Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 17 t'April 2016 45% iriduh jibqa' u 35% jitlaq... 19% iridu jistennew Ir-riżultat tal-istħarriġ online tal-illum.com.mt juri li Konrad Mizzi għad għandu appoġġ qawwi fost mijiet ta' Laburisti minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li bħalissa Konrad Mizzi, bħala Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, qed jaqla' kritika minn kull naħa, inkluż mill-partit tiegħu stess, ir-riżultat tal- aħħar stħarriġ tal-illum. com.mt juri kif settur ta' attivisti Laburisti qed jiddefendu lil Konrad Mizzi, l-aktar fuq il-bażi ta' dak li kiseb bħala Ministru kif ukoll fuq il-premessa li l-istess Ministru m'għandu l-ebda provi ta' korruzzjoni ppuntati lejh. B'kollox f 'dan l-istħarriġ ipparteċipaw ftit aktar minn 3,000 qarrej f 'temp ta' sebat ijiem. Minnhom, 1,336 jew 44.4% huma tal-fehma li Konrad Mizzi għandu jitħalla f 'postu minħabba li ma teżisti ebda prova li għamel xi ħaġa ħażina. Dan jimmarka mhux biss il-maġġoranza ta' dawk li pparteċipaw, iżda wkoll l-aktar maġġoranza voċifera. Fil-fatt, il- maġġoranza assoluta tal- kummenti li tħallew fuq is-sit kienu ta' attivisti Laburisti li ħassew li kellhom juru l-appoġġ tagħhom lejn Konrad Mizzi. Kienu b'kollox 903 persuna, jew 30% ta' dawk li pparteċipaw, li vvutaw favur it-tneħħija ta' Konrad Mizzi, kemm bħala Ministru tal- Gvern kif ukoll minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Ma' dawn, ingħaqdu 143 qarrej ieħor, jew kwazi 5%, li jħossu li Mizzi għandu jirreżenja minn Ministru tas-Saħħa u l-Enerġija, imma jibqa' Deputat Mexxej tal-PL. Min-naħa l-oħra, kien hemm b'kollox 583 persuna li pparteċipaw f 'dan l-istħarriġ u li jħossu li Mizzi għandu jistenna sakemm ikunu konklużi l-investigazzjonijiet u joħorġu aktar fatti, 'li jistgħu jagħtuh raġun.' Ir-riżultat jista' jkun li qed jikxef element b'saħħtu fost eluf ta' partitarji Laburisti li qed jaraw kull riżenja min-naħa tal-PL bħala sinjal ta' dgħjufija u rebħa għall-Oppożizzjoni, f 'mument politikament delikat. Akkużi lejn il-PN: Qed tippruvaw tiddistabilizzaw Stephen Tabone qal li huwa ovvju li l-PN qajjem dan kollu biex jiddistabbilizza l-Gvern u lill-pajjiż. "Għax kieku l-PN stenna ftit sakemm il-Ministru jiġi biex jippreżenta l-assi tiegħu, kien jara jekk dan il-kont ġiex iddikjarat jew le. Kieku ma jkunx iddikjarat, il-PN kien ikollu kull raġun jipprotesta u miegħu l-poplu. Konrad Mizzi jkun inqabad li jrid jaħbi." Qarrej bl-isem Dominic Gauci jgħid li Joseph Muscat jagħmel ħażin jekk ineħħi lil Mizzi u jfakkar li l-PN u Simon Busuttil iriduh barra minħabba li f 'dawn l-aħħar snin, għamel ħafna ġid fil- pajjiż, fosthom billi reġa' beda jġib l-Enemalta fuq saqajha u bir-roħs tal- kontijiet tad-dawl u l-ilma. Lourdes Zammit takkuża lill-PN li akkost ta' kollox iridu jieħdu l-Gvern, Sandra Aguis tgħid li jekk jitkeċċa Mizzi, il-PL ikun qed "ipaxxi" lin-Nazzjonalisti filwaqt li Orietta Grech saħqet li l-unika problema vera hija "tan-Nazzjonalisti li x-xogħol li għamel qed jinkwetahom." Hija qalet li l-votanti ġenwini jifhmu u japprezzaw il-ġid li Mizzi qed jagħmel fl-oqsma tiegħu. Qarrej ieħor li ffirma J. Curmi u sejjaħ lilu nnifsu votant eks-Nazzjonalist, qal li Mizzi kien għadu m'għamel xejn ħażin, tal- anqas sakemm ħarġu ċerti fatti dwaru u dwar il-kont tiegħu. Il-ħidma ta' Konrad bħala Ministru Ħafna mill-qarrejja li ħallew messaġġ mal-vot tagħhom saħqu li Mizzi m'għandux jirreżenja minħabba l-ħidma tiegħu bħala Ministru. L-ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda rrapurtat kif minkejja r-rabja, anke ta' Laburisti u ta' nies qrib Muscat, direzzjonata lejh, Mizzi qed jiddefendi lilu nnifsu billi jsemmi l-ħidma tiegħu bħala Ministru. Fost l-aktar affarijiet li qed isemmi Mizzi, hemm it-titjib fil- prospetti tal-Enemalta u r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. 'Approfitta ruħu' Kienu ftit dawk li vvutaw favur ir-riżenja ta' Mizzi u li ħallew kumment. Fost dawk li għamlu dan, kien hemm William Dimech li sostna kif Konrad Mizzi aprofitta ruħu mill-pożizzjoni tiegħu ta' Ministru. Ċettina Zahra iżda qalet li Konrad Mizzi ħaqqu kull krettu għax xogħol li għamel u fakkret li fil-kont tal-Panama ma kienx hemm kreditu. "Ma kellux bżonn Ministeru. Il-vera problema hija li Mizzi huwa theddida għall-PN." Fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar il-każ Panama x'taħseb li għandu jagħmel Konrad Mizzi? Jibqa' fil-kariga għax m'għamel xejn ħażin Jistenna sakemm joħorġu aktar fatti li jistgħu jtuh raġun Jirreżenja minn jeddu minn Ministru u Deputat Mexxej tal-PL 45% Jistenna lil Muscat jġiegħlu jirreżenja Jirreżenja minn Ministru imma jibqa' Deputat Mexxej tal-PL 30% 1% 19% 5% Ipparteċipa fl-istħarriġ ta' din il-ġimgħa dwar l-iskema ta' self tal-PN fuq illum.com.mt Konrad Mizzi...bejn l-attakki u l-kritika fuq naħa u l-appoġġ fuq in-naħa l-oħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016