Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum Aħbarijiet 3 Sa €6 fis-siegħa fi ħlas għall-immigranti minn Albert Gauci Cunningham KIF kienet żvelat l-ILLUM fil-ħarġa tat-28 ta' Frar 2016, il-Gvern qed jipproponi sistema li permezz tagħha jinqata' l-abbuż sfrenat li ilu għaddej snin fil-Marsa u li s'issa qatt ma kien indirizzat. Fil-fatt, fil- proposti li bħalissa tressqu għall-konsultazzjoni pubblika, il-Gvern qed jipproponi li dawk l-immigranti li jagħmlu użu minn uffiċċju li minnu jkunu jistgħu jingħataw siegħat ta' xogħol minflok jitlajjaw fi Triq Aldo Moro jitħallsu sa massimu ta' €6 fis-siegħa. Dan il-ħlas isir għal dawk li jingħataw siegħat individwali ta' xogħol. Il-ħlas jinżel għal €5.75 fis-siegħa għal bejn 10 u 20 siegħa xogħol, u jerġa' jinżel għal €5.50 fis- siegħa għal dawk li jaħdmu bejn 21 u 40 siegħa xogħol. Il-ħlas minimu, jiġifieri dak ta' €5.50 huwa ekwivalenti għall-paga minima fl-2016, li hija bbażata fuq ħlas bażiku ta' €4.20, flimkien mal-ġranet leave, bonuses u sick leave. Dawn jammontaw għall-ħlas minimu mogħti lill-immigranti, li skont il-proposta tal-Gvern ma jistgħux jaħdmu iktar minn 600 siegħa fis-sena mal- istess persuna. Is-sistema ta' ħlas se tkun qed titħaddem permezz ta' vouchers għal kull siegħa jew għal grupp ta' siegħat f 'daqqa. Dawn il-vouchers, li jintużaw f 'sistema simili barra minn Malta, ikunu jridu jittieħdu fl-uffiċċju (Job Brokerage Offices) minn fejn l-immigranti jingħataw il-ħlas dovut. Skont il-proposta li qed iressaq il-Gvern, dan l-uffiċċju jkun responsabbli għar-reġistrazzjoni ta' dawk interessati li jsibu impjieg b'dan il-mod, filwaqt li żżomm informazzjoni dwarhom, fosthom tal- esperjenza li għandhom fid- dinja tax-xogħol. Il-Gvern qed jistma li dan l-uffiċċju se jkun qed jilqa' fih mal-1,500 individwu kull sena għalkemm dan in- numru jista' jiżdied skont is- suċċess li jkun qed jagħmel l-istess uffiċċju. L-uffiċċju se jkun qed jopera permezz ta' Public Private Partnership (PPP). Fid-dokument il-Gvern jgħid li l-għan ewlieni ta' din l-iskema, parti mid- dokument tal-baġit 2016, huwa li jinqata' l-abbuż u l-itlajjar f 'bosta postijiet, fosthom il-Marsa u li din l-attività tkun waħda legali, li ma tpoġġi lil ħadd fi żvantaġġ. Il-Gvern jipproponi sistema li se tiġġieled l-abbuż sfrenat u l-prekarjat li jibda minn Triq Aldo Moro Dak li qed jipproponi l-Gvern Malti huwa simili għall-iskema tal-Buoni Lavoro fl-Italja li tirregola l-impjiegi f 'diversi oqsma, fosthom fl-agrikoltura u t-turiżmu. Il-ħlas massimu huwa ta' €7,000 wara t-taxxa fis-sena. Kull voucher għandu valur nominali ta' €10, li minnhom €7.50 kull siegħa imorru għand il-ħaddiem. Dawn il-vouchers huma validi għal 24 xahar u jistgħu jintużaw biss għal xogħol każwali. Fil-Belġju wkoll teżisti sistema ta' vouchers li titħaddem l-aktar biex tibbenifika lil dawk li għandhom nuqqas ta' ħiliet u bla kwalifiki. Residenti Belġjani jistgħu jixtru vouchers li mbagħad jużawhom biex jimpjegaw persuni, l-aktar bħala cleaners, ħajjata jew biex ikunu ta' għajnuna fil-kċina. Permezz ta' din l-iskema hemm ħlas ta' €22 għal kull siegħa xogħol. Din l-iskema kienet ikkunsidrata bħala suċċess kbir ħafna. Fil-Kroazja hemm ukoll sistema ta' vouchers li jiffaċilita xogħol fis-settur tal-agrikoltura. Kull ħaddiem igawdi minn protezzjoni b'paga minima ta' €9.40 kull ġurnata għal massimu ta' 12-il siegħa kuljum. Ħaddiem jista' jaħdem sa 90 jum kull sena. Din l-iskema daħlet fis- seħħ fl-2012. Il-Buoni Lavoro fl-Italja ...anke fil-Belġju Skema Kroata fil-biedja • 30% tal-immigranti mil-Libja għadhom Malta • Dan jgħodd għal madwar 5,700 immigrant • Hawn 1,296 immigrant f'impjieg • 99% ta' dawn l-1,296 huma ħaddiema. L-oħrajn huma self-employed • Fl-2014 l-ETC irċeviet 3,942 applikazzjoni għal xogħol minn immigranti • €3 fis-siegħa huwa l-ħlas illegali mogħti bħalissa lill-immigranti Immigranti jistennew biex jingħataw xogħol fil-Marsa, sitwazzjoni li l-Gvern irid li tinqata' Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sfronda saqaf bih RAĠEL jinsab f 'qagħda kritika wara li lbieraħ filgħodu, għall-ħabta tat- 8:30 saqaf ta' residenza privata li qed isir xi xogħol fuqha, għal xi raġuni sfronda. L-inċident seħħ f 'dar privata fi sqaq fi Triq Castro fin-Naxxar, fejn mill- ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li raġel mill-Mali li għandu 24 sena, weġġa' waqt li kien qed jaħdem ġewwa r-residenza li tinsab taħt kostruzzjoni. Jidher li r-raġel kien qiegħed juża' jigger meta għal xi raġuni, sfronda s-saqaf bih u waqa'. Huwa nstab mixħut fl-art minn xi ħaddiema. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall- kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil- periklu li jitlef ħajtu. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. L-iżviluppaturi favur il-mina bejn il-gżejjer IL-MALTA Developers Association (MDA) hi favur li jkun hemm mezz ta' komunikazzjoni stradali permanenti bejn il-gżira ta' Malta u dik ta' Għawdex. L-MDA temmen li dan hu l-uniku mod li jista' jwassal biex l-ekonomija ta' Għawdex tkun integrata kollha kemm hi fl- ekonomija nazzjonali u b'hekk ma jibqgħux jeżistu differenzi fil-livell ta' għixien taż-żewġ gżejjer. L-MDA tħoss li l-proposta ta' mina tidher li hi l-aktar waħda fattibbli mil-lat ta' spejjez kif ukoll l-aħjar soluzzjoni mil-lat ta' ambjent u għalhekk hi tappoġġa l-inizjattiva li qed tittieħed biex dan il-proġett isir.