Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
illum | Il-Ħadd 17 t'April 2016 24 Kummerċjali L-inbejjed Jura ta' Henri Maire, dan l-aħħar saru jagħmlu parti mill-għażla ta' nbejjed ta' Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited. Ir-reġjun tal-inbid Jura jinsab fil-Lvant ta' Franza, bejn Burgundy u l-Iżvizzera, u hu msemmi għall-muntanji Jura. Dan l-inbid bena r-reputazzjoni tiegħu ta' nbid prezzjuż vin jaune, magħmul mill-varjetà tal-għeneb lokali Savagnin. L-inbid jagħmel sitt snin fil-bettija, ma jiżdied xejn miegħu, u hu magħruf bħala vin de voile, b'refereza għas- saff ta' ħmira li jifforma fil-wiċċ tal-inbid. Fil-qalba tar-reġjun hemm l-isem prestiġjuż tax- Château-Chalon, li għandu territorju mill-aqwa. L-inbid jitferra' fi fliexken, magħrufa bħala clavelins, li jesgħu 62ċl, il-kwantità li tibqa' minn litru nbid wara li jitqaddem. L-inbid distint l-ieħor ta' dan ir-reġjun hu l-vin de paille, jew l-inbid tat-tiben, magħmul minn għeneb li parti minnu tkun nixfet biex iz-zokkor ikun konċentrat – prattika li kienet issir fuq it-tiben, u għalhekk ngħata dan l-isem. Dawn iż-żewġ inbejjed huma mfittxija ħafna minħabba l-individwalità tagħhom. Il-kumpanija Henri Maire twaqqfet fl-1939 u għandha storja twila u b'saħħitha. Lura fl-1632, ċertu wieħed Maire kien is-sid ta' vinji u kantini f 'Arbois. Tliet sekli wara, iż-żgħir Henri Maire wiret il- propjetà modesta tal-familja meta kellu 22 sena. Maire kellu passjoni għall-inbejjed ta' Jura u għalhekk beda jaħdem biex iwassalhom lil aktar nies. Biex jagħmel dan, kabbar l-għelieqi tad-dwieli u llum, il-kumpanija tiegħu hi l-akbar propjetarja tal-inbid Jura, b'madwar 240 ettaru. L-inbejjed Henri Maire ssibhom f 'numru ta' restoranti, ħwienet tal- inbid u f 'The Wine Shop f 'Farsonsdirect l-Imrieħel www.farsonsdirect.com. FBIC Ltd hu membru tal-Grupp Farsons. Jura: inbejjed tad-deheb bi storja twila Żewġ lukandi mill-Grupp AX jorganizzaw attivitá għat- tfal minn Puttinu Cares Id-dekorazzjoni tal-bajd tal-Għid hija waħda mill- affarijiet l-aktar pjaċevoli ta' dan il-perjodu tal-Għid, b'mod partikolari meta t-tfal huma kbar biżżejjed biex jiddevertu fil-kumpanija tal-ġenituri u l-ħbieb tagħhom. L-għada ta' Ħadd il-Għid, il-lukandi f 'Tas- Sliema, The Palace & The Victoria, organizzaw attività li permezz tagħha kienu mżejna l-bajd tal-Għid fis- Sala William Shakespeare li tinsab fil-Lukanda Victoria. Iż-żewġ lukandi, li jiffurmaw parti minn AX Hotels, ingħaqdu ma' Puttinu Cares biex jiġbru l-flus għal dan il-Cancer Support Group u sabiex jgħinu lill-familji li għandhom tfal morda bil- kanċer. Għaxart itfal, li għandhom bejn l-4 u l-10 snin, ħadu sehem f 'dan l-avveniment divertenti, li ppermetta lil dawn it-tfal sabiex bl-immaġinazzjoni tagħhom jużaw il-kreattività tagħhom billi jagħmlu l-bajd tal-Għid waqt li jieħdu gost flimkien f 'dan iż-żmien tas- sena. Wara din is-sessjoni ta' dekorazzjoni, it-tfal kellhom iċ-ċans li jattendu għal festin organizzat apposta għalihom u fil-presenza tal-voluntiera mill- istaff tal-lukandi u ġenituri li għenu sabiex din l-attività tkun suċċess. Kevin Callus, maniġer tal- Lukandi The Palace & The Victoria, enfasizza l-fatt li ż-żewġ lukandi huma magħrufa li fuq l-aspett soċjali jagħtu kontribut lejn l-assistenza u t-titjib tal-kundizzjonijiet ta' dawk li għaddejjin minn diffikultajiet sfortunatati fis-soċjetà kif ukoll mentali jew fiżiċi. "Grazzi għal din il-kollaborazzjoni ma' Puttinu Cares, ninsabu kuntenti li qed nifirxu l-appoġġ tal-Lukandi tagħna permezz ta' diversi avvenimenti li jiffurmaw parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-lukandi tagħna, bl-intenzjoni li tiżdied il-kuxjenza pubblika," żied jgħid Callus. It-tfal li attendew għal dan l-avveniment ingħataw borża mimlija ħelu u kienet ukoll ippreżentata donazzjoni ta' €675 f 'isem il-Fondazzjoni AX u l-istaff taż-żewġ lukandi b'appoġġ lejn Puttinu u Dr. Klown. HSBC Malta tappoġġja Earth Hour HSBC Malta ingħaqdet ma' iktar minn 200 fergħa tal-Bank madwar id-dinja u mmarka l-inizjattiva annwali tal-WWF Earth Hour, billi tefa' d-dawl mhux essenzjali għal siegħa fiċ-Ċentru tal-Operat f'Ħal Qormi u l-UK Contact Centre fis-Swatar. Sa mill-2009, HSBC hu wieħed mis-sostenituri ewlenin ta' Earth Hour. Matul l-Earth Hour tas-sena l-oħra f'Dubaj, 600 impjegat u l-familji tagħhom ħadu sehem fl-attività Dubai Earth Hour Walk, filwaqt li fil-Messiku, membri tal-istaff dawlu l-emblema tal- WWF Earth Hour billi qadfu fuq roti stazzjonarji biex jiġġeneraw l-elettriku. HSBC Malta sponsorja wkoll information stand tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u l-Bdil fil-Klima (MSDEC), li ngħaqad ma' pajjiżi oħra madwar id-dinja fit-tifi ta' dawl mhux essenzjali għal sittin minuta u fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet speċjali. Ittellgħet information stand, li tmexxiet minn Nature Trust. Din kien stazzjonata fi Triq ir-Repubblika għal tliet ijiem u f'jum Earth Hour kienet fi Pjazza Kastilja. Il-voluntiera ta' Nature Trust qassmu fuljetti b'tagħrif u biegħu xemgħat. Il-fondi miġbura marru b'risq ir-'Rainbow Ward' fl-Isptar Mater Dei. Il-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta Andrew Beane qal, "Il-Bank HSBC hu minn ta' quddiem nett biex jipprovdi finanzjament sostenibbli ħalli jgħin jinbena futur b'inqas emissjonijiet tal- karbonju. Il-finanzjament privat hu essenzjali biex jinkisbu l-miri tal-ftehim universali għal bdil fil-klima ffirmat f'Pariġi s-sena l-oħra." HSBC Malta tbiegħ xemgħat b'risq it-tfal morda bil-kanċer li jinsabu fir- Rain- bow Ward Impjegati ta' MAPFRE Middlesea u MSV Life jqattgħu ħin mal-anzjani Riċentament, grupp ta' impjegati mill-Mapfre Middlesea u MSV Life qattgħu għodwa mar-residenti ta' Casa Arkati fil-Mosta, bħala parti mill-Programm ta' CSR 2016. Matul l-għodwa, l-impjegati għenu grupp ta' residenti anzjani jippreparaw deżerta bil- frott, li aktar tard ġiet mqassma lil 150 resident. Aktar tard, saru żewġ sessjonijiet separati tal-mużika għal żewġ gruppi ta' residenti, li pparteċipaw permezz ta' kant u daqq ta' strumenti. Dakinhar ukoll, MSV Life tat donazzjoni ta' 30 ktieb lil Casa Arkati. "Aħna nirringrazzjaw liż-żewġ kumpaniji għal din l-inizjattiva, li żgur ġabet tbissima lir-residenti tagħna. Nittamaw li jkollna ċ-ċans nerġgħu nagħmluha," qal Carl Caruana, il-Maniġer tal-faċilità. Din l-attività hija waħda minn sensiela ta' attivitajiet fi ħdan il-programm ta' CSR, li permezz tiegħu, il-kumpaniji jgħinu entitajiet li jaħdmu għall-komunità, kemm finanzjarjament u permezz ta' avvenimenti li fihom l-impjegati jipparteċipaw. "Il-kumpanija tagħmel mill- aħjar li tista' biex tagħti lura lill-komunità li topera fiha. Aħna konxji tad-dedikazzjoni u l-impenn ta' dawk li jaħdmu fid-djar għall-anzjani u ridna li nuru apprezzament tagħna, billi nippermettu lill-impjegati tagħna biex iqattgħu ftit ħin mar-residenti," żiedet tgħid Ana Zammit Munro, Kap tal- Marketing ta' Mapfre Middlesea. L-avveniment sar b'kollaborazzjoni ma' Volcare, proġett bejn CareMalta u SOS Malta biex itejbu s-servizzi volontarji f 'residenzi għall- anzjani. Joe Rossi minn MSV Life ma' residenti ta' Casa Arkati