Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
NEWSPAPER POST Nr 507 • 03 ta' Lulju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva mar-referì Ingliż Howard Webb Ara paġni 34 u 35 Tkompli fil-paġna ta' wara www.visitgozo.com MINISTRY FOR GOZO Iċ-Ċittadella Is-Sibt 9 ta' Lulju 2016 7:30pm - nofsilejl Għal aktar informazzjoni żur il-paġna ta' Facebook Cittadellagozo Cittadellagozo Tkompli f 'paġna 11 Tkompli f 'paġna 4 Tal-gabbani żgumbrati Deborah Schembri tmexxi negozjati wara li tal-gabbani ġew ordnati jiżgumbraw - Il-Pjazza tat-Tritoni se tingħata lura lin-nies Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa numru ta' sidien tal-11-il gabbana li hemm fid-daħla tal-Belt Valletta rċevew ittra mid- Dipartiment tal-Artijiet li fiha qed ikunu infurmati bi żgumbrament. Mill-ittra li rat din il-gazzetta jirriżulta li dawn is-sidien ġew infurmati li sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla, jew ħmistax minn mindu rċevew l-ittra, kellhom jiżgumbraw mill-post hekk kif il-pjani u diskussjonijiet dwar il-proġett għall- 'Pjazza Tritoni' waslu fil-fażijiet finali. Din l-ordni tiġi wara xhur sħaħ ta' inċertezza, kemm dwar il-futur ta' dawn is-sidien kif ukoll dwar il-proġett innifsu. F'kummenti mal- ILLUM, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal- Artijiet Deborah Schembri żvelat kif kuntrarjament għall-pjani oriġinali, il-proġett tal-pjazza se jinkorpora fih 10 gabbani. Fid-dawl ta' dan, għaddejjin negozjati li Schembri ddeskreviethom bħala "mhux faċli" minħabba diversi fatturi, fosthom it-titli differenti tal-gabbani, li jfisser il-bżonn ta' ftehim differenti għal numru ta' sidien. Minkejja dan, qalet ukoll li tinsab kunfidenti li proposta li hi se tressaq din il-ġimgħa stess għandha twassal għal żblokk u għal laqgħat mas-sidien tal-gabbani fiż-żmien li ġej. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM sostnew li huwa fl-interess tal-awtoritajiet u tal- Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) li l-kwistjoni ma tittawalx iżżejjed u mingħajr bżonn, hekk kif il-proġett tal-pjazza għandu jkun finalizzat sal-2018. Pruvaw jixtruni bil-pulit Minn John Busuttil "KIENU anke jippruvaw jixtruni bil-pulit, fejn kien hemm min offrieli l-kuntratt kollu tax-xogħol tal- injam tal-proġett..kien hemm min anke offrieli impjieg bħala uffiċjal maċ-ċivil taħt Gvern Nazzjonalista." Dan huwa kliem il-viċi sindku tal-Qala Pawlu Buttigieg, wieħed mill- aktar nies li opponew l-iżvilupp fil-Bajja tal-Ħondoq, li din il- ġimgħa kien rifjutat. F'rapport li qed ikun ippubblikat fil-paġna ta' wara, Buttigieg jallega li taħt gvern preċedenti kien hemm min ipprova jixtri s-silenzju tiegħu b'wegħdi ta' impjiegi u kuntratti. Hu jgħid ukoll li l-Prim Minstru Joseph Muscat wegħdu l-appoġġ fil-kruċjata tiegħu kontra dan l-iżvilupp, "u baqa' jappoġġjani sal-lum." Din il-ġimgħa, wara 14-il sena ta' battalji u protesti minn Buttigieg u numru ta' għaqdiet ambjentali, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvutat b'mod unanimu kontra żvilupp ta' villaġġ turistiku u yacht marina f 'din il-bajja popolari Għawdxija. Il-ġenituri u l-istudenti kuntenti...l-għalliema dubjużi dwar il- koedukazzjoni Aqra aktar fl-analiżi f 'paġni 6 u 7