Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Aħbarijiet 3 ...hekk jaħsbu 55% tal-qarrejja tagħna imma 11% lesti jagħtu flus lill-PN "għax ħaqqu kull għajnuna" minn Albert Gauci Cunningham L-ISKEMA ta' self li ħareġ biha l-Partit Nazzjonalista ma tantx niżlet tajjeb ma' ħafna mill-qarrejja tagħna, għalkemm fl-istħarriġ tal-ġimgħa l-oħra li sar fuq is-sit illum.com.mt il-maġġoranza assoluta tal- qarrejja huma kontra skema ta' self simili, kemm jekk ġejja mill-PN u anke jekk ġejja mill-Partit Laburista. Mill-1,520 vot li daħlu, kważi 55% qalu li flushom jinvestuhom fihom infushom jew fil-familja tagħhom, mhux fil-partit. Għalkemm l-istħarriġ mhux wieħed xjentifiku dan jista' jindika illi n-nies illum huma inqas lesti li jdaħħlu jdejhom fil-but u jagħtu mill-flus li jaqilgħu minn xogħolhom lill-partit preferut tagħhom. Fil-fatt, fl- aħħar snin jidher illi minkejja li ż-żewġ partiti għadhom jiġbru ammonti konsiderevoli f 'kull maratona li jorganizzaw, it-total miġbur huwa bil- wisq 'il bogħod minn dak li jinġabar waqt attivitajiet ta' ġbir ta' fondi bi skop filantropiku jew ta' karità. Intant, kienu biss 11% tal-qarrejja li esprimew ir-rieda tagħhom li jagħtu flus lill-PN għax dan il-partit "ħaqqu kull forma ta' għajnuna." B'kollox kienu 445 persuna li qalu li ma jaslux jagħtu flus lill-PN għax jibżgħu li jibqgħu mingħajr dak li jkunu sellfu. L-iskema ta' self lill-PN kienet fil-mira ta' kritika, mhux biss mill- Partit Laburista iżda minn bosta opinjonisti u persuni oħrajn. Fost dawn kien hemm Carmel Cacopardo illi, f 'artiklu li deher fuq is-sit inewsmalta qal illi din l-iskema ta' self tal-PN "tmur kontra r-regoli bażiċi tal-etika politika. Hi skema maħduma minn avukati u accountants biex jgħattu x-xtur tal-politiċi." Cacopardo jikkritika wkoll il-fatt illi l-liġi tal-Finanzjament tal-Partiti mressqa mill-Gvern għax jgħid li "ma tipprovdix biex skema bħal din ma tkunx tista' tiġi użata kontra l-ħasil ta' flus maħmuġin." Kritika oħra saret min-negozjant irtirat u opinjonista Tony Zammit Cutajar, li iktar kmieni din il-ġimgħa fuq il-ġurnal The Times qal illi l-iskema tal-PN "jidher li hija mod deliberat kif iddur mal- ispirtu tal-liġi" u qal ukoll illi l-iskema hija eżempju ieħor, apparti l-każ tal-kumpanija ta' Mizzi fil-Panama, "ta' dak li jista' jkun legali iżda li mhux korrett." Persuna oħra li kritikat l-iskema tal-PN, kif fil-fatt irraportat l-illum.com. mt ukoll hija l-avukat Anna Mallia. Din kienet qalet illi hemm ċans li dawk li jsellfu lill-PN jistgħu jibqgħu b'xejn. Mallia qalet li bl-iskema Cedoli "mhux biss ma jridx ikollok liċenzja biex tissellef il-miljuni, iżda m'intix responsabbli jekk ma tħallasx dan id-dejn lura u m'hemm xejn xi jżommok milli twebbel lil min se jsellfek li se tagħtih imgħax għoli. Apparti dan, ħadd ma jaf jekk tasalx biex tħallas dan l-imgħax." Hija kkritikat l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) u tgħid illi din l-aġenzija, minkejja li titlob lill-avukati jimlew il-formoli "lill-PN tagħtu liċenzja biex jissellef kif u kemm irid mingħajr ebda responsabilità u obbligazzjoni li jissottometti formola kull sena dwar il-flus li rċieva." Kieku għandek €10,000 żejda tasal issellifhom lill-PN? Le, ninvestihom fuqi nnifsi u f'familti, mela fil-partit! Iva, il-PN ħaqqu kull forma ta' għajnuna Le, għax jista' jkun nibqa' b'xejn 29% Iva, għax ir-rata tal-imgħax hija tajba 5% 55% 11% 'Flusi ninvestihom fil-familja mela fil-partit' Anna Mallia Carmel Cacopardo Tony Zammit Cutajar Ma tantx huwa entużjast biex jingħaqad ma' Marlene minn Albert Gauci Cunningham SALVU Mallia ma jidhirx li huwa entużjast wisq li jkun parti mill-partit li qiegħda taħdem biex toħloq id- Deputata Marlene Farrugia. Għall-mistoqsija tal-ILLUM dwar jekk għandux pjan li jkun kandidat ma' partit ġdid, Mallia qal illi hu ma jixtieqx li jintrabat ma' karru politiku partikolari. Żied jgħid li għalissa se jistenna biex jara kif se jiżviluppaw l-affarijiet fix-xena politika u biex jara jekk xi ħadd hux se jitkellem dwar il-bżonn li jsir tibdil fis-sistema elettorali. Imma jekk Mallia m'għandux entużjażmu biex jingħaqad ma' Marlene, għandu ħafna entużjażmu biex jiftaħ il- kanuni kollha fuq il-klassi politika, speċjalment fuq il-Gvern preżenti. Mistoqsi jekk ikunx sorpriż bi stħarriġ li juri li Muscat baqa' popolari Mallia qal li "ma nistagħġeb xejn. L-ewwelnett," ikompli jgħid , "għax għandna ħafna fost il-poplu li huma ffissati u kompletament 'brainwashed' bil-partit u t-tieni għax Joseph Muscat huwa rappreżentattiv tal-karattru tipiku Malti." Mistoqsi minn din il- gazzetta biex jispjega eżattament xi jrid jgħid b'din l-istqarrija Mallia akkuża lill-Prim Ministru illi huwa bniedem li "jirrapreżenta l-mentalità tal-flus l-ewwel u qabel kollox. L-aqwa li għandna l-flus u li jekk ridt nibni kamra xi mkien bnejtha u x'għal għajni mill-ambjent." Mallia jżid id-doża u jgħid illi Joseph Muscat huwa "anti- Mintoff, kontra dak li kien jemmen Mintoff. Il-Partit Laburista ma jistax jitqies bħala partit Soċjalist illum. Partit Soċjalista, meta għandu Ministru," kompla jistaqsi Mallia, "li jiftaħ kumpanija jew kont il-Panama?" Huwa qal illi jekk il-pajjiż se jibqa' sejjer kif inhu, fil-futur qrib se jsir "kolonja monetari, fejn il-flus jikkmandaw u jiddettaw kollox." L-ILLUM fakkret lil Mallia illi l-poplarità ta' Muscat u tal-Partit Laburista jista' jkun li ġejja mill-fatt illi l-qagħda ekonomika tal-pajjiż bħalissa hija waħda mill-aktar pożittiva u li nħoloq sens qawwi ta' ottimiżmu. Imma Mallia ma jaqbilx u filwaqt li jammetti li l-ekonomija sejra tajjeb, fl- istess ħin jgħid ukoll li l-pajjiż huwa maqbud minn dik li sejħilha "apatija". "Fil-verità mhu qed isir xejn li huwa ġdid u l-proġetti, fosthom ta' restawr ta' binjiet storiċi, kienu ilhom li bdew minn taħt l-aħħar amministrazzjoni." Mallia fakkar illi fejn hemm nies bla sinsla u bla morali, l-pajjiż jispiċċa ġungla. Huwa qal illi se jkun qed jattendi l-protesta li se ssir mis-soċjetà ċivili kontra l-Ministru Konrad Mizzi u spjega li m'attendiex il- protesta tal-PN biex ħadd ma jwaħħallu tikketta partiġġjana. Mallia jtemm jgħid mal-ILLUM illi l-problema tiegħu mhix biss il-każ tal-Panama, iżda l-fatt li qed tixxerred mentalità korrotta fejn huwa aċċettabbli li tfotti biex tiġbed għalik innifsek. Salvu jgħid li ma jeħodhiex bi kbira li Muscat jibqa' popolari għax jirrapreżenta l-karattru tipiku L-ILLUM kienet żvelat illi Mallia se joħroġ għall-elezzjoni...jidher li issa jinsab dubjuż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016