Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
Ritratti: Chris Mangion Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum ...tkompli minn paġna 1 Intant, din il-gazzetta tista' tiżvela kif il-pjazza ta' madwar it-Tritoni se tkun kompletament riġenerata u miftuħa għall-użu esklussiv tan-nies. Dan ifisser li ż-żona se tkun waħda pedonali u wara snin twal se tieqaf isservi ta' venda, jew parti minn venda, għall-karozzi tal-linja. Fil-ġimgħat li ġejjin, il- Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) se tniedi l-pjanti finali għal dan il-proġett li mistenni jbiddel id- dehra xejn dinjituża ta' ħmieġ, diżorganizzazzjoni u telqa li tilqa' lill-eluf kbar li jidħlu l-Belt Valletta kuljum. Sussegwentement il-pjani jmorru quddiem l-Awtorità tal- Ippjanar għall-kunsiderazzjoni u finalment, għall-approvazzjoni. Apparti pjazza pedonali madwar il-funtana, il-proġett jinkorpora l-ħolqien ta' ġnien fil-foss tad-daħla tal-Belt, restawr fuq il-pontijiet u restawr ieħor li mistenni jiswa mal- €1.5 miljun li se jsir fuq il-funtana tat-Tritoni. Dawn ukoll mistennija jkunu lesti sal-2018. Mal-proġetti li se jkun qed jagħmel il-Gvern permezz tal-GHRC, fiż-żona għaddej ukoll proġett privat tar-restawr u rinovar komplet tal-lukanda Phoenicia, waħda mill-eqdem lukandi fil-pajjiż. L-ILLUM hija infurmata li f 'dawn il-jiem saru numru ta' laqgħat, fosthom mar-rappreżentant ta' Renzo Piano, il-Professur Antonio Belvedere. Ma' Belvedere ġew diskussi l-aħħar pjanti tal-proġett u dan minħabba li Piano kien l-arkitett oriġinali tiegħu, imqabbad mill-gvern preċedenti. Fost il-periti Maltin li fasslu l-pjani għal dan il-proġett hemm Dorianne Cachia mid- Dipartiment tar-Restawr u l-Perit Mario Bonello. Diskussjonijiet twal...diversi battibekki Dak li se jkun imniedi fi ftit ġimgħat oħra, jekk jintlaħaq xi forma ta' qbil mas-sidien tal-gabbani, se jimmarka wkoll diversi tibdiliet minn proposti li saru matul l-aħħar snin dwar iż-żona. Fost l-aktar kontroversjali tibqa' l-proposta li kienet saret mill-eks-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Austin Gatt li kien issuġerixxa li l-funtana tat- Tritoni tinqala' mill-post preżenti, u titpoġġa f 'post ieħor. Din il- proposta kienet qajmet ħafna kritika, l-aktar minħabba l-valur storiku u arkittetoniku ta' din il-funtana. Proposta oħra, li ma kienet niżlet tajjeb xejn minħabba l-aspett estetiku, kienet tal-Ministru preżenti Joe Mizzi li l-foss jinbidel kollu kemm hu f 'parkeġġ. Proposta oħra li jidher li mhux se timmaterjalizza hija dik li l-pjazza tat-Tritoni tkun maqsuma, parti pjazza u parti venda. Il-pjazza lura għand in-nies u l-proġett lest għall-2018 Ħmieġ u periklu fid-daħla tal-kapital Skips u binjiet mitluqin Telqa, ħmieġ u abbandun Xi kruha! Pjazza jew gorboġ?