Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum Manchester United jikkundannaw lil Aston Villa għaċ-Championship wara 29 sena Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Sliema W ...................... 3 St. Andrews ................... 1 SLIEMA Wanderers akkwistaw it-tliet punti kontra St Andrews, meta fil-Victor Tedesco Stadium huma għelbuhom bl-iskor ta' 3-1. Dan kien riżultat li filwaqt li għal Sliema ma tantx ibiddel affarijiet, għal Luxol kompla jiggravalhom is-sitwazzjoni hekk kif naqqsu milli joqorbu lejn Naxxar Lions, biex issa jinsabu fil-11-il post, b'seba' punti meta fadal żewġ partiti biss għal tmiem il- kampjonat. Sliema Wanderers ħarġu fuq l-offensiva mal-ewwel, bl-attakkant Jean Paul Farrugia jkun l-ewwel li jieħu l-inizjattiva, iżda ż-żewġ ċansijiet kmieni li kellu għaddew barra. Fil- 25 minuta, Marko Potezica fajjar xutt b'saħħtu li iżda ma rnexxilux iqarraq bil- goalkeeper Jake Galea. L-Islimiżi komplew jagħfsu u rnexxielhom jiftħu l-iskor fis-37 minuta permezz tal- attakkant Farrugia, li seraq il-ballun mid-difensur Bong Won Che u wara li avvanza bil-ballun, ikkonkluda fix-xibka. Kienu appena għaddew tliet minuti biss mill-ftuħ tal-iskor, meta Sebastian Perdomo Esquivel irnexxielu jdawwar il-ballun fix-xibka minn pożizzjoni angulata sabiex irdoppja għat-tim Slimiż. It-tamiet ta' St Andrews li jerġgħu jidħlu fil-partita komplew jieħdu daqqa ta' ħarta, hekk kif qabel tmiem l-ewwel taqsima, Michael Johnson ġie ammonit għat-tieni darba biex ħalla lil sħabu bi plejer inqas. Fit-tieni 45 minuta, Sliema Wanderers komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima, bi Priso u Farrugia jkollhom opportunità kull wieħed biex ikabbru l-vantaġġ fil- battuti inizjali, iżda l-ebda minnhom ma rnexxielu jiskorja. Madankollu, St Andrews, kellhom ċans li jnaqqsu d-distakk permezz ta' free-kick stupend ta' Joseph Farrugia li iżda sab lil Entonjo Elezaj pront biex idawwar f 'corner. Fid-69 minuta, iż-żagħżugħ Aidan Jake Friggieri resaq viċin li jkabbar il-vantaġġ, iżda minn qagħda żbilanċjata, ma rnexxielux jindirizza lejn il-lasti. Minuta wara, St Andrews daħlu fil-partita permezz ta' Oseghale li minn taħt Elezaj, ikkonkluda b'mod kalm sabiex naqqas id-distakk għal 2-1. Iżda ħames minuti wara, Priso reġa' poġġa lil Sliema b'vantaġġ ta' żewġ gowls, meta wara li qabeż żewġ plejers fil-kaxxa l-kbira, spara xutt fl-ewwel lasta li ma tax ċans lil Galea jilqa'. Sliema għarfu jamministraw il-vantaġġ sat-tisfira finali sabiex aċċertaw ruħhom mit- tliet punti f 'dan il-konfront. Sliema Wanderers - Elezaj, Muscat, Friggieri, Priso, Perdomo Esquivel, Potezica, Xuereb (Scerri 63'), Bezzina (Shodiya 56'), Farrugia, Bianchardi, Dimech (Gatt Baldacchino 73') St.Andrews - Galea, Pena' Beltre, Johnson, Che, Perez Cuestra, Camilleri (Nkene 45'), Onwudinjo, Farrugia, Nwoko (Walker 78'), Desira Buttigieg (Oseghale 56'), Wisdom Referi - Stefan Pace JEAN PAUL FARRUGIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fil-21 ta' Marzu tal-1992 u għandu 24 sena. Ingħaqad ma' Sliema Wanderers f 'Jannar li għadda. Fil-passat riċenti lagħab anke fis- Slovakkja, ma' Spartak Trnava. Sliema Wanderers jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 16 t'April Norwich City vs Sunderland 0-3 Everton vs Southampton 1-1 Manchester U. vs Aston Villa 1-0 Newcastle U. vs Swansea City 3-0 WBA vs Watford 0-1 Il-Ħadd 17 t'April 14:30 Bournemouth vs Liverpool 14:30 Leicester C. vs West Ham U. 17:00 Arsenal vs Crystal Palace It-Tnejn 20 t'April 21:00 Stoke City vs Tottenham H. Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Is-Sibt 16 t'April Bologna vs Torino 0-1 Il-Ħadd 19 t'April 12:30 Atalanta vs Roma 15:00 Fiorentina vs Sassuolo 15:00 Hellas Verona vs Frosinone 15:00 Juventus vs Palermo 15:00 Udinese vs ChievoVerona 18:00 Lazio vs Empoli 20:45 Sampdoria vs AC Milan Il-plejers ta' Manchester United, Rashford u Rooney, jiċċelebraw fir-rebħa kontra Aston Villa MANCHESTER United ikkundannaw lil Aston Villa għaċ-Championship wara 29 sena, hekk kif l-aħħar darba li l-Villa lagħbu fiċ-Championship imur lura għall-1987. Dan hekk kif ir-Red Devils ilbieraħ għelbu lil Aston Villa bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Marcus Rashford fit- 32 minuta. Newcastle United ġewwa darhom f 'St James Park għelbu lil Swansea City bl-iskor konvinċenti ta' 3-0, bil-gowls għall-Magpies jaslu minn Jamaal Lascelles, Moussa Sissoko u Andros Townsend. Bl-istess skor intemm il- konfront bejn Norwich City u Sunderland, b'dawn tal- aħħar ikunu huma li joħorġu rebbieħa, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Fabio Borini permezz ta' penalti, Jermain Defoe u Duncan Watmore fid-90 minuta. Watford barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta ħarġu rebbieħa bl-iskor minimu ta'1-0, bil-gowl waħdieni tagħhom jasal permezz ta' Ben Watson fis-27 minuta. Inkredibbli huwa l-fatt li l-iskorer prolifiku ta' West Bromwich Albion, Saido Berahino falla żewġ penalties fil-konfront, fit-68 u fis-87 minuta rispettivament. Everton u Southampton temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għal Everton jasal minn Ramiro Funes Mori fit-68 minuta, waqt li Sadio Mane rrisponda għas-Saints fis-76 minuta.