Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum Intervista 11 biex iġib aktar fondi lejn Għawdex' weġibni, "Iva għandu tort, għax ma ġġilidx biżżejjed biex iġib fondi biżżejjed għal Għawdex. Ma kontx se nkun ministru jien li naċċetta li l-ministru tal-finanzi jnaqqasli n-nefqa kapitali b'dak il-mod. Tal- inqas jagħtini l-istess fondi tas-sena ta' qabel u mhux inaqqasli €10 miljun." Chris Said ministru x'jagħmel differenti? "Il-pass li jmiss hu li jkollok amministrazzjoni reġjonali li tieħu ħsieb hi l-bżonnijiet ta' Għawdex, u l-ministru jkun parti minn din l-amministrazzjoni. Dik hi t-triq li tagħti aktar saħħa fid- deċiżjonijiet li jolqtu lill-Għawdxin." Chris Said fil-poter f 'Għawdex qal li m'għandux problema li l-poter ma jkunx f 'idejh kollu, anzi jaħdem biex ikun hemm l-amministrazzjoni reġjonali. Ikkritika bis-sħiħ li s-saħħa u l-edukazzjoni tneħħiet minn taħt il-Ministeru ta' Għawdex, u hu jwiegħed li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, dawn jerġgħu jirritornaw taħt il- ministeru għal Għawdex. 'Ma naqblux mal-bejgħ tal-isptar ta' Għawdex' Iżda jekk l-isptar ta' Għawdex jiġi privatizzat, żgur li s-saħħa ma tkunx tista' taqa' taħt il-ministeru għal Għawdex. "Bħala oppożizzjoni naqblu mal-bejgħ ta' Karen Grech u St Luke's iżda ma naqblux mal- bejgħ tal-isptar t'Għawdex. Dan hu l-uniku sptar f 'Għawdex u jekk jiġi privatizzat, l-Għawdxi m'għandux għażla ħlief li jew imur Mater Dei f 'Malta, inkella jmur fi sptar privat. Forsi hemm min jgħidilek li xorta mhux se tħallas, iżda taħseb li jekk ħdejk hemm persuna li qed iħallas, se jiġi trattat bħalek? Il-privat li jidħol biex jinvesti l-flus, jagħmel dan dejjem biex jaqla l-flus." Said qal li jinkwetah il-fatt li l-isptar kien qed jingħata facelift u diversi taqsimiet kienu qed jiġu mmodernizzati minn amministrazzjoni Nazzjonalista u tkomplew taħt l-amministrazzjoni Laburista, "iżda f 'din is-sena li ħarġet li l-isptar se jinbiegħ, waqaf kollox." Said qal ukoll li l-ħaddiema huma nkwetati għax semgħu li minn skala 12 'l isfel, dawn se jispiċċaw. L-isptar f 'Għawdex iħaddem 900 persuna u llum dawn ma jafux x'se jiġri minnhom. U dawn mhux aħna qed ngħiduh iżda anke ħaddiema Laburisti li qed jiġu jgħidulna li qed iħossuhom traduti mill-Gvern tagħhom." F'Għawdex hemm għajdut li l-partit hu inkwetat għax Chris Said hu l-uniku 'heavy weight', u l-votanti ta' Giovanna Debono ma jridux jivvutaw lilu għax bejniethom teżisti pika kbira, "Dawn huma diċeriji biss. Jiena bdejt fil-politika naħdem għal Giovanna Debono u meta ma ħriġtx jien, ivvutajt lil Giovanna Debono. Fl-ewwel darbtejn li kkontestajt, tlajt bis- surplus ta' voti ta' Giovanna Debono fejn ħadt id-doppju li ħa ħaddieħor mingħandha." Bħalissa l-kandidati Għawdxin għall-PN huma kollha żgħażagħ u bi ftit jew xejn esperjenza. Dan ifisser li Said m'għandux wisq kompetizzjoni f 'Għawdex. "Jekk nitkellem b'mod egoistiku, allura aħjar hekk, iżda jien l-ewwel il-partit u nemmen li għalkemm kuntent bix-xogħol kbir li qed jagħmlu l-erba' kandidati żgħażagħ li għandna, xorta hemm bżonn tim akbar." Dan l-aħħar il-gazzetta ILLUM ħarġet l-aħbar li se jikkontesta fuq Għawdex il-kap tal-partit, Simon Busuttil, u għal dan, Said wieġeb li, "dak jiddeċiedi hu fejn se joħroġ meta l-elezzjoni tkun ħafna aktar qrib. Il-Kap dejjem joħroġ fuq distretti skont l-esiġenza tal-partit. S'issa tneħħi lil Nerik Mizzi, l-ebda kap ta' partit ma kkontesta fuq Għawdex, iżda jekk jiddeċiedi li jagħmel dan mhux se niddejjaq. Li nista' ngħidlek hu li qatt ma ddiskutejna dan il-fattur." Chris Said qal li "fl-aħħar elezzjoni, iż-żgħażagħ Għawdxin ivvutaw bi ħġarhom lill-Partit Laburista għax emmnu fil-wegħda ta' 'Xogħol f 'Għawdex għall- Għawdxin'. Illum, dan il-Gvern qed joħloq biss xogħol prekarju." Chris Said bħala ministru x'se jagħmel biex jirnexxilu joħloq xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin. Kif jista' jġib għalliema f 'Għawdex meta m'hemmx tfal biżżejjed? Għal dan hu jwieġeb li hawn hu li jrid jagħmel il-PN, "u fuq dan qed naħdem li niltaqa' bil-magħluq ma' diversi persuni ġejjin minn setturi differenti. U dan qed nagħmlu bil-moħbi, għax kien hemm min deher miegħi u l-għada laqqat vendikazzjoni. Mhux faċli li toħloq xogħol f 'Għawdex. F'Għawdex hawn 30,000 votant irreġistrat iżda fir- realtà, lanqas nofshom ma jgħixu hawn. Iż- żgħażagħ Għawdxin telqu minn Għawdex u marru Malta fejn anke l-postijiet ta' divertiment f 'Għawdex issibhom magħluqin kollha, anke s-sibt mal-lejl." "Irrid nagħti l-possibbiltà li l-Għawdxi jaħdem f 'Malta u bil-possibilità li xorta jgħix f 'Għawdex għax ikollu aċċessibbiltà aħjar. Il-mina hi waħda mill-fatturi possibli, iżda din baqgħalha diversi snin biex issir, għax dan il-Gvern kompla jitlef iż-żmien b'ħafna diskussjonijiet u wara tliet snin, għadu qas beda l-istudju ġeoloġiku. Għadu ma sar xejn. Irridu mod ieħor ta' aċċessibbiltà li hu l-fast ferry. Għaliex għadu ma sarx? Iġibu skuża bil-ftehim tal-PSO jiġifieri l-ftehim bejn Transport Malta u l-Gozo Channel, iżda fejn iridu jġibu din l-iskuża. Ara l-fatt li hemm ftehim bil-PSO li l-vapur imur Sa Maison kuljum, injorawha u waqqfuh. Argument ieħor li jgħiduli hu li jekk isir il- katamaran, il-Gozo Channel jieħu daqqa finanzjarja. Allura nistaqsi lill-Gvern, 'Meta wegħedt il-fast ferry, din ma kontx tafha? Jekk hemm bżonn li l-Gvern jissussidja lill-Gozo Channel, jissussidjahom bħalma qed nissussidjaw lir- RyanAir." Chris Said bħala ministru jżomm l-istess uffiċjali fiċ-ċivil, anke jekk ikunu Laburisti jew jaqdi lin- Nazzjonalisti biss? "Chris Said dejjem żamm diretturi skont il-kapaċitajiet tagħhom, u mhux skont il-kuluri, tant li taħti kien hemm diretturi li tant kienu Laburisti, li llum il-Gvern għażilhom bħala segretarji permanenti. Aħna f 'Għawdex m'għandniex minn fejn naħlu. Għandna bżonn 'the best brains possible' u jekk int għandek għal qalbek il-ġid t'Għawdex u trid taħdem, int x'int u int min int se jkollok l-opportunità u l-ispazju biex taħdem." Il-pulizija ilha sena għassa mal-files fil-każ ta' Giovanna iżda ma sabitx ħin tinvestiga l-files tal- Panama " " Chris Said

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016