Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
illum | Ħadd 17 t'April 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Magħrufin kemm taħsbu li intom tkun ħanina ma' dawk ta' madwarkom, imma wasal il-mu- ment li issa tagħrfu tkunu ftit ħanina magħkom nfuskom sabiex jinstab ftit spazju għalikom, fejn wasal iż-żmien li tibdew taħsbu fikom ukoll. Huma mumenti fejn trid tasal sabiex issolvi xi sitwazzjoni li taf li llum jew għada din trid titranġa, għalhekk issa huwa dak il-mument li int twettaq dak li int taħseb huwa bżonn tiegħek. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 24 u 35 Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Bħalissa tinsab f'mument ta' enerġija, li huwa tajjeb għax qed jagħmlek organizzat, u anke soċjalment qiegħed tkun aktar pożittiv. Imma peress li qiegħed tkun ħafna attiv, hemm bżonn li jew issib ftit ta' ħin fejn tmur ftit sal-gym, jew timxi jew tirrilassa u tagħmel xi ħaġa li tħobb, u jekk dan mhux se jintlaħaq, jista' jagħti l-każ li tibda tkun u tħossok għajjien u dan jibda jtellef minn dik il-konċentrazzjoni li int magħruf għaliha. Ibda aħseb. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Għaddejja fażi li bħal qisek qed tara l-affarijiet bil-kontra, u dan qiegħed jikkawża xi ftit ta' tensjoni madwarek. Żomm lilek pożittiv, u jekk tagħmel hekk, din il-fażi tgħaddi fi żmien ta' inqas minn ħmistax. Imma jekk int se tkun negattiv minn dak li għaddej bħalissa, se jirriżulta li din is-sitwazzjoni taf tieħu aktar żmien, u għalhekk ibda aħseb minn issa f'affarijiet pożittivi, u għamel pjanijiet li int tħossok aktar motivat, ħalli int tegħlibha malajr. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 26 u 31. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Wasal iż-żmien li int trid tkun u tibda tħossok iktar sikur, aktar ċert, u iktar int. Dan huwa im- portanti ħafna għalik li tibda tħossok hekk, ak- tar u aktar meta l-ħajja ta' madwarek sejra tibda tieħu format differenti minn dak li int int bħalissa għandek. L-affarijiet mhumiex se jibqgħu dak li int kont, issa resqin ċertu responsabbiltajiet lejk, allura wasal iż-żmien li int timmatura aktar, u tħares lejn il-ħajja b'mod ieħor. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18, 22 u 38. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Mument ta' riflessjonijiet, mument ta' pjanar, mument ta' deċiżjonijiet, minħabba dak li ġej f'dawn il-ġimgħat, issa trid tkun iktar imħejji aktar minn qatt qabel, għal dak li riesaq lejk. Int tista' tagħraf li issa għandek bżonn ta' iktar at- tenzjoni minn qatt qabel minħabba r-responsabbiltà li int dieħel għaliha. Kun għaqli bħal dejjem sabiex twettaq dak li ġej b'ħila kif dejjem int magħruf għaliha. Mument eċitanti. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Jekk forsi s-sitwazzjoni tal-imħabba li int għandek madwarek taħseb li kkalmat mil-lat ta' negattività, dan se jkun ħsieb ħażin. Jista' jagħti l-każ li s-sitwazzjoni kkalmat ftit minħabba raġunijiet oħra, imma int għandek tibqa' moħħok miftuħ għal dak kollu li jista' jagħmel il-partner tiegħek. Agħraf sew ħalli int tkun ippreparat sew għal dak li int tkun trid meta l-ħin u l-waqt jasal għal dak li hemm ġewwa fik. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Virgo Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 19, 29 u 38. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Ħsieb li ilu jdur ġewwa moħħok, wasal il-mument li issa tibda tattwah, u għal dan m'għandekx għalfejn toqgħod lura, għax issa dak il-mument biex tattwa dak li għandek f'moħħok għax huwa żmien opportun. L-importanti li int ikollok fidi ta' twemmin ġewwa fik, li temmen li dak li int se tagħmel, huwa biss għall-importanza tiegħek, u ibda tħallix tant żmien jgħaddi, għax il-folja taf tibda ddur. Agħraf sew. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 23 u 36. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settem- bru Fażi ta' iżolament. Hekk bħalissa qed tħoss dan il-mument. M'int issib appoġġ minn imkien, però dan huwa mument fil-ħajja tiegħek fejn se jagħmlek aktar matur, u tagħraf ir-responsabbiltà ik- tar ta' dak kollu li hemm madwarek. Huwa mument li ħa jagħmlek tagħraf tippjana aħjar u tippjana b'inqas tfixkkil. Taqtax qalbek għax qiegħed f'din il-pożizzjoni, dan il-quddiem għat-tarf kemm kien importanti. Kuluri favoriti ma' Virgo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 22 u 37. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru L-indipendenza tiegħek u li int magħruf tant għaliha, hija ferm importanti għalik, imma trid tagħraf it-tajjeb ta' dak li int jista' jitwassallek. Kif se jiġri ftit ta' żmien ieħor fejn se titwassallek aħbar, u jekk int m'initiex ħa tagħti każ tagħha, din taf tkun forma ta' telfa għal madwar il-ħajja tiegħek. Bil-kontra, jekk int tanalizza dak li se toffrilek din l-aħbar, int taf tiggwadanja ħafna. Għalhekk, agħraf sew dak li ġej lejk. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 11, 21 u 34. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' No- vembru Wegħda li int għamilt, qiegħed tinduna li m'intix se tlaħħaq l-aspettattiva li int ikkommettejt għaliha. Dan fil-ġimgħat li ġejjin, ovvjament se joħloq xi ftit ta' inkwiet madwarek, imma jekk minn issa, int tibda tirranġa ftit minn dak in-nuqqas, is-sitwazzjoni ma tkunx waħda daqstant problematika. Agħraf u agħraf sew li meta int tkun wegħedt xi ħaġa, kun ċert li int kapaċi żżomm ma' dak li int tistqarr. Jekk int, dan ma tkunx kapaċi tagħmlu, twegħedx. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 12, 23, u 39. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Mument fejn int trid tagħraf iżjed tkun fil-fażi ta' paċenzja. Jekk int tagħraf iżżomm il-paċenzja, is- sitwazzjoni ta' madwarek tista' tieħu xejra b'mod differenti minn dik li hi, imma jekk int ħa titlef il- paċenzja, dan jaf iwassal għal sitwazzjonijiet ikkumplikati, li żgur mhux il-mument li int trid tgħaddi minnhom bħalissa. Fil-ġimgħat li ġejjin, għandek tagħraf iżjed dak li hemm bżonn tagħmel fid- dawl ta' dak li int għaddej minnu. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 29 u 36. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Int persuna magħrufa għal kemm qalbek tħabbrek, u dan jista' jkun kemm ta' vantaġġ u kemm ta' żvantaġġ, imma bħalissa, żgur li qed tħoss li wasalt f'mument fejn trid tara jekk fir-relazzjoni li int qiegħed fiha, kemm verament hi vijabbli għalik li tibqa' kalm bħal qisu mhu qed jiġri xejn ħażin. Issa huwa l-mument li int tesprimi b'mod kalm dak li verament tħoss li qiegħed ikun ta' dwejjaq aktar ġewwa fik. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 15, 26 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 22 Il-ħlas ta' sofferenza inġusta Dan ir-rakkont se jlaqqgħana ma' omma żagħżugħa li minħabba l-egoiżmu tagħha, u dak li wettqet, kien hemm kumplikazzjonijiet sopranaturali. Il-ġrajja bdiet fl-2010, meta Claire kellha 16-il sena. Flimkien mal-ġenituri tagħha, marret weekend break f'lukanda. Hemmhekk, iltaqgħet ma' ġuvni li ħadet grazzja miegħu mill-ewwel, u bdiet ħbiberija miegħu. Wara l-weekend break ftiehmu biex ikomplu jiltaqgħu, però Claire kienet għadha għaddeja f'taqbida mal-eks tagħha. Però, iktar ma bdiet tiltaqa' miegħu, Claire bdiet tinġibed lejh, iktar u iktar minħabba li hu kien kariżmatiku u ħafna iktar ġentili mill-eks tagħha. Wara xi xahar joħorġu flimkien bħala ħbieb, it-tnejn riedu li jkompli r-relazzjoni tagħhom iktar fil-fond. Claire kienet qablet ma' dan, imma ma kienx se jkun pass tajjeb għaliex minħabba bluha, xi minn daqqiet kienet tiltaqa' mal-eks tagħha, u din is- sitwazzjoni bdiet titlef xi ftit mill-kontroll tagħha, għax issa Claire kienet f'relazzjoni u mhux biss ħbiberija. Biex is-sitwazzjoni tkompli tikkomplika ruħha, hu sa ċertu punt xtaq ilaqqagħha mal-ġenituri tiegħu, u wara ftit, hi għamlet l-istess, u dan sar bl-iskop li peress li li kienet ġejaj x-xitwa, setgħu jmorru għand xulxin. Kollox kompla miexi sew f'din ir-relazzjoni, imma Claire kienet xorta waħda kompliet iżżomm il-kuntatti mal-eks. Ġara li l-għarus tagħha kien jilgħab ma' tim tal-futbol, fejn kellhom ġimgħa ta' taħriġ fl-Italja, u minħabba f'hekk kellhom għall-ewwel darba jinfirdu minn xulxin, u din is- sitwazzjoni poġġiet lil Claire għal eżami, li kien falliment totali. Ġara li fi tmiem il-ġimgħa, meta kienet waħedha, sħabha organizzaw festin għal għeluq snin ħabiba tagħhom fejn krew farmhous u għamlu riċeviment kbir fejn kien mistieden ukoll l-eks ta' Claire. Ħin minnhom, Claire u l-eks tagħha iltaqgħu, u Claire kienet diġà xorbot mhux ħażin, u kien qabeż ċertu ħin, però t-tnejn li huma ntilfu jitkellmu dwar kif kienu għaddejjin. Ix-xorb baqa' għaddej, u meta wasal il-mument li kulħadd imur lejn daru, Claire, kontra kull mistenni għażlet li tmur lura d-dar mal-eks, u f'nofs tat-triq offrielha li tmur tieħu drink fil-flat tiegħu. U ma kienx drink, għax malli daħlu fil-flat, l-eks resaq lejha sesswalment, u għalkemm hi pruvat iżżomm lura, spiċċaw f'att ta' sesswalità bla kontroll. Wara li stembħu, it-tnejn raw li kien sar ċertu ħin, u għalkemm Claire kienet avżat lill-ġenituri tagħha li kienet se torqod għand xi ħbieb, hi xorta waħda talbitu jwassalha d-dar. Malli sebaħ il-jum, Claire kienet iktar f'sensiha u kienet qed taqra l-messaġġ li kien bagħtilha l-boyfriend tagħha. Hi bħal donnha tħawdet. Minn din l-esperjenza għaddew ħmistax, u Claire ma bdietx tħossha sew, waqt li bdiet tħoss ċertu sintomi strambi. Claire huwa isem fittizju. Ikompli... Min jixtieq iwassal rakkont lill-qarrej, għandu jċempel lil PaulJon, b'garanzija ta' kunfidenzjalità.