Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum 'Diffiċli jinftiehem li dan kien kollu żball' Tkompli minn paġna 1 FL-APPELL tiegħu, Natius Farrugia talab li filwaqt li l-Qorti tal-Appell tikkonferma dik il-parti tas-sentenza li illiberatu mill-akkuża ta' ksur ta' bon ordni, fl-istess ħin talab li titħassar dik il-parti li sabitu ħati li ta fastidju lill-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia waqt il-festa ta' San Ġużepp fir-Rabat, fl-2013. Dan l-inċident kien il-kulminu ta' attakki kontinwi minn Caruana Galizia li fi 'blog post' partikolari kienet saħansitra qalet li Joseph Muscat kien ġabar lil Natius minn ġo skipp. Esperti legali spjegaw lill-ILLUM kif l-Imħallef Giovanni Grixti għamel bil-kuntrarju ta' dak li ġie mitlub jagħmel, u minflok sabu ħati ta' ksur tal- akkuża ta' bon ordni. "Din hija abberrazzjoni legali għax Natius Farrugia qatt m'appella mid-deċiżjoni ta' ksur ta' bon ordni u għalhekk l-Imħallef qatt ma seta' jidħol f 'dik l-akkuża, u wisq inqas jagħtih piena aktar gravi." Skont l-istess esperti, dak li ġara kien diffiċli "li jinfthiem li kien żball għax l-Imħallef Grixti għandu esperjenza twila bħala Maġistrat u għal xi żmien anke ppresjeda fuq materja kriminali." Dawk li tkellmu mal- ILLUM qalu li għalkemm bi prerogattiva tal-President ta' Malta jistgħu jinħafru pieni ta' ħabs bħal dik ta' Farrugia, "mhix normali li din it-talba issir mill-istess Imħallef li jkun imponiha. Normalment tkun l-istess persuna jew avukati tiegħu, kif fil-fatt kien ġara fil-każ ta' Eusebio Busuttil, li jagħmlu din ix-xorta ta' talba. Dak ta' Eusebio Busuttil huwa każ klassiku ta' xi tfisser il- prerogattiva tal-maħfra tal- President kif hemm imniżżel f 'artiklu 93 tal-Kostituzzjoni ta' Malta." Min-naħa tiegħu l-avukat Franco Debono fil- kummenti tiegħu lil din il-gazzetta, filwaqt li qal li l-Imħallef għamel żball, irrikonoxxa li "għamel minn kollox biex jirranġa l-istess żball tiegħu. Ċertament," qal Debono, "dan kien pass mill-aktar pożittiv." Il-Każ ta' Natius vs Daphne Il-każ kollu beda meta Daphne Caruana Galizia għamlet rapport kontra Natius Farrugia u oħrajn dwar allegat fastidju u ksur ta' paċi pubblika fir-Rabat. Din l-akkuża tressqet quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale li sabu ħati ta' fastidju u mmultah il-massimu li tippermetti l-liġi, jiġifieri €2,500. Għal żmien twil Natius, persuna maħbuba ħafna fiż-Żurrieq, kemm min- Nazzjonalisti u iktar u iktar fost partitarji Laburisti, spiċċa kważi wiċċ permanenti fuq il-blog ta' Daphne. Minn hemmhekk bdiet speċi ta' battalja bejn it-tnejn li kkulminat fl- inċident li seħħ fir-Rabat. Intant, dan l-arrest illegali wassal għal mewġa ta' appoġġ minn mijiet ta' nies, fosthom imma mhux biss Żrieraq, kif ukoll għal kritika direzzjonata lejn il- Qorti. Kritika politika saret mill-Editur Maniġerjali tal- MediaToday Saviour Balzan li sostna kif dan il-każ wera li qed ngħixu f 'pajjiż li jħaddem politika ta' apartheid kulturali, fejn dak li jgħodd għal wieħed jista' ma jgħoddx għall-ieħor. Fi blog li tella' nhar il-Ġimgħa, Balzan qal li kieku minflok Natius kien sindku tal- Partit Nazzjonalista kieku min jaf kemm saru teatrini u bużullotti quddiem il- Qorti, b'referenza għal dak li ġara fil-każ tad-Deputat Jason Azzopardi. Natius u Daphne...mhux eżattament ħbieb Maratona ta' 13-il siegħa ta' diskussjoni Parlamentari għada Tkompli minn paġna 1 LEO Brincat, Deputat ieħor irraportat li tkellem fis-sens li Konrad Mizzi kellu jirreżenja, ma xtaqx jirrispondi l-mistoqsijiet tagħna direttament. Għal mistoqsijiet tal-ILLUM dwar kif se jivvota għada u dwar kif kien jivvota kieku l-mozzjoni kienet kontra Konrad Mizzi, Brincat wieġeb biss li "id-dritt tal-vot se neżerċitah nhar it-Tnejn". Iktar kmieni din il- ġimgħa l-eks-Deputata Laburista Marlene Farrugia ħabbret li se tkun qed tivvota kontra l-Gvern u mal-Partit Nazzjonalista b'qalbha maqsuma. Mal- ġurnal The Times Farrugia kompliet tgħid li l-fatt li se tivvota kontra l-Gvern hija xi ħaġa "trawmatika" u "psikoloġikament devastanti." Hija qalet li l-għażla tagħha se tkun bejn żewġ affarijiet li tħobb, il-pajjiż u l-partit, għalkemm fakkret mill-ewwel li l-lealtà tagħha tibqa' dejjem lejn il-pajjiż. Intant, għada l-Parlament mistenni jitlaqqa' għal seduta li se tibda fid-9:00 am u tibqa' sejra sal-10:00 pm, 13-il siegħa b'kollox u huwa mistenni li l-maġġoranza assoluta tad-Deputati miż- żewġ naħat jitkellmu waqt dan id-dibattitu. Matul il-jum, is-sit illum.com.mt se jkun qed jaġġorna lill-qarrejja tiegħu bl-aħħar żviluppi fid-dibattitu li jkun għaddej fil-Kamra tar-Rappreżentanti kif ukoll b'rappurtaġġ iktar estensiv tad-diskorsi tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizjoni Simon Busuttil. Din il-mozzjoni tressqet mill-PN fid-dawl tal-aħħar żviluppi fil-każ li jirrelata mal- kumpaniji ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri fil-Panama. Għada Muscat mistenni jiffaċċja vot ta' sfiduċja fil-Gvern tiegħu