sabiex jerġgħu jikkonfermaw ruħhom bħala l-protagonisti tal- Kampjonat. Huma kellhom staġun sodisfaċenti hekk kif plejers bħal Frane Despotovic, Celino Alves, Carl Azzopardi u William Barbosa spikkaw fil- mumenti l-aktar importanti tal-istaġun. Madankollu fil-konfronti diretti huma kellhom żewġ telfiet xejn mistennija meta ġew umiljati minn Valletta 7-1 filwaqt li kienu żvinturati li tilfu proprju fl-aħħar sekonda kontra Ħamrun Spartans 7-1. Riċentement it-tim minn St Andrews marru għal training camp ta' tlett ijiem fil-Polonja u lagħbu kontra ċ-champions Polakki Bielsko Biala sabiex jippreparaw bis-sħiħ għal dawn il-play-offs. Valletta, li spiċċaw fit- tielet post tal-klassifika, jistgħu jkunu ta' theddida għall-istess champions hekk kif għandhom plejers ta' esperjenza bħal Xavier Saliba, Jovica Milijic, Dylan Musu u Mohammed Elamari li jistgħu jbiddlu l-kors tal-partita f 'kull ħin. Huma għandhom ukoll lill-internazzjonali Sloven Dezan Bizjak li spikka ħafna minn mindu nġieb f 'Jannar mill-istess tim tal- Kapitali. Fl-aħħar nett, Lija Athletic huma t-tim li ssorprenda f 'dan l-istaġun hekk kif it-tim kien wieħed minn dawk li ġew promossi mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. It-tim immexxi minn Kevin Mifsud, investa f 'ħafna plejers ta' kwalità u esperjenza u jistgħu jafdaw fil-forma tal-internazzjonali Iranjan Ebrahim Massoudi, l-Ispanjol Chavi Montes Burgos u l-Albaniż Endrit Kaca. Huma għandhom fl- iskwadra plejers bħal Nicola del Re u ż-żagħżugħ Chris Cardona li skorjaw gowls importanti f 'dan l-istaġun. Bla dubju li mhux se jkollhom partiti faċli kontra Hamrun Spartans li qed jaspiraw li jaslu sal-finali. Fil-Kampjonat Gatorade tal-Ewwel Diviżjoni kellna kampjonat ferm bilanċjat fejn il-logħbiet kollha kienu tal-istess livell. Madankollu Sliema Wanderers jidher li għandhom dak il-potenzjal li kapaċi jrebbaħhom il- Kampjonat meta għandhom plejers ta' esperjenza li kapaċi jiddeċiedu l-partita f 'kull ħin. Il-Wanderers flimkien ma' Sirens, Żebbuġ u Mqabba se jkunu qegħdin jikkontestaw is-semifinali tal-play-offs li ser jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla. Raphinha ta' Ħamrun - l-aqwa skorer tal-Kampjonat tal-Futsal Ritratt - Joe Borg Matthew Gauci jsir Champion tal-ASMK Enduro 2015/2016 NHAR il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat l-aħħar attività mill-Kampjonat Enduro 2015/2016, sponsorjat mid-ditti Pasta Poiatti u Dunlop Tyres. L-attività saret fil-Barriera Tas-Sejba fl-Imqabba li matulha ħadu sehem 21 kompetitur maqsuma f 'żewġ klassijiet. Matul il-ġurnata, l-attenzjoni daret fuq Matthew Gauci fuq mutur Sherco u fuq Joseph Scicluna fuq mutur KTM li kienu fuq nett tal-klassifika tal-kampjonat u biċ-ċans li Scicluna jirbaħ jekk Gauci jaqa' lura fil-ħin tiegħu. Gauci kien l-iktar sewwieq biċ-ċans li jirbaħ dan it-titlu għall-ewwel darba. Waqt il-pole position tal-ġurnata, rajna taqtigħa bejn James Zahra fuq mutur Yamaha u Joseph Scicluna fuq mutur KTM, b'Zahra jispiċċa jirreġistra l-aħjar ħin waqt il-Pole (żewġ minuti 37.06 sekondi) b'Scicluna jsegwi b'differenza ta' 0.50 sekondi. It-taqtiegħa bdiet meta fl-ewwel heat daħal fix-xena Matthew Gauci fuq mutur Sherco li spiċċa jirreġistra l-aħjar ħin f 'din il-heat ta' żewġ minuti u 27.82 sekondi. Gauci ħalla lil Zahra jsegwih b'0.53 sekondi differenza. It-tieni heat kienet mistennija ħafna għar-raġuni li kienet se tiddetermina min se jkun iċ- champion għal dan l-istaġun 2015/2016. Matul din il-heat rajna lil Bernard Sammut fuq mutur KTM jidħol fix-xena bejn Gauci, Zahra u Scicluna. Gauci rnexxielu jkompli jtejjeb il-ħin u spiċċa biex għalaq il-ġurnata b'ħin ta' żewġ minuti 21.39 sekondi li kien ukoll l-ewwel l-aħjar ħin u spiċċa għalaq il-ġurnata fl-ewwel post. Minkejja li ħadd ma rnexxielu jissupera dan il- ħin ta' Gauci rajna taqtigħa għat-tieni post li minkejja li kien Scicluna l-favorit li jieħu din il-pożizzjoni Sammut spiċċa daħal qablu b'ħin ta' żewġ minuti 24.96 waqt li Scicluna kellu jikkuntenta bit-tielet post b'ħin ta' żewġ minuti 26.62 sekondi. Is-sitwazzjoni fil- kategorija b'muturi żgħar rajna lil Andrea Scicluna fuq KTM jirbaħ din il- kategorija b'ħin ta' żewġ minuti u 40 sekonda segwit fit-tieni post minn Rowen Bonello fuq mutur Yamaha li għalaq il- ġurnata b'ħin ta' żewġ minuti 47.90 sekondi. Fit- tielet post spiċċa Elvin Debono fuq mutur KTM li rreġistra ħin ta' żewġ minuti 57.21 sekondi. Ħarsa ħafifa lejn il- klassifika tal-Kampjonat Nazzjonali Enduro 2015/2016 li uffiċjalment issa hija magħluqa. Iċ- champion huwa Matthew Gauci fuq mutur Sherco li rebaħ din il-klassi għall- ewwel darba fejn matul dan l-istaġun irnexxielu jirbaħ erba' kompetitzzjonijiet minn sitta filwaqt li fi tnejn minnhom spiċċa waħda fit- tieni, u oħra fit-tielet post fejn irnexxielu jiġbor u jagħlaq il-klassifika b'total ta' 112-il punt. Fit-tieni post spiċċa Joseph Scicluna fuq mutur KTM li kellu staġun kumbattut sal-aħħar fejn matul l-istaġun Joseph rebaħ żewġ attivitajiet minn sitta filwaqt li fi tnejn minnhom spiċċa fit-tieni, oħra fit-tielet u oħra fl- għaxar post iżda għalaq il-klassifika b'94 punt. Fit-tielet post spiċċa Ian Scicluna fuq mutur KTM b'65 punt. Intant, l-attivitajiet ikomplu llum fejn se tiġi organizzata s-sitt tiġrija mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 bil- Muturi Trials. L-attività se ssir fil-barriera ta' Tarġiet Għomor Limiti tan-Naxxar bil-programm jibda fid- 9am. Matthew Gauci bit-Trofew ta' Cham- pion tal-ASMK Enduro 2015/16 Ritratt - Mario Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016