Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
Malcolm Farrugia ta' 19-il sena minn Għajnsielem. Issa rrid naħdem ukoll biex iċ-ċikliżmu ndaħħlu parti minn SkolaSport f 'Għawdex." Iżda Joe, barra referee, ġurnalist u amministatur fil- futbol u ċ-ċikliżmu (barra li hu kok professjonali), hu magħaruf f 'Għawdex għall-kollezzjonijiet kbar ta' memorabilia sportiva. Jiġbor kull 'souvenir' li jiltaqa' miegħu dwar sport. Kotba, blalen, firem u x'naf jien. "Jien infaddal dak kollu li hu sportiv. Għandi speċi ta' mużew id-dar fejn lanqas il-mara ma tidħol, u noqgħod inħares lejn il- mijiet ta' ritratti li għandi ma' atleti u persnalitajiet sportivi u anke memorabilia oħra li jfakkruni fejn kont u ma' min kont meta akkwistajthom. Għandi 'l fuq minn 100 ballun iffirmat. Dan hu l-ġenn tiegħi." Anke dan mhux biżżejjed, għax din is-sena, Joe Bajada ġie maħtur president tal-ewwel Inter Club f 'Għawdex. "Jien Interist u f 'xi żewġ okkażżjonijiet kont tlajt nara l-Inter jittrenjaw f 'Milan u għamiltilhom kejk li kont għaddejtu lil Zanetti u dan tah lill-plejers wara t-training. Grupp ta' Interisti Għawdxin ħasbu li jien nidħol fil-klabb tal- Inter qisu tiegħi, u ġennewni biex inkun president ta' dan il-klabb. Ma nafx ngħid le, u aċċettajt. Kelli ħolma li l-klabb Għawdxi jkun rikonoxxut uffiċjalment mill-klabb tal-Inter u dawn talbuna li jrid ikollna mill-inqas 50 membru u rnexxielna niġbru 123 membru." Sirt naf ukoll li l-idolu tiegħu kien dejjem Sandro Mazzola, "minn dak in-nhar kont ħallejt il- mustaċċi bħal tiegħu u bqajt bihom sal-lum." Iżda Joe Bajada barra l-isport u t-tisjir kien anke mdaħħal fil-lokalità li jgħix fiha, Iż-Żebbuġ fejn kien kunsillier tal-lokalità u l-ewwel viċi sindku. Kien ukoll irnexxielu joħloq l-ewwel ġemellaġġ mal- villaġġ Taljan ta' Maletto u skont kunsilliera miż- Żebbuġ qalulna uffiċjalment li Joe Bajada fl-aħħar tax- xahar se jingħata l-premju 'Ġieħ iż-Żebbuġ'. Unur li Joe 'Caro' Bajada se jżidu mas- CV twila li għandu fejn anke għal tliet darbiet kien rebaħ l-unur tal-Uffiċjal tas-Sena tal-GFA. Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Bajada jintervista lill-President tal-FIFA, Gianni Infantino Ċeda postu minn kok għal karriera sportiva