Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum meqjus fost l-aqwa ta' kull żmien Sports 35 Irbaħt tliet darbiet l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena. X'tippreferi, unur kollettiv jew unur individwali? Fil-karriera tiegħi bħala plejer, kont fortunat li lgħabt ma' wħud mill-aqwa plejers Maltin ta' kull żmien. Bis-saħħa tagħhom, irbaht l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena tliet darbiet. L-unur individwali huwa kumpliment tax-xogħol kollettiv. Ħafna jsostnu li l-futbol Malti jinsab 'marid'. Taqbel? Sfortunatament il-futbol dinji għaddej minn perjodu diffiċli. L-ogħla awtoritajiet għandhom id-dover li jħajru nies ta' integrità biex jagħtu lill-futbol Malti immaġini nadifa. X'tikkumenta dwar il-kankru tal-betting fil-futbol mondjali? Il-betting qiegħed jeqred lill-isports kollu. Smajna b'ħafna skandli f 'kull sport mhux fil-futbol biss. Nispera li l-FIFA kemm jista' jkun malajr tbiddel l-immaġini tagħha għal waħda aktar nadifa u żżomm il-logħba tal-futbol ħajja u nadifa. Taħseb li l-faċilitajiet li għandhom il- klabbs Maltin qegħdin jitjiebu? Kien hawn żvilupp fejn jidħlu faċilitajiet. F'Malta hawn klabbs ta' diviżjonijiet inferjuri li għandhom faċilitajiet tajbin ħafna. Ħasra li mhux kulħadd jista' jew għandu fejn jagħmel bħal dawn il-klabbs. X'tikkummenta fuq ix-xogħol li tagħmel l-MFA? Sena wara sena, l-MFA dejjem taħdem bis-sħiħ għall-ġid tal-futbol Malti. Huwa normali li dejjem ikun hemm fejn wieħed jista' jirranġa. Saru passi ta' ġgant f 'ħafna setturi u persważ li fejn hemm lok ta' progress, ħa jsir ukoll. Bħalissa qed tagħmel il-kors tal-pro- license fil-kowċing. Irrakontalna daqsxejn fuq il-progress tiegħek minn dan il-lat. Huwa kors intensiv ħafna u l-mod kif qed jigi organizzat huwa professjonali ħafna. Il-lezzjonijiet u ż-żjarat li kellna s'issa kienu ta' livell edukattiv għoli ħafna. Mhux kors faċli imma huwa wieħed interessanti u mimli informazzjoni li żgur ħa jgħin fit-titjib tal-kowċing f 'Malta. Il-messaġġ tiegħek lejn il-partitarji Beltin u anke lejn it-tfal li jħarsu lejk bħala idolu... Il-partitarji tagħna dejjem ikunu hawn għalina anke fil-mumenti ħżiena tagħna, pereżempju bħal meta konna fir-Relegation Pool, aħseb u ara issa li ninsabu pass 'il bogħod milli nirbħu l-kampjonat. Ta' dan, nirringrazzjahom għaliex dejjem ikunu ta' stimolu għalina l-plejers. Huma fattur importanti f 'kull unur li jirbaħ it-tim. Lit-tfal u kull min xi darba ħares lejja bħala idolu nixtieq nirringrazzjah għax huma kienu l-istimolu li dejjem sibt biex intejjeb il-livell tiegħi. Is-sodisfazzjon li kont inħoss meta tfal jew anke kbar li b'sincerità kienu jammirawni, kien immens. Twieled fil-21 ta' Frar 1974 Huwa eksplejer leġġendarju Belti Wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol Malti Attwalment assistent kowċ ta' Valletta FC. Rebaħ il-ħames tazzi u s-sitt tazzi fi staġun wieħed ma' Valletta Rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena għal rekord ta' tliet darbiet Lagħab ukoll ma' Pisa fl-Italja u ma' Xewkija Tigers f 'Għawdex Gilbert Agius Ritratt: Raphael Farrugia "Lit-tfal u kull min xi darba ħares lejja bħala idolu nixtieq nirringrazzjah għax huma kienu l-istimolu li dejjem sibt biex intejjeb il-livell tiegħi. Is-sodisfazzjon li kont inħoss meta tfal jew anke kbar li b'sincerità kienu jammirawni, kien immens."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016