Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657
illum Il-Ħadd 17 t'April 2016 Sports 32 Imniedi n-National Sports Forum MINN nhar il-Ġimgħa li għadda, il-familja sportiva nazzjonali mbarkat fuq iktar minn ġimgħa ta' diskussjoni dwar l-isport f 'pajjiżna waqt serje ta' seminars u workshops. Dawn se jilħqu l-qofol tagħhom b'Forum Nazzjonali li se jkun mifrux fuq jumejn fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop propju fit-22 u 23 ta' April li ġej. Il-Forum se jilħaq mhux biss lil dawk li huma direttament involuti fl- isport, iżda wkoll setturi oħra li b'mod indirett jew dirett jiġu affetwati mill-isport u li permezz tiegħu jistgħu jtejbu l-ħajja personali tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius spjega kif dan il-forum qed jilħaq il-viżjoni tal-Gvern li jsir xogħol b'kollaborazzjoni mal-ministeri oħra. Dan għaliex f 'dan il-forum, minbarra l-Ministeru tal- Edukazzjoni, huma nvoluti entitajiet oħra fosthom il-PBS, id-dipartimenti tas- saħħa u tas-saħħa mentali, Agenzija Żgħażagħ, LGA, MTA, l-Università u l-MCAST u s-servizz ċivili in ġenerali. Forum bħal dan, sostna s-Segretarju Parlamentari jixhed kemm SportMalta tul dawn l-aħħar snin għaddiet minn żminijiet eċitanti, interessanti u mpenjattivi. Huwa saħaq li l-entità se tibqa timpenja ruħha sabiex tkompli tiġġedded u tissaħħaħ għall-akbar ġid tal-isport lokali. Mark Cutajar, Kap Eżekuttiv ta' SportMalta, spjega kif se jkun imqassam kemm il-Forum, kif ukoll is-seminars li se jippreċedu dan l-avveniment. Fil-fatt qabel il-Forum se jkun hemm numru ta' seminars fosthom l-irwol taċ-ċivil u l-ħaddiema tiegħu fl-isport, l-attivitajiet u l-amalgamazzjoni bejn l-isport u ż-żgħażagħ, il-mod ta' kif Għawdex u l-Għawdxin jistgħu jtejbu l-livell tagħhom, kif l-isport fl-iskejjel jista' jtejjeb il-kwalità u jkun aktar innovattiv u kif il-ġurnalisti u l-assoċjazzjonijiet jistgħu jersqu lejn xulxin, u għalhekk ikunu aktar effettivi. Huwa tkellem ukoll dwar il-preżentazzjonijiet li se jsiru fil-jumejn tal- Forum fejn jispikkaw temi marbuta mal- Unjoni Ewropea, hekk kif SportMalta dieħla b'entużjażmu kbir għas- sena 2017 u l-Presidenza Maltija. Fil-fatt se ssir preżentazzjoni minn membri tal-Kummissjoni, fosthom il-Kap tal- Programmi Sportivi fl- Unjoni Ewropea Yves La Losteque, dwar ir-relevanza tal-Presidenza Ewropea għall-assoċjazzjonijiet, federazzjonijiet u klabbs li huma reġistrati kif ukoll se jkunu trattati t-temi tal- volontarjat u l-inkluzjoni soċjali li huma prijorità tal-Presidenza Maltija. Il-Forum se jilqa' wkoll uffiċjali għolja oħrajn minn barra l-pajjiz fejn preżenti se jkun hemm il- President tal-Federazzjoni Internazzjonali tal- Hockey Marijke Fleuren, l-ekstennista Taljan Nicola Pietrangeli, kif ukoll Marcello Presilla li huwa membru fil-bord maniġerjali ta' Sport Radar - il-kumpanija li tagħmel monitoraġġ tal-imħatri fis-settur Ewropew inkluż f 'Malta. Luciano Busuttil, Chairman ta' SportMalta qal li dan il-Forum se jservi sabiex SportMalta u l-Gvern jisma' l-istakeholders kollha li jimmilitaw fl-isport, jisma l-esperjenzi tagħhom, u wara jimplimenta r-rakomandazzjonijiet li jippreżentaw. Dan il- Forum se jservi wkoll ta' pjattaforma ta' x'għandna nistennew mill-Presidenza Maltija tal-UE. Luciano Busuttil saħaq li dan il- forum m'għandux jilħaq biss lill-atleti u dawk l-persuni stabbiliti fl-isport imma għandu jkompli jqajjem kuxjenza li l-isport huwa għal kulħadd. Minn nhar il-Ġimgħa li għadda u nhar il-Ħamis bdew isiru sitt seminars li jinkorporaw il-Forum Nazzjonali tal-Isport, li se jkun qed jintemm nhar is- Sibt 23 ta' April li ġej. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ġaladarba kien hemm preżenti għal din il-konferenza stampa s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Chris Agius, din il-gazzetta ma setgħetx ma ssaqsix lill-istess Segretarju Parlamentari li tant qed jagħmel ġid fl-isfera tal- isport lokali, f 'liema stadju waslu l-proġetti li fuqhom kienu ngħataw dettalji waqt konferenza stampa li saret fit-2 ta' Novembru tas-sena li għaddiet. Fost dawn il-proġetti, wieħed ma jistax jinsa l-proġett tal-indoor pool li tant ilha mixtieqa mill-għawwiema lokali speċjalment fid-dawl tas-suċċess liema bħalu li kontinwament qed jikseb il-waterpolo lokali fl-isfera intrernazzjonali. Bla tlaqliq wieġeb li grazzi għas-somma allokata, ta' xejn inqas minn €10 miljun Ewro li ġew investiti mill- Gvern fi proġetti kapitali fi-qasam sportiv ġewwa pajjiżna, SportMalta, se tkompli tikkonsolida l-ħidma li bdiet f 'dawn l-aħħar sentejn u nofs għall-akbar ġid ta' kull dixxiplina li taqa' fl- ispettru tal-isport lokali, mhux anqas tal-waterpolo. Għall-mistoqsija ta' din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamentari semma speċifikament il-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq, li digà bdiet issirlu l-manutenzjoni għaliex tant kien tħalla fi stat diżastruż li kien hemm il-biżà li ssir xi traġedja, speċjalment minħabba d-deck li kien tħalla fi stat xejn tajjeb. Il-Kumpless tal-Pixxina f 'Tal-Qroqq ma kienx l-uniku eżempju li semma Agius, għaliex fil-kumplessi kollha kien hemm bżonn tax- xogħol, sabiex daw ikunu mmodernizzati jew estiżi, biex ikunu jistgħu jilqgħu d-diversi bżonnijiet tal- isportivi lokali. Chris Agius, Luciano Busuttil u Mark Cutajar jindirizzaw konferenza stampa li fiha ġie mniedi n-National Sports Forum Ritratt: DOI - Pierre Sammut