Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
F l-Artiklu ta' Albert Gauci Cunningham datat 10 ta' April, 2016 jikkwota stħarriġ li minnu jirrizulta li, "Il-maġġoranza assoluta tal-qarrejja tal-illum.com. mt huma kontra l-abort. Fil-fatt, minn stħarriġ li jtella' l-istess sit kull ġimgħa, 60% esprimew ruħhom kontra l-abort f 'kull każ u kienu biss 35% li qalu li huma favur. Minn dawn, 20% iħossu li l-abort huwa aċċettabbli, sakemm isir biss f 'każ ta' stupru." Dan l-istħarriġ juri li aħna l-Maltin għad għandna għal qalbna l-valur tal-ħajja sa mill-konċepiment, u nħobbu u nagħtu każ ta' uliedna. Madankollu, huwa ferm inkwetanti li qed naraw xquq fis-soċjetà, fejn għal xi raġuni jew oħra, wieħed jibda jiġġustifika, jew agħar minn hekk, jittollera' l-mentalità li l-abort jista' qatt ikun ġustifikat. Ħafna minn dawk favur l-abort dejjem jużaw l-istupru bħala raġuni għalfejn wieħed jista' jiġġustifika l-qtil ta' tarbija f 'ġuf ommha. Dan meta l-kriminal qatt ma tkun it-tarbija innoċenti li ġiet konċeputa minn dan l-att mistmerr. L-omm u t-tarbija huma vittmi innoċenti li għandhom bżonn l-għajnuna. Il-qtil ta' tarbija innoċenti mhux soluzzjoni, iżda trawma doppja fuq dik it-tfajla vjolentata, li mhux biss issofri mill-istupru li sar fuqha, iżda wkoll ikollha trawma doppja li ċaħdet lill-wild tagħha. L-abort joqtol it-tarbija li hija tagħha wkoll. Dan biex ma nsemmux ukoll ir-riskji assoċjati mal-proċedura tal- abort. Rebecca Kiessling u Mary Rathke twieldu propju riżultat ta' stupru fuq ommijiethom. Huma biss żewġ individwi fost ħafna, li bħalhom twieldu minn ċirkostanzi pjuttost koroh, ħafna minnhom sitwazzjonijiet kriminali. Madankollu, huma nies li kibru u sabu skop fil-ħajja tagħhom. Huma jħossuhom imweġġa' ħafna meta jaraw lil min jiġġustifika l-qtil bl-abort fiċ- ċirkostanzi eċċezzjonali ta' stupru. Rebecca Keissling hija mara simpatika ħafna, u bħala professjoni, hi avukat fil-liġi tal-familja u hija omm ta' ħames ulied, tnejn minnhom addottati. Rebecca kienet addottata mat-twelid. Tgħid li kellha ħafna insigurtà u problemi ta' identità u 'self confidence' hi u tikber. Meta Rebecca kellha tmintax-il sena saret taf li kienet addotta wara li ommha kienet stuprata minn kriminal. Skopriet ukoll li ommha ppruvat tagħmel abort darbtejn meta kienet tqila biha. L-istorja tagħha 'Conceived in Rape: From Worthless to Priceless' hi waħda ta' kuraġġ. Storja konkreta li turina li l-ħajja dejjem għandha tingħata ċans. Kulħadd jgħid li huwa favur il-ħajja sakemm kollox huwa sewwa. F'każijiet diffiċli bħal diżabbiltà, stupru u oħrajn, malajr naraw li t-tarbija ssir oġġett li nistgħu neħilsu minnu! Mad- dinja kollha, il- ġenoċidju tal-abort iħalli miljuni ta' trabi vittmi ta' kull sena, tfal li qatt ma tħallew jitwieldu. Mary Rathke ukoll għandha storja unika. Kienet konċeputa minn stupru u addottata ta' ħames snin wara li kien determinat li ommha ma kinitx f 'qagħda li trabbiha. Mary tgħid l-esperjenza ta' ommha, u kif minn passat traġiku, ommha sabet fejqan permezz tal-addozzjoni. L-esperjenza ta' ħajjitha ġġiegħel lil Mary taħdem biex trawwem kuxjenza dwar id-drittijiet tal-ulied sa mill-konċepiment fix-xogħol li tagħmel fil-kamp Pro-Life. L-appell ta' nies li twieldu minn dawn iċ-ċirkostanzi huwa wieħed imqanqal lejna sabiex negħlbu l-istint tagħna li biex inħaffu, insibu soluzzjoni mgħaġġla neħduha kontra t-tarbija. Jagħmlu l-argument li huma kellhom id-dritt tal- ħajja malli ġew konċeputi. Grati ħafna li ma ġewx abortiti u tħallew jitwieldu u inkwetati ħafna li tfal li ġew konċeputi bħalhom, li ħajjithom ukoll għandha valur qed jiġu ħafna drabi kundannati għall-mewt. Rebecca, Mary u oħrajn li twieldu minn ċirkostanzi simili, fosthom ħafna li salvaw attentat ta' abort minn ommijiethom, għandhom messaġġ għalina. "Il-ġustizzja titlob li l-kriminal iħallas ta' għemilu. Tfal innoċenti ma jistgħux iħallsu għal att vjolenti ta' kriminal ieħor, anke jekk il-kriminal ikun missierhom. L-istupru u l-abort huma żewġ għażliet ħżiena għall- istess raġuni: huma t-tnejn atti vjolenti aggressivi kontra persuni innoċenti. Jekk verament jimpurtana mill-vittmi, irridu nipproteġuhom minn atti vjolenti, minn min jistupra u minn min jagħmel l-abort, mhux mit-tarbija innoċenti." Illum permezz tas-sit http://www.savethe1.com Rebecca, Mary u ħafna oħrajn jagħmlu kuraġġ lil min jgħaddi minn stupru biex ma jagħmilx abort, iżda biex ifittex l-għajnuna. "It-tqala hija esperjenza li tgħaddi, iżda l-qtil ta' tarbija hija xi ħaġa permanenti li l-effetti tagħha jħalli żewġ vittmi: it-tarbija li titlef ħajjitha u l-omm li tilfet lil binha jew bintha." Ifakkruna li għandna dmir nitkellmu għal min hu vulnerabbli fis-soċjetà, fosthom it-tarbija fil-ġuf. Dr Miriam Sciberras hija Chairman ta' Life Network Malta www.lifenetwork.eu Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum Opinjoni 15 'Twelidna riżultat ta' stupru, iżda ngħożżu ħajjitna' MIRIAM SCIBERRAS "F'kazijiet diffiċli bħal diżabbiltà, stupru, u oħrajn malajr naraw lit- tarbija ssir oġġett li nistgħu neħilsu minnu" "L-istupru u l-abort huma żewġ għażliet ħżiena għall- istess raguni: huma t-tnejn atti vjolenti aggressivi kontra persuni innoċenti" Rebecca Kiessling u Mary Rathke jipparteċipaw fil-March for Life li sar Ruma f 'Mejju 2014