Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum tiegħu ġie l-ewwel' 'Ma nħares lejn wiċċ ħadd' Minbarra l-Ġimgħa filgħaxija, l-ogħla udjenzi ġew irreġistrati fl-istazzjon nazzjonali fit- tmienja ta' filgħaxija, jiġifieri għall-aħbarijiet, bl-akbar udjenzi fil-ġurnata minn fost l-istazzjonijiet kollha, fejn f 'diversi ġranet jaqbeż il- 100,000 persuna. Għal dan, il-kap tal-kamra tal-aħbarijiet ta' TVM, Reno Bugeja esprima s-sodisfazzjon tiegħu mal- gazzetta ILLUM. Huwa sostna li minkejja l-kompetizzjoni għall-aħbarijiet dejjem tikber minn sorsi differenti, partikolarment issa bil-mezzi soċjali, anke mis-sit online tal-istess stazzjon, "l-aħbarijiet tat-tmienja għadu sors ta' informazzjoni li jagħti stampa ċara ta' dak li jkun qed jiġri fil-pajjiż." Il-kap tat-taqsima tal-aħbarijiet kompla jgħid li ċ-ċifri li ġab l-aħbarijiet, "jitkellmu waħedhom, u juru li aħna m'għandniex aġenda, u ma nħarsu lejn wiċċ ħadd." Meta mistoqsi minn din il-gazzetta dwar il-bosta akkużi mill-Partit Nazzjonalista li l-aħbarijiet ikunu żbilanċjati u imparzjali, Bugeja wieġeb li, "dawn il-protesti qatt ma ġew ippruvati u dejjem kienu bla bażi, u l-Awtorità tax- Xandir qatt ma sabet żbilanċ fl-aħbarijiet." Reno Bugeja kompla jgħid li l-udjenza hija waħda kbira għaliex, "in-nies jafu jagħmlu l-ġudizzju," waqt li sostna li, "l-obbligu tiegħi hu li nagħti servizz pubbliku mingħajr ma nħares lejn wiċċ ħadd." Mill-banda l-oħra, l-aħbarijiet tal-istazzonijiet politiċi wkoll ġabu numru sostanzjali ta' udjenza, bit-tnejn li huma jibdew fis-7:30pm, u għalhekk ikun hemm iċ-ċans li persuna ssegwi kemm l-aħbarijiet tal-istazzjon politiku, u wkoll dak tal-istazzjon nazzjonali. L-ogħla udjenza reġistrata għall-aħbarijiet ta' One, kienet dik ta' 49,100, waqt li għal Net News, l-akbar numru kien dak ta' 36,200, biż-żewġ figuri jiġu reġistrati fil-jum tat-Tnejn. Għal dan ir-riżultat, il-kap tat-taqsima tal-aħbarijiet ta' One, Aleander Balzan esprima s-sodisfazzjon tiegħu għaliex, "One News għandu d-doppju tal-udjenza ta' Net News." Balzan żied jgħid li minkejja r-riżultat tajjeb, "għad fadal x'nagħmlu biex insaħħu l-prodott tagħna, u dan se jkun rifless fi proġetti ġodda li se nniedu dalwaqt." Aleander Balzan f 'kummenti mal- gazzetta ILLUM jispjega kif, "is-sodisfazzjon huwa ikbar meta wieħed jiftakar li sentejn ilu, jiena ħadt it-tmexxija ta' kamra tal-aħbarijiet li ftit li xejn kien baqa' minnha, b'ħafna ġurnalisti stabbiliti jimirħu f 'oqsma oħra tal-ħajja." Żied jgħid li minkejja dan, il-kamra tal-aħbarijiet li huwa jmexxi ma qatgħetx qalbha u "qed toffri prodott kredibbli, konsistenti u tajjeb." Spjega wkoll kif seta' affetwa n-numru ta' udjenza l-fatt li l-aħbarijiet ta' Net, minn tliet snin ilu, beda jsir fl-istess ħin ta One, u b'hekk, "kellek nies li s-soltu kienu jsegwu lilna, imbagħad jaqilbu Net, li nfirxu mill-ewwel. Għalkemm kienu huma li marru l-agħar meta tara kemm jinsabu warajna." Min-naħa tiegħu, il-kap tat-taqsima tal-aħbarijiet tal-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Fabian Demicoli, qal li r-reazzjoni tiegħu għal dan ir-riżultat tal-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir huwa wieħed pożittiv u ta' inkoraġġiment. Dan għaliex, "l-udjenzi ta' Net News irdoppjaw mill-istess stħarriġ li sar fl-istess perjodu fis-sena ta' qabel, waqt li b'mod globali, Net Television żied bi kważi 3% fl-udjenzi tiegħu. Demicoli, filwat li stqarr li fadal ħafna ħidma xi ssir sabiex jitjiebu l-udjenzi, qal li ż-żieda reġistrata, "tfisser li t-telespettaturi qed jerġgħu jfittxu l-istazzjon Net u l-aħbarijiet ta' Net." Il-kap ta' Net News qabbel ir-riżultati ma' dawk tat-TVM u qal li ovvjament li wieħed isib diskrepanza bejn l-udjenzi tal-istazzjon nazzjonali u dawk ta' partiti politiċi, għaliex wieħed jistenna li dan ikun, u anke minħabba li l-ammont ta' riżorsi huwa ferm ikbar. Però wissa li, "l-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir ipoġġi pressjoni ikbar fuq l-istazzjon nazzjonali, li fid- dawl tal-udjenza li għandu, ma jkunx żbilanċjat, u ma jkunx imparzjali, kif fil-fatt hu bħalissa." 'Doża wisq qawwija ta' politika' Reporter l-aktar segwit wara Dissett Matul din l-iskeda, kien hemm l-introduzzjoni ta' programm ta' diskussjoni ġdid, u b'differenza għaliex ma trattax suġġetti politiċi. Minkejja li din kienet l-ewwel sena tiegħu, il- programm 'Skjetti' attira udjenza tajba, bin-nies jikkwotawh mal-aktar għaxar programmi favoriti tagħhom. Il- preżentatur tal-programm Quinton Scerri esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan ir- riżultat, iktar u iktar meta dan kien, "esperiment li bdejna naħdmu fuqu biss ftit qabel ma bdiet l-iskeda." Scerri jkompli jgħid li dan ir-riżultat jkompli jagħti kuraġġ lit-tim tal- produzzjoni biex ikompli jaħdem anke għal skeda oħra. Meta mistoqsi dwar x'jaħseb li huwa s-sigriet tas-suċċess ta' dan il- programm, Scerri qal li, "t-tendenza qed tinbidel u n-nies għejjew jisimgħu dejjem fuq politika, u għalhekk il- programm ikun kemm jista' jkun differenti." Fil-fatt, s'issa 'Skjetti' tratta mal- 150 suġġett u qatt dwar politika. Scerri kompla jgħid li fuq l-istazzjonijiet lokali, "hemm doża qawwija żżejjed ta' politika," u n-nies għejjew jisimgħu dwar dan. "Iridu jkunu jafu x'inhu jiġri, u għalhekk jaraw l-aħbarijiet," imma kompla jgħid li hemm wisq programmi politiċi fuq l-istazzjonijiet lokali." Il-programm Reporter ippreżentat minn Saviour Balzan, huwa l-iktar programm ta' diskussjoni politika u ġrajjiet kurrenti segwit fuq l-istazzjonijiet lokali minn fost il- programmi l-oħra tal-istess ġeneru li jixxandru fl-istess ħin. Huwa biss il-programm Dissett, immexxi minn Reno Bugeja li għandu udjenzi ikbar minn Reporter, possibbilment minħabba l-fatt li dan il-programm jixxandar f 'ħin differenti, jiġifieri eżatt wara l-aħbarijiet tat-tmienja li għandhom udjenzi kbar. Skont l-istħarriġ tal- Awtorità tax-Xandir, Reporter jakkumula madwar 43,600 fil-ħinijiet li jixxandar fih, bil- programm li jiġi qablu, jiġifieri Dissett, jiġbed lejh mas-46,900 persuna. Il-programmi l-oħra tal-istess ġeneru, jiġifieri diskussjoni politika, li jixxandru fl- istess ħin ta' Reporter: Times Talk u Realtà kisbu udjenzi ta' 35,500 u 40,100 fil-ħinijiet tagħhom rispettivament. Quinton Scerri Saviour Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016