Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

J ekk kien hemm settur fil-qasam tal-liġi li aġixxejna, għamilna d-differenza u rranġajna għall-aħjar is- sitwazzjoni, hu l-qasam tad-droga. Dan hu settur li għal ħafna snin, diversi politiċi kienu beżgħu jirriformaw...u bir-raġun, għax hu qasam delikat li n-nuqqas t'attenzjoni jista' jwassal għal kontroversji kbar. Biss, aħna kkonsultajna, smajna, iddiskutejna u tkellimna biex fassalna liġi li mmarkat bidla ċara fil-mod kif konna nagħmlu l-affarijiet fil-qasam tal- famuża ġlieda kontra d-droga. L-idea tagħna kienet u għadha ċara, li meta konna qed ninżlu b'ponn tal-ħadid fuq il-vittmi tad-droga, ma konniex qed nirbħu l-ġlieda imma nkissru lil min jeħtieġ l-għajnuna. Il-vittma tad-droga m'għandux jiġi trattat bħala kriminal imma bħala persuna li għandha bżonn l-attenzjoni biex toħroġ mill-vizzju. Sena wara, rajna diversi strutturi jidħlu fis-seħħ u jagħmlu d-differenza. X'inhuma dawn l-istrutturi ġodda? L-ewwel nett, waqqafna Kummissarju ġdid għall-Ġustizzja biex jisma' kawżi ta' pussess ta' droga f 'ammonti żgħar. Dan il-Kummissarju - li hija mara (is-Sinjura Vicky Scicluna) - mhijiex Qorti, u m'għandhiex poter tagħti pieni li kienet tagħti l-Qorti tal-Maġistrati. Għandha poter li tagħti biss multa amministrattiva. L-idea hi biex min jinqabad bil-pussess tad-droga f 'ammonti żgħar, ma jitressaqx il-Qorti u lanqas ma tiċċappaslu l-kondotta b'xi piena, żgħira kemm kienet tkun żgħira. Minflok, il-Kummissarju Scicluna li hi Social Worker u mhux avukat, tagħti attenzjoni lil kull każ u tgħin lill-persuna biex f 'każ ta' bżonn, ifittex l-għajnuna. F'sena waħda biss - anzi f 'sitt xhur, għax hi bdiet taħdem f 'Settembru - il-Kummissarju Scicluna semgħet 344 każ u f '25 każ minnhom, marru minn jeddhom ifittxu iktar għajnuna. It-tieni nett, waqqafna Bord ta' Riabilitazzjoni mid-Droga li hu magħmul minn diversi nies bi speċjalizazzjonijiet differenti u presedut mill-Imħallef irtirat Dr Giovanni Bonello. Dan il-Bord għandu zewg funzjonijiet. L-ewwel funzjoni hi li jisma' każijiet ta' nies li jinsabu ħatja mill-Kummissarju Scicluna għat-tieni darba f 'sentejn. S'issa, minn dawn kien hemm każ wieħed biss. It-tieni funzjoni hi li jisma' każijiet ta' nies li qegħdin il-Qorti tal-Maġistrati fuq każi iktar serji ta' droga, imma li l-Qorti ikkonvinċiet ruħha li skont il-liġi, dawn huma dipendenti mill- vizzju u li hemm rieda li dawn joħorgu mill-vizzju. F'sena waħda, ntbagħtu 14-il ruħ mill- Qorti, u dawn kollha dehru quddiem il-Bord biex jgħin lil dawn in-nies jieħdu l-għajnuna u joħorgu mill-vizzju. F'ħames każijiet, il-proċess jinsab fi stadju avvanzat. Il-Bord għandu wkoll is-snien, fis-sens li jekk persuna ma tobdix il-Bord, ikun hemm konsegwenzi penali ġodda. It-tielet nett, waqqafna Qorti tad- Droga li hija l-istess Qorti tal-Maġistrati li kienet qed tisma' l-każijiet iktar serji tad-drogi iżda li tittrasforma ruħha f 'Qorti tad-Droga b'poteri ġodda fir-rigward ta' dawk li jkunu marru b'suċċess quddiem il-Bord ta' Riabilitazzjoni mid-Droga. Il-Qorti tad-Droga għandha diversi poteri li l-Qorti tal-Maġistrati m'għandhiex, fosthom li l-akkużat li issa jkun ġie riformat ma tibagħtux il-ħabs bilfors, imma ttih piena oħra. Hekk kif daħlet fis-seħħ din il- liġi, kienu diversi n-nies li kellmuni b'suġġerimenti. Normalment, is- suġġerimenti kienu marbutin madwar il-fatt li min għamel is-suġġerimenti xtaq li iktar nies ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-liġi. Naħseb li rridu nagħrblu l-affarijiet sewwa, u nixmu b'pass attent sabiex il-ġlieda kontra d-droga tibqa' effettiva. Hu x'inhu, jien nemmen li fis-sena li għaddiet għamilna differenza għall- aħjar fil-ħajja ta' ħafna familji u nies. Nirringrazzja minn qalbi lill- istakeholders kollha li ħadmu b'tant dedikazzjoni biex nagħmlu ġid lill- vittmi, lill-familji u lil dawk kollha li jemmnu li aħna kollha f 'baħar wieħed u li dak li nagħmlu ma' wieħed minn ħuna nkunu qed nagħmluh magħna stess. Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum Opinjoni 17 OWEN BONNICI Il-liġi l-ġdida tad-droga...sena wara Għaddiet sena minn meta Gvern Laburista rriforma l-liġijiet tad-droga Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt? Ċempel fuq 21382741 jew ibgħat email fuq earrigo@mediatoday.com.mt REKLAM 1 REKLAM 2 R E K L A M 3 AĦBARIJIET It-tieni l-iktar sit bil-Malti li jarawh nies 300,000 viżitatur fix-xahar 93.5% tal-viżitaturi huma minn Malta 17K LIKES fuq Facebook f'sena Mara liebsa niqab tirraporta l-għassa li ġiet insulentata u l-pulizija tgħidilha: 'Ma tagħtihx tort hux' Tikteb ittra lil Marlene Farrugia u titlobha li toħroġ għal elezzjoni biex titkellem f 'isem il-verita Paceville: Tliet snin u nofs fuq l-ixkaffa 'Kemm ilu l-Labour fil-Gvern qatt u qatt ma kellna indħil' - Peppi Azzopardi Kont nixrob 8 fliexken vodka fil-ġimgħa…3 kaxxi Red bull...u niżen 298 kilo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016