Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
illum Il-Ħadd 17 t'April 2016 Sports 30 Wirja superlattiva mill-Maltin issarraf f 'rebħa komda minn Cristian Antony Muscat Malta ....................... 30 Iżrael ....................... 9 WARA t-telfa kbira mat- tim tal-Iżvizzera tal- ġimgħa li għaddiet, Malta rritornat għar-rebħ meta fl-Istadium ta' Kordin, għelbet lit-tim ta' Iżrael bl-iskor ta' 30 - 9. Permezz ta' din ir-rebħa, Malta ssiġillat postha fil-FIRA- AER Division 2A, sabiex issa f 'Novembru li ġej tibda l-istaġun bijennali li jintemm fl-2018. Ma kienx biżżejjed għall- kowċ Damian Neill li jibda din il-partita mingħajr xi pedini importanti, għaliex magħhom kellu jżid lir- right wing James Kirk li ġibed il-hamstring fil- warm-up biex postu ttieħed minn George Hepburn fejn dan tal-aħħar kien qiegħed jagħmel id-debutt għal Malta. Madankollu, Malta bdiet il-partita fuq nota pożittiva hekk kif wara għaxar minuti, it-tim ta' Neill kien diġà qed igawdi vantaġġ ta' 10 - 0 permezz ta' penalti mogħti mill-fly-half James Morris u 'try' u 'conversion' tal-'outside centre' Rory O'Brien u Morris rispettivament. L-Iżrael naqqsu d-distakk għal 10 bi 3 permezz ta' penalti tal-'full-back' Ori Abutbul iżda ftit tal-minuti wara reġa' kien is-solitu Morris li minn penalti ma żbaljax sabiex tefa' lil Maltin 13 - 3 minn fuq. Reġa' kien Abutbul li naqqas id-distakk għall-Iżrael permezz ta' penalti ieħor iżda d-distakk ma tantx dam biex kiber għaliex il-blind-side flanker Luke Watts irnexxielu jagħmel try u mill-conversion sussegwenti, Morris ma żbaljax sabiex tefa' lill- Maltin 20 - 6 minn fuq. Ftit qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima, Abutbul għamilhom 20 - 9 permezz ta' penalti ieħor. Fit-tieni taqsima, Malta żiedu d-distakk kmieni permezz tat- 'tigh-head prop' Anthony Harvey li permezz ta' 'try' għamilhom 25 - 9. Iżda mill-'conversion' sussegwenti, din id-darba Morris falla biex l-iskor baqa' ma nbidilx. Ftit tal-minuti wara, Morris, reġa' kien protagonist fin-negattiv meta l-penalti tiegħu ma ġiex ikkonvalidat. Ftit wara din l-azzjoni, l-Iżrael komplew il-partita b'raġel inqas minħabba 'sin- bin', iżda minkejja dan huma bdew jippressaw lill-Maltin fiż-żona tal- punti sabiex inaqqsu d-distakk. Madankollu, Malta rnexxielha żżomm sod sabiex tipproteġi l-vantaġġ komdu ta' 25 - 9. Malta għalqet il-partita fuq nota pożittiva meta lejn l-aħħar battuti tal- partita, in-numru 8, Mark Davey, għamel 'try' sabiex kabbar il-vantaġġ għal 30 b'9 għall-Maltin. Morris ma rnexxielux jikkonverti ż-żewġ punti ta' wara sabiex l-iskor baqa' 30 - 9 li jikkonferma l-wirja superlattiva tal-Maltin. Malta - Holliday, Collins, Harvey, Deguara, Cassar, Watts, Apsee, Davey, Holloway, Morris, Matthews, Busuttil, O'Brien, Kirk, Holloway, Hepburn Iżrael - Amos, Lotan, Brosh, Manjavidze, Burden, Matisis, Goldstein, Gail, Humphreys, Pryimark, Zindani, Eli, Kakoun, Maguid, Abutbul. Referi - Craig Evans (Wales) Ritratt - Christine Borg Azzjoni mill-konfront bejn Malta u l-Iżrael