Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Missieri kien jilgħab mat-tim ta' Valletta wkoll ukienet ħaġa naturali li jittrasmettili din il-passjoni. Kif tiddeskrivi l-ewwel snin tiegħek ma' Valletta? Ta' 16-il sena dħalt mal-ewwel tim ta' Valletta, li kien għadu kemm ġej mir-rebħ tal-kampjonat tal- 1989/1990 u nista' ngħid li l-plejers kienu strumentali biex integrajt sew mat-tim, mal-ewwel. Personalment, liema tikkunsidra bħala l-iżjed tim b'saħħtu ta' Valletta, bejn dak li rebaħ il-ħames tazzi u dak li rebaħ is-sitt tazzi? It-tnejn kienu skwadri ta' kwalità tajba u t-tnejn kienu magħmula minn plejers eċċezzjonali. Hija għażla difficli ħafna imma fl- opinjoni tiegħi, tal-ħames tazzi kien aktar konvinċenti. Liema tibqa' l-izjed partita memorabbli għalik mit-tim nazzjonali Malti? Bla dubju ta' xejn, ir-rebħa mal- Ungerija bl-iskor ta' 2-1 u d-draw ta' 2-2 mat-Turkija. Taħseb li l-livell tat-tim nazzjonali tjieb minn meta bdejt tilgħab inti għaż-żmien preżenti? Fil-bidu tas-snin 90, jiġifieri fiż- żmien li bdejt jien, kien hemm tim tajjeb mimli plejers ta' talent kbir. Dak kien wieħed mill-aqwa timijiet nazzjonali li qatt lgħabt miegħu jien. Wara, kien diffiċli biex Malta tipproduċi grupp ta' plejers tal-istess kalibru. Iżda mbagħad fi żmien il-kowċ Dusan Fitzel, nista' ngħid li t-tim nazzjonali beda jsir iżjed rispettabli u anke ġibna riżultati importanti wkoll. Dan l-aħħar ukoll kien hemm prestazzjonijiet u riżultati li jagħmlu kuraġġ għall- futur. U l-livell tal-futbol domestiku? Iżjed milli tjieb jew le, nista' ngħid li l-logħba tal-futbol inbidlet matul il-medda tas-snin. Diffiċli tgħid tjiebx jew le għaliex min iwieġeb dil-mistoqsija permezz tar-riżultati u min iwieġeb għaliha mil-lenti tal- prestazzjonijiet. Jien nista' ngħid li l-logħba nbidlet, speċjalment mil-lat fiżiku u atletiku fejn il-plejers illum jiġru ħafna iżjed kilometri u anke f 'livell ta' kowċing, il-livell inbidel u għola. Il-Kampjonat ta' dan l-istaġun wera biċ-ċar li kien hemm sitt timijiet li kienu ferm viċin ta' xulxin u li kollha setgħu jtellfu l-punti lil xulxin. B'hekk, bla tlaqliq ngħid li min jirnexxielu jirbaħ il-kampjonat ta' din is-sena, ikun rebaħ wieħed mill-iktar kampjonati diffiċli f 'Malta f 'dawn l-aħħar snin. Taqbel mal-idea ta' seba' plejers barranin fil-Kampjonat Premier? Onestament ma tagħmilx differenza naqbilx jew le għax ir- regola diġà qiegħda hemm. B'seba' plejers barranin, it-timijiet huma kollha aktar kompetittivi u tampar xulxin. Imma fl-istess ħin bexxaqna l-bieb għaż-żgħażagħ u plejers Maltin. It-triq tan-nofs tkun waħda ideali. U mal-fatt li Kampjonat ikun kompost minn 14-il tim? Ma naqbilx. U mal-fatt li jinqasmu l-punti? Lanqas. Qabel l-istaġun, ħafna ħasbu li Valletta mhux b'saħħithom. X'inhu s-sigriet ta' dan il-kampjonat mill- iktar pożittiv li qed ikollkom, fejn tinsabu pass 'il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat? Kien hemm bosta tibdiliet mill- istaġun ta' qabel. Paul Zammit bħala kowċ, ried paġna ġdida speċjalment fejn jidħlu plejers barranin. Fil- bidu tal-istaġun sar ħafna xogħol biex inkunu nistgħu naħdmu kif xtaq il-kowċ. Ma kienx faċli biex wasalna s'hawn. Però nista' ngħid li l-plejers irrispondew tajjeb ħafna għax-xogħol, u bla dubju huma kienu l-aktar fattur importanti biex ninsabu f 'din il-pożizzjoni. Kif tiddeskrivi l-ħidma tiegħek mal- kowċ Paul Zammit? Jien bniedem li dejjem nipprova nitgħallem mingħand kulħadd, u nista' ngħid li mingħand Paul Zammit qiegħed nitgħallem ħafna. Jitkellem ħafna miegħi fuq it-tim u naqsmu l-ideat flimkien. Nispera li jinsab kuntent bix-xogħol tiegħi. Kif tħares lejn l-esperjenza li kellek bħala kowċ ma' Valletta matul l-istaġun li għadda? Tgħallimt ħafna u nemmen li din l-esperjenza swietli ta' ġid. Kien staġun li għeni nimmatura fil-kowċing. Bl-għajnuna ta' Ivan Zammit irnexxielna nispiċċaw fit- tieni post. Meta tqis li Hibernians kellhom staġun impekkabbli, it- tieni post kien l-aħjar post li stajna niksbu. Xi kummenti dwar il-president ta' Valletta, Victor Sciriha... Kemm ilu president ta' Valletta Victor Sciriha, it-tim Belti reġa' beda jirbaħ l-unuri. Bħala president huwa dejjem irid lit-tim fl-ogħla postijiet u jirbaħ l-unuri. Bħala bniedem, Victor għandu qalbu żgħira u jħoss għal min hu fil-bżonn, u dejjem lest li jgħin. Kif tispjega l-esperjenza tiegħek ma' Xewkija Tigers? Kienet esperjenza li fiha ħadt pjaċir ħafna. Kont milqugħ sew mill-klabb ta' Xewkija Tigers, speċjalment mill-president Jeffrey Farrugia li huwa persuna ħabrieka ħafna. Rajt rispett kbir lejja u lejn il-familja tiegħi. Fil-fatt għadni nsegwihom u nixtiqilhom kull suċċess fil-futur. Żgur li mhux ħa ninsa dak l-istaġun u lin-nies tax-Xewkija. Inti kellek ukoll esperjenza mat-tim Taljan ta' Pisa. Kif tħares lejha? Kienet ħolma li mmur nilgħab barra minn Malta u rnexxieli nagħmilha ma' Pisa fl-Italja. Nista' ngħid li dik l-esperjenza għenitni ntawwal l-karriera tiegħi għaliex hemmhekk mort plejer u ġejt lura plejer ieħor. Sirt nara l-futbol b'lenti iżjed professjonali. illum | Il-Ħadd 17 t'April 2016 Cristian Antony Muscat Gilbert Agius - eksplejer leġġendarju Belti u wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol Malti. Attwalment huwa l-assistent kowċ ta' Valletta FC. Il-leġġenda Beltija meqjus Sports 34 "Min jirnexxielu jirbaħ il-kampjonat ta' din is-sena, ikun rebaħ wieħed mill- iktar kampjonati diffiċli f 'Malta f 'dawn l-aħħar snin" Gilbert Agius fil-jiem glorjużi tiegħu bħala captain ta' Valletta FC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016