Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 17 t'April 2016 Qorti 8 POST VAKANTI Qed infittxu sales person responsabbli b'esperjenza fil-qasam tal-interior design. Il-post vakanti huwa għall- part time, bil-possibbiltà li jsir full time. Jekk jogħġbok, ibgħat is-CV tiegħek fuq info@loft.com.mt Vakanza KOORDINATUR TA' PROĠETT (ETC Permit No: 112/2016) Bħala parti mill-proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 Equality Beyond Gender Roles, inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Koordinatur ta' Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Diċembru 2017) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li ġġorr responsabbilità sħiħa tal-ippjanar, koordinazzjoni, implimentazzjoni u amministrazzjoni tal- proġett mill-bidu sat-tmiem tiegħu; - li tkun responsabbli għall-iskrutinju finanzjarju ta' kull pagament, procurement u monitoraġġ tal- proġett; u - li żżomm kuntatt mas-service providers u li tassigura li x-xogħol jitlesta fil-ħin u jkun ta' livell għoli. Il-Koordinatur ta' Proġett għandu/ha jkollu/ha: Jew lawrja post-graduate (Masters) relevanti; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' sena esperjenza f'xogħol relevanti f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Jew first degree; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' 3 snin esperjenza f'xogħol relevanti, fejn sena minnhom trid tkun f'xogħol f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Il-kandidati għandhom ikollhom degree f'wieħed minn dawn is-suġġetti: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l- applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal-Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Mangement u Kuntratti Pubbliċi tal-Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 27 ta' April 2016. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2590 3850 | Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Bulgaru mhux ħati ta' omiċidju volontarju IL-ĠURI fil-każ tal-Bulgaru Emil Atanasov waslet għall-konklużjoni li ma kienx ħati tal-omiċidju volontarju ta' raġel Serb fl-2015 f 'Buġibba, b'verdett emfatiku nhar il-Ġimgħa li għadda. Atanasov kien jidher emozzjonat ħafna meta l-prim ġurat informa lill- Imħallef Antonio Mizzi bil-verdett 7-2 li mhux ħati ta' omiċidju volontarju, 7-2 li mhux ħati li kellu arma fil-pussess tiegħu waqt li ġie kommess ir-reat u unanimament li mhux ħati li fera lil Zoran Jocic b'mod gravi. Il-prosekuzzjoni u d-difiża kienu kkonkludew is- sottomissjonijiet finali iżjed kmieni din il-ġimgħa, bl- avukat tad-difiża Malcolm Mifsud jisħaq li Atanasov kien onest mill-bidu nett, meta qal lill-Pulizija li l-vittma Dragoljub Krstic, kien waqa' fuq is-sikkina li kien qed iżomm quddiem żaqqu l-imputat. Il-fatt li ma ħarabx minn fuq ix-xena tad-delitt u li kien żvela lill-Pulizija fejn poġġa s-sikkina mal-ewwel opportunità kienu jixhdu li Atanasov ma kienx ħati, qal l-avukat. Atanasov minn dejjem saħaq li kien safa' msawwat minn Krstic u Serb ieħor, li kien jikri l-flat flimkien mal-imputat, wara li dawn akkużawh li kien tefa' l-elettriku mill-main għax kienu qegħdin idoqqu mużika tgħajjat fit-tard. Hu ċaħad dan u fl-argument li segwa, Krstic kien sofra daqqa ta' sikkina waħdanija li nifditlu qalbu u qatlitu. Atanasov kellu ġerħa fonda fuq moħħu meta ġie arrestat fit-taraġ tal-appartamenti fejn seħħ id-delitt L-avukat Mifsud argumenta li anke li kieku d-daqqa ta' sikkina ma kienitx involontarja, Atanasov xorta kien qiegħed jaġixxi biex jipproteġi lilu nnifsu, għax dan kien "każ klassiku ta' leġittima difeża." L-assistent Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia u l-avukat Elaine Mercieca mexxew il-prosekuzzjoni f 'dan il-każ. Fattiga ordnata tagħmel xogħol fil-komunità fuq theddida ta' bomba IMPJEGATA fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana ġiet ordnata tagħmel 100 siegħa servizz fil-komunità biex tpatti għar-rwol tagħha f 'telefonata ċajta ta' theddida ta' bomba f 'Jannar 2015. Il-Maġistrat Joe Mifsud sema' l-ispettur Priscilla Caruana Lee tixhed kif pulizija tal-għassa tal-Belt kienu rċevew telefonata miċ- ċentru tas-saħħa, fejn dawn irrappurtaw li kien għadu kif waslilhom theddida ta' bomba. Dan kien wassal għall- evakwazzjoni taċ-ċentru u tfittxija mit-taqsima tal- klieb tal-pulizija u l-Bomb Disposal Unit, li ma sab l-ebda splussiv. Fis-sentenza tiegħu, il- maġistrat ikkumenta li għalkemm kienet ċajta, dawn it-tip ta' ċajt ma kinux aċċettabbli. Tnejn mit-tliet impjegati mixlijin, Sandra Ellul u Tiziana Vella ngħataw l-ħelsien b'kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor fi żmien sena. Iżda t-tielet imputata, Christine Spiteri, inżammet responsabbli fi grad ogħla minn sħabha. Il-Qorti ordnat lil Spiteri taħdem 100 siegħa fil-komunità sabiex tpatti għad-danni li kienet ikkawżat lis-soċjetà. In-nisa kienu ġew arrestati iżjed kmieni dis-sena wara li t-telefonati kienu ntraċċati għal mobile ta' omm waħda mill-imputati. L-omm kienet spjegat li bintha kienet ta' spiss tuża l-mobile tagħha. Waqt l-interrogazzjoni tagħha, it-tifla, Tiziana Vella eventwalment ammettiet li kienet għamlet it-telefonata flimkien ma' tnejn mill- kollegi tax-xogħol tagħha. Dawn kien fettlilhom jċemplu mill-mobile ta' Vella wara li lagħbu logħba fuq il-mobile ta' waħda minnhom li kien fiha ħsejjes ta' splużjonijiet. L-avukati Franco Debono u Angie Muscat dehru għal Sandra Ellul, filwaqt li l-avukati Arthur Azzopardi u Pawlu Lia rrapreżentaw lil Christine Spiteri u lil Tiziana Vella rispettivament. L-ispettur Caruana Lee mexxiet il-prosekuzzjoni f 'dan il-każ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016