Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 17 t'April 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Floriana ..................... 2 Pembroke A ................ 3 PEMBROKE Athleta ħasdu lil Floriana meta għelbuhom bl-iskor ta' 3-2, f 'logħba li offriet spettaklu liema bħalu. Kienu Pembroke Athleta li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-13-il minuta u fetħu l-iskor grazzi għal xutt potenti ta' Gustavo Villalobos minn ġol-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Matthew Calleja Cremona. Floriana rrispondew fid-29 minuta meta minn corner ta' Juninho Cabral, għola tajjeb Mauricio Villa li ra d-daqqa ta ' ras tiegħu tistampa mal- mimduda. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Pembroke Athleta ħarġu ferm aggressivi u fl-54 minuta rduppjaw l-iskor, meta Gustavo Villalobos għadda tajjeb lejn Manolito Micallef li bi preċiżjoni u b'eleganza liema bħalha qabbeż il-ballun minn fuq Matthew Calleja Cremona, biex b'hekk irnexxielu jsib ix-xibka kontra t-tim li kien jimmilita fi ħdanu fil-passat riċenti. Fit-82 minuta Floriana rebħu penalti meta Gustavo Villalobos waqqa' lil Mauricio Villa fil-kaxxa. Mil-11-il metru, inkariga ruħu Mario Fontanella li ma żbaljax, bil-ballun jintemm fir-rokna tax- xibka. Inkredibbli imma veru, żewġ minuti biss wara l-Greens rebħu penalti ieħor meta l-istess Mauricio Villa twaqqa' fil-kaxxa biex reġa' nkariga ruħu Mario Fontanella li din id-darba tefa' l-ballun fir-rokna l-ieħor u Mario Muscat in- naħa l-oħra. Fid-89 minuta, Floriana temmew il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Taljan Matteo Piciollo wara li rċieva żewġ karti sofor fil- logħba. Pembroke Athleta skorjaw il-gowl tar-rebħa fil- ħin miżjud meta s-sostitut Gustavo Da Silva Nobrega xeħet il-ballun ġor-rokna tax-xibka permezz ta' xutt potenti minn ġol-kaxxa. Floriana - Calleja Cremona, Pisani, Clyde Borg, (Agius 89') Villa, Cabral (Aboulezz 76'), Scozzese, Piciollo, Bonnici (Spiteri 59'), Chiesa, Fontanella, Marcelina Pembroke A. - Muscat, O'Brien, Micallef, Arab Eddin (Eboh 90'), Attard, Laudisi, Cini, Bugeja, Obiefule (Da Silva Nobrega 79'), Villalobos, Levnaic Referi - Sandro Spiteri Manolito Micallef Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Irnexxielu jiskorja t-tieni gowl mit-tlieta ta' Pembroke Athleta. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Ħamrun Spartans, Floriana u Mosta. Pembroke Athleta jaħsdu lil Floriana Ritratt - Ray Attard Owen Bugeja jirbaħ il-ballun bir-ras minn fuq Mauricio Villa Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016