Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum Sports 33 Keith Galea fl-aqwa tiegħu FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet, iċ-champion ta' Malta tat-triathlon, Keith Galea, rebaħ it- tieni tellieqa tas-Sicily Triathlon Series biex tela' fl-ewwel post fil- klassifika ġenerali tas- serje li huwa kompost minn sitt tlielaq madwar Sqallija fejn kien mistenni livell għoli ħafna ta' atleti. Din it- tellieqa kienet Sprint Distance Triathlon li saret ġewwa l-post storiku ta' Marzamemi, u kienet organizzata mill- Federazzjoni Taljana tat- Triathlon u kellha t-titlu ta' champion reġjonali ta' Sqallija, u allura ħafna atleti ta' livell għoli ħadu sehem f 'dan l-avveniment fosthom l-atleti professjonali Enrico Schiavino u Ennio Salerno li kien il-favorit li jirbaħ it-tellieqa Galea ħareġ mill-ilma 10 sekondi biss wara l-grupp prinċipali. Wara transizzjoni tajba ħafna, huwa rnexxielu jilħaq l-atleti li kienu fuq quddiem fl-ewwel dawra tar-rota. Ġie ffurmat grupp ta' ħames atleti fuq quddiem. Galea pprova diversi attakki fit-tieni dawra u nduna li l-avversarji tiegħu kienu qed ibatu. Fit-tielet u l-aħħar dawra, iċ-champion ta' Malta għamel il-mossa li tagħtu r-rebħa. Huwa attakka fl-aħħar telgħa u rnexxielu jagħmel id- differenza kollha. Galea kompla jagħfas sat-tieni transizzjoni biex ikollu vantaġġ tajjeb. Sakemm beda l-ġirja, huwa kellu vantaġġ ta' 20 sekonda. Grazzi għal ġirja tajba u b'saħħitha, Galea rnexxielu jkabbar il-vantaġġ tiegħu biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 59 minuta u 20 sekonda biex issa qiegħed fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali tas-serje. Ikkuntattjat wara t-tellieqa, Keith Galea qal li jinsab kuntent ħafna b'din ir-rebħa. Huwa ma kienx qed jistennieha għax il-livell kien għoli ħafna, imma grazzi għall-forma tajba u t-tattika tajba, irnexxielu jirbaħ din it-tellieqa prestiġjuża. Intant, ftit tal-jiem biss qabel huwa ħa sehem fl-ewwel tellieqa tas-'Sicily Triathlon Series' organizzati mill- Federazzjoni Taljana tat- Triathlon. L-ewwel tellieqa kienet dik ta' Duathlon Sprint li saret fiċ-ċirkwit tal-karozzi ġewwa Pergosa, li tinsab fil-belt ta' Enna. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 5km, rota ta' 20km u terġa ġirja oħra ta' 2.5km. Galea kien ferm determinat li jmur tajjeb ħafna f 'din it-tellieqa, allavolja kien ma jiflaħx ftit jiem qabel it-tellieqa u kien taħt trattament ta' anti-biotiċi. Galea mar mill-ewwel fuq quddiem bil-pass b'saħħtu tiegħu fejn prova kemm jista' jkun jagħmel selezzjoni. Huwa daħal l-ewwel f 'Transition 1 flimkien ma' ħames atleti oħra. Wara transizzjoni tajba, Galea mill-ewwel għamel attakk fuq ir-rota. Kienu biss Enrico Schiavino u Domenico Lo Faro li rnexxielhom iżommu ma' Galea. L-atleta Malti ma tantx beda jħossu f 'sikktu, u nduna li t-tellieqa kienet se tkun bejniethom it- tlieta. Galea għamel ħafna attakki fuq ir-rota biex jinqata' minn magħhom imma peress li t-triq kienet lixxa u kien maltemp b'riħ qawwi, kienet diffiċli għalih biex jagħmel id-differenza, allura ddeċieda li jserraħ saqajh għall-aħħar ġirja. Huma daħlu flimkien f 'T2. Galea pprova jagħmel transizzjoni tajba biex jibda l-ġirja l-ewwel u jiftaħ vantaġġ, imma bil- kesħa, idejh kienu friżati u kawża t'hekk tilef sekondi prezzjużi. Schiavino ħareġ l-ewwel mit-transizzjoni segwit minn Galea ftit sekondi wara. Iċ-champion ta' Malta pprova jistinka ħafna biex inaqqas id-distakk imma ma tantx beda jħossu f 'sikktu. Huwa rnexxielu jispiċċa fit- tieni post u l-ewwel fil- kategorija tiegħu f 'ħin ta' 58.40, 17-il sekonda biss wara Schiavino. Domenico Lo Faro spiċċa fit-tielet post f 'ħin ta' 58.57. Ikkuntantjat mill- gazzetta ILLUM, Galea qal li jinsab sodisfatt bil-prestazzjoni tiegħu speċjalment wara li kien ma jiflaħx. Xtaq ħafna li kieku kien f 'sikktu għax żgur li l-istorja kienet tkun waħda differenti. Il- kesħa affetwatu wkoll speċjalment fit-tieni transizzjoni fejn tilef sekondi prezzjużi li swewh ir-rebħa finali. Intant, nhar Sibt il-Għid, saret Sprint Duathlon fit- triq panoramika ta' Ħad- Dingli li ġiet organizzata mill-Mellieħa AC. Din id-duathlon kienet tikkonsisti f '5km ġirja, 20km rota u 2.5km ġirja. L-atleta ta' Birkirkara St Joseph, Keith Galea, mar mill-ewwel fuq quddiem. Steve Chetcuti u Shaun Galea kienu l-uniċi atleti li ppruvaw iżommu l-pass ma' Keith Galea. Galea daħal l-ewwel fl-ewwel transizzjoni f 'ħin ta' 16.46 minuti. Chetcuti daħal ftit wara Galea u Shaun Galea daħal it-tielet, 30 sekonda wara. Fuq ir-rota, Galea pprova jibni vantaġġ. Minħabba li kien ir-riħ, huwa qassam sew is-saħħa tiegħu biex ikun jista' jagħti kollox sal-aħħar. Fil-fatt, fit-tieni nofs tat-tellieqa, il-vantaġġ tiegħu kiber ħafna biex daħal l-ewwel fit-tieni transizzjoni b'vantaġġ ta' kważi minuta u nofs. Huwa għamel l-aqwa ħin tal-ġurnata fuq ir-rota dak ta' 33.21 minuti. Fit-tieni ġirja, Galea amministra l-vantaġġ tiegħu fejn ukoll kellu l-aqwa ħin ta' 8.50 minuti biex rebaħ din it-tellieqa f 'ħin ta' 58.57 minuti. Fit-tieni post daħal James Cuschieri f 'ħin ta' 1.00.27 u Shaun Galea daħal fit- tielet post f 'ħin ta' 1.00.51 biex b'hekk il-podju kien kollu komplut b' atleti kollha ta' Birkirkara St Joseph. Ikkuntatjat minn din il-gazzetta, Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna bil- prestazzjoni tiegħu. Huwa qal li kienet tellieqa iebsa ħafna peress li kien ħafna riħ u l-korsa kellha tlajja' iebsin. Huwa żied jgħid li kellu kompetitizjoni iebsa u kellu jagħfas sal-aħħar biex ikun ċert mir-rebħa finali. Keith Galea li qiegħed fl-iskema tal-Flexi Training Scheme xtaq jirringrazzja lil SportMalta talli pprovdewlu dak kollu meħtieġ biex jieħu sehem fit-tellieqa ta' Pergusa fi Sqallija, lill-kowċ tiegħu Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Mochika Outdoor Life, Starbene 24/7, Team Barry Whitmoore - Malta Challenge Marathon, Lucida Laundry, DGtri. com, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) u lil SportMalta, tas-sapport kontinwu li huma jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Keith Galea, xtaq jirringrazzja ħafna lil VirtuFerries talli ssapportjaw il-vjaġġi tiegħu fi Sqallija. Keith Galea jifraħ wara li rebaħ id-Dingli Sprint Duathlon AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT