Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

N iftakarni mwaħħal fuq l-iskrivanija li fuqha kont nagħmel ix- xogħol li konna ningħataw mill-iskola, naqra strofa minn poeżija li kelli quddiemi, probabilment xi 'Gelmus' u fl-istess ħin, bejn daħla u ħarġa t'ommi mill-kamra, nisma l-vuċi ta' Dom Mintoff iriegħed fil-Parlament. Kien l-1998, wara li kien elett Gvern Laburista ftit qabel, liema Gvern kien immexxi minn Alfred Sant. L-arja politika kienet waħda tqila, bl-iżviluppi jseħħu kull ftit ħin. Niftakar li dan id-diskors ta' Mintoff ma ried jispiċċa qatt u li matulu kien fetaħ baraxx kritika fuq l-eks-Prim Ministru Alfred Sant. Mill-art tal-Birgu, sal-Forti Sant'Anġlu, sal-Ewropa u l-prezzijiet ogħla fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Niftakar lil Sant ħiereġ mill-Parlament bil-ġurnalisti, niftakar lil Pierre Portelli u Dione Borg partikolarment, jistaqsuh salt mistoqsijiet. Ir-risposta kienet "attenti l-wajers" qabel Sant ħareġ għaċ-ċapċip ta' bosta Laburisti. Niftakar dik il-għodwa meta Sant niżel il-Birgu għall-orgolju u r-rabja tal-Laburisti, fejn hemmhekk sammar l-aħħar musmar fil-qabar politiku tiegħu bħala PM u għajjar lil Mintoff 'traditur' fil-qalba tal- Kottonera. George Abela qallu ma jmurx għall-elezzjoni, imma Sant ħaseb li ma setax imexxi. Sakemm morna għall-elezzjoni fl-1998 u l-PN immexxi minn Eddie Fenech rebaħ l-elezzjoni tal-1998. Niftakar il-meetings kbar, il- 'We take the chance', 'Ir-rebħa tagħna terġa' tkun' u l-vuċi ta' Guido De Marco tirbombja fi Psaila Street B'Kara bil-kliem, "qed nara baħar, baħar ta' nies.' Iktar riċenti, fl-aħħar leġiżlatura, kellna Gvern Nazzjonalista mdendel, mifni b'attakki u kritika qawwija minn ġewwa, l-aktar mid- Deputati voċiferi Jeffrey Pullicino Orlando u Franco Debono. U magħhom ingħaqdu vuċijiet oħrajn ta' dissens fosthom ta' Deputati bħal Jesmond Mugliett u Jean Pierre Farrugia. Ir-risposta tal-PN kienet li joħloq karigi lil dawk li kienu qed juru dissens, imma dan ma sewa ta' xejn. Il-Prim Ministru Gonzi, anke jekk kreditat li mexxa l-ekonomija Maltija fi żmien meta kien hawn għawġ ekonomiku dinji kbir, kien qed imexxi Gvern għajjien, li kien qed jaqla' kritika ħarxa u kontinwa mhux biss dwar kwistjonijiet ta' governanza imma wkoll dwar kwistjonijiet oħrajn li dawru pajjiż kontrieh. Minkejja li prova jtawwal kemm seta' Gonzi, l-inevitabbli ġara u l-Gvern tilef vot ta' fiduċja u sussegwentement elezzjoni. Illum għandna l-każ Panama, li kulħadd jaf dwaru u li l-Gvern preżenti, grazzi għalih, qed jaqla' tumakka fuq tumakka fuq tumakka. Għada se jkollna maratona Parlamentari biex niddiskutu mozzjoni li l-Gvern se jirbaħ u forsi iktar tard ikollna xi riżenja jew bidliet ukoll. Il- każ Panama tefa' lil Muscat fl-istess rokna kerha li kien fiha Gonzi u Sant qablu, il- mistoqsija hija, Muscat se jkun bħal Sant jew bħal Gonzi? U jekk mhux se jkun la bħal Sant u lanqas bħal Gonzi, Muscat kif se jkun differenti? Minn dak li ħareġ s'issa, i d-differenza hija din, jekk kellna nitfugħha f 'sentenza sempliċi. Alfred Sant ma kienx jagħmel bih il-poter, Gonzi ma riedx jitilfu minn taħt idejh u Muscat għadu ma fehemx kemm jista' jkun perikoluż. Alfred Sant, tista' ma taqbilx miegħu u tista' bħal m'għamilt jiena stess fuq ħafna mezzi tikkritika l-viżjoni li kellu u l-mod kif kien iwassal din l-istess viżjoni lin-nies. Għamel żbalji strateġiċi galor u dik l-imbierka partnership għad irrid nara qassata daqsha. Imma, minkejja kollox, Sant ma ntrabatx wisq mal-poter. Kien jaf li elezzjoni fl-1998 kienet se twassal għat- telfa tiegħu. Kien jaf ukoll li b'telfa, 22 xahar biss wara li kien elett, il-futur politiku tiegħu kien issiġġillat. Kien jaf ukoll li l-legat li kien se jġorr kien se jkun wieħed pjuttost ikrah, il-PM li dam l-inqas fit-tmun mill-Indipendenza. Minkejja dan, Sant xorta mar għand il-poplu għax ħass li ma setgħax imexxi. Gonzi, min-naħa l-oħra baqa' jżomm ma' xagħra, baqa' jittama li l-pazjent mhux se jmut, baqa' fit-tmun tal-pajjiż minkejja li kienet ċara li ma kellux maġġoranza Parlamentari Muscat, b'differenza, m'għandux maġġoranza ta' siġġu wieħed u għalhekk għandu l-lussu li Sant u Gonzi ma kellhomx. Minkejja dan iżda, dak li se jiddeċiedi fil- ġranet li ġejjin u dak li se jgħid għada fil-Parlament se jkollu impatt qawwi fuq l-immaġini politika tiegħu. Muscat jeħtieġ juri iktar ħażen politiku minn Alfred Sant, imma jeħtieġ juri wkoll iktar deċiżività minn Gonzi. Din hija t-tielet kriżi li niftakar kemm ili nsegwi l-politika. Kull kriżi fiha l-kulur u l-angolu tagħha. Pero lil hinn mit-tisbit, mill-voti ta' sfiduċja, mill- manifestazzjonijiet ta' saħħa fit-toroq, kull kriżi tibqa' marbuta mad-deċiżjoni li ħa kull Prim Ministru. Dak li jiddeċiedi Muscat fis-siegħat, ġranet jew ġimgħat li ġejjin se jiddeterminaw kif din il-kriżi politika se tibqa' msemmija u mfakkra fil-kotba tal-istorja. illum | Il-Ħadd 17 t'April 2016 Opinjoni 14 It-tielet 'kriżi' li niftakar... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Sant ma kienx jagħmel bih il- poter, Gonzi ma riedx jitilfu minn taħt idejh u Muscat għadu ma fehemx kemm jista' jkun perikoluż" "Gonzi, min- naħa l-oħra baqa' jżomm ma' xagħra... minkejja li kienet ċara li ma kellux maġġoranza Parlamentari" Tliet Prim Ministri, tliet kriżijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016