Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
illum | Il-Ħadd 17 t'April 2016 Intervista 10 'Refalo ma ġġilidx biżżejjed biex L -aħħar li saret intervista lil Chris Said mal-ILLUM, kien segretarju ġenerali. Minn dak iż-żmien 'l hawn, Said ħa rwol differenti fil-Partit Nazzjonalista fejn hu wieħed mill-kelliema ewlenin mhux biss fuq Għawdex iżda dwar dak kollu li għaddej minnu l-Partit Nazzjonalista u l-pajjiż. "Ninsabu f 'pożizzjoni li ftit ħasbu li se nkunu fiha sentejn ilu. Għax il-fatt li jkollok partit li rebaħ b'vantaġġ ta' 36,000 u 9 siġġijiet, diffiċli biex f 'nofs leġiżlatura dan il-partit isib ruħu f 'dawn id-diffikultajiet li ntasab fihom bħalissa. U dawn id-diffikultajiet ma ġabhomx il-Partit Nazzjonalista, iżda l-Partit Laburista b'idejh." Said semma katina ta' skandli li dan l-aħħar smajna ħafna dwarhom bħall-każi ta' Café Premier u Strada Zekka, iżda jidher ċar li l-poplu donnu li ċċaqlaq l-aktar mal- kwistjoni tal-Panama Papers. "Naqbel miegħek. Kien hemm sensiela ta' skandli li kienu qed idejqu lin-nies iżda ma rrabjawhomx bħall-każ tal-iskandlu tal-Panama, għax imdaħħlin fih, hemm l-aktar tnejn min-nies qrib il-Prim Ministru u l-iskandlu sar wieħed internazzjonali u mhux biss nazzjonali. Issa hemm ir- reputazzjoni ta' pajjiżna fin-nofs u anke l-impatt fuq is-servizzi finanzjarji fil-pajjiż. Din ġabet sitwazzjoni differenti fejn anke l-'polls' li saru minn midja indipendenti bħal MaltaToday u anke dawk tal-partiti interni jaqblu, u juru li d-distakk naqas u naqas bil-kbir. Dan juri s-sentiment fost il-poplu." Chris Said, filwaqt li faħħar s-suċċess tal-Gvern fil-qasam ekonomiku, fejn qal li l-Gvern baqa' sejjer fuq it-triq it-tajba f 'oqsma li kienu diġà b'saħħithom meta d-dinja kienet tinsab fi kriżi, żied jgħid li, "fejn tidħol il-governanza, dan il-Gvern falla u falla bil-kbir. In-nies li titkellem magħhom kollha jgħidulek li dan il-Gvern qed jgħix bil-maqlub ta' dak li wiegħed, bi slogans ta' trasparenza, kontabbiltà u ġlieda kontra l-korruzzjoni li bihom rebaħ ħafna voti. Il-poplu ta piż kbir lil dawn il-wegħdiet. Illum ħareġ totalment bil-maqlub." "Illum għandna sitwazzjoni fejn f 'pajjiżi oħra, il-Pulizija qed tidħol fl-uffiċċji ta' Mossack Fonseca (anke fil-Panama stess) u jissekwestraw l-uffiċini tagħhom, u f 'Malta għaddew tmien ġimgħat u l-Pulizija m'għamlu assolutament xejn. "L-ironija hi li fil-każ tar-raġel ta' Giovanna, għal aktar minn sena issa, hemm żewġ pulizija 24/7 għassa mal-files. Jekk hemmx bżonn jew le, jarawh il-pulizija u mhux jien. Imbagħad għandek sitwazzjoni ta' skandlu bħal dan, u l-pulizija ma nvestigaw xejn. L-inqas ħaġa li setgħet issir kien li jiġu sekwestrati l-files u l-kompjuters tal-uffiċċji ta' Mossack Fonseca u r-rappreżentanti tagħhom f 'Malta u ta' min kien involut fil-ftuħ ta' dawn il- kumpaniji sigrieti." Iċ-ċedoli tal-PN Sadanittant, il-Partit Laburista qed jakkuża lill-Partit Nazzjonalista b'nuqqas ta' trasparenza dwar l-iskema taċ-ċedoli. "Il-PN, fejn jidħol il-finanzjament tiegħu ħadd ma jista' jipponta subgħajh lejh, għax kieku kien jagħmel deals illegali, mhux qiegħed fis- sitwazzjoni li jinsab fiha llum. Il-partit għandu self leġittimu mal-banek li akkumula minħabba l-bini tad-dar ċentrali u t-telf li kien qed isir minn NET TV. Irnexxielna nnaqsu l-ispejjeż bir-ristrutturar qawwi, u naqqasna l-ħaddiema. Kien imiss il-pass li nħallsu d-dejn." Said qal ukoll li mhux veru li l-banek ma fdawhomx kif qed jingħad, "din hi ħrafa li qed jgħidha l-Partit Laburista. L-ewwel ħaġa, il-Partit m'għandux għalfejn jissellef mill-banek għax m'għadux jagħmel telf wara r-ristrurazzjoni li kelli sehem fiha jien meta kont segretarju ġenerali. Aħna qed nisselfu biex inħallsu d-dejn mal- banek. "Il-banek iżommulna interessi għoljin, għalhekk l-iskema qiegħda biex il-partit iħallas id-djun u jiffranka mill-interessi għoljin mill-banek, u minflok, tagħti 4% imgħaxijiet lill-partitarji li jiddeċiedu li jisilfu l-flus lill-Partit u jorbtuhom għal 10 snin." Chris Said qal li hi gidba min jgħid li dan is-self qed isir biex idur mal-liġi tal-finanzjament tal- partiti. "Il-liġi stess taħseb għal dan is-self. Jekk xi ħadd wara 10 snin jiddeċiedi li l-flus jagħtihom bħala donazzjoni lill-Partit, hemmhekk irridu nsemmu ismu għax hekk hemm fil-liġi." Mistoqsi jekk il-flus li qed jisselfu humiex garantiti, Chris Said qal li l-partit kien bil-għaqal u xtara proprjetà, u mhux ħadha lill-poplu bħal fil-każ tal-Partit Laburista, u għandu każini li jiswew miljuni, u hawn semma anke l-kwartieri, li huma stmati li jiswew €17-il miljun, "u dawn huma garanzija għall-flus li qed isellfuna n-nies." Said qal li hu ma jafx min huma n-nies li qed isellfu flus lill-partit, "iżda l-indikazzjonijiet huma li huma n-nies normali li jħossu li għandhom jgħinu lill-Partit b'dan il-mod u fl-istess ħin jieħdu xi ħaġa lura wkoll." Mistoqsi jekk kinitx għażla tiegħu li ma ħariġx għat-tieni terminu tiegħu bħala segretarju ġenerali, Said wieġeb li "bħala segretarju ġenerali ħadt deċiżjonijiet iebsa u li weġġgħu, iżda ridna nwaqqfu l-emorraġija tal-partit. Sadanittant, wassalt lill-PN għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fejn il-partit naqqas id-distakk bin-nofs. Fl- istess ħin kont inħoss li nqtajt ħafna minn Għawdex u nqtajt sew mill-familja u fl-istess ħin, il-PN kien qed jagħmel passi 'l quddiem f 'Malta, u f 'Għawdex ma rnexxilux jagħmel dan. Għalhekk iddiskutejt mal-Kap li kont preokkupat b'dan kollu u flimkien iddeċidejna li ma nikkontestax il-kariga u nibda naħdem fuq Għawdex, fejn ta' 45 sena spiċċajt l-aktar kandidat u deputat anzjan f 'Għawdex." Said flimkien ma' Giovanna Debono kien ministru fl- amministrazzjoni li għaddiet, u l-falliment tal-partit f 'Għawdex żgur li kellu sehem fih. "Irrid nerfa' parti mir-responsabbiltà wkoll għax kont parti mill-Gvern. Għalkemm f 'Għawdex il-partit naqqas il-voti, mhux vera li tilef lil Għawdex. Bħala voti tal-ewwel għadd, kellna 250 vot aktar mil-Labour. Personali kważi rduppjajt il-voti tiegħi. Mertu għax-xogħol li kont wettaqt. Stajna għamilna ħafna iżjed iżda kien hemm sitwazzjoni li n-nies riedu bidla, u li kieku għamilna Għawdex tad-deheb xorta kienu jibdluna. In-nies riedu jippruvaw bniedem frisk u issa wara tliet snin, anke fejn jidħol Għawdex dak li ġie mwiegħed spiċċa fuq l-ixkaffa jew mormi." 'Ma sar xejn f 'Għawdex' "Fi tliet snin, ma sar assolutament xejn ħlief tkomplew il-proġetti li kienu nbdew mill-Gvern Nazzjonalista. Ma beda l-ebda proġett ġdid. Kienu wegħduna li se jagħmlu fixed wing li se jkun konness mal-Mediterran. Illum kollox skrapjat. Il-fast ferry service, għaddew tliet snin u meta tistaqsi x'qed isir, 'baħħ'. Anke fiċ-Ċitadella, li kien proġett tal-PN, intilfu madwar €2 miljuni fondi fejn il- Ministru kien qalilna li x-xogħol suppost tlesta f 'Ġunju li għadda, u x-xogħol għadu sejjer sal-lum. Dan ifisser li dak li sar u għadu qed isir, issa jrid jitħallas mit-taxxa tal-poplu, u l-Bambin jaf kemm se jiswa għax s'issa għadhom ma jridux iweġbuna." Ħafna Għawdxin igergru għat- toroq tat-tielet dinja li hemm Għawdex speċjalment mix-xatt għan-Nadur u l-Qala minn fejn erba' deputati, tlieta minnhom eksministri u ministru jgħaddu minnhom kuljum u huma fi stat tal- biki. "L-istat tat-toroq f 'Għawdex hu inkwetanti. Kien inkwetanti u għadu inkwetanti. Aħna konna bdejna programm li t-toroq jibdew jinbnew mill-ġdid u mhux tagħti biċċa tarmac biex traqqa' l-pannu bil-qara' aħmar. It-toroq tagħna kienu nbnew meta kien hawn il- karrettuni, u forsi kien hawn 50 karrozza. Hemm bżonn li jsir ħafna aktar." Said qal li mhu qed isir xejn għal dawn it-toroq għax il-Gvern ivvota biss terz tal-vot finanzjarju għal Għawdex li kien jiġi vvutat qabel. "Minn vot kapitali ta' €16-il miljun, ivvota biss €6 miljuni." Dan allura jfisser li inutli li jipponta subgħajh lejn il-Ministru għal Għawdex la ma ngħatax flus biżżejjed biex iwettaq dak li xtaq, fejn Said dlonk John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Jekk xi ħadd wara għaxar snin jiddeċiedi li l-flus iħallihom bħala donazzjoni, hemmhekk irridu nsemmu ismu Il-kwartieri huma stmati li jiswew €17-il miljun " " " "