Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
illum Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Sports 32 L-aqwa 11 li mhux qed jipparteċipaw Bħal kull tournament maġġuri ieħor, il-Euro 2016 hija nieqsa minn personaġġi li bħala dilettanti tal- futbol drajna naraw -ogħla livell tal-futbol Ewropew u Mondjali. F'din il-lista t'hawn taħt, se nkunu qegħdin nagħtu ħarsa lejn l-aqwa 11-il plejer li tħallew barra min-nazzjonali rispettivi tagħhom għal xi raġuni jew oħra, skont l-opinjoni tagħna: Kevin Trapp Li tkun goalkeeper Ġermaniż hija waħda mill-iżjed affarijiet mhux ideali f 'dan iż-żmien. Il-Ġermanja hija l-iżjed skola kalċistika li qiegħda tipprovdi goalkeepers ta' livell għoli u dan huwa evidenzjat bil-fatt li l-ewwel tliet goalkeepers tat-tim nazzjonali għall-Kampjonati Ewropej huma Manuel Neuer ta' Bayern Munich, Marc-Andre Ter Stegen ta' Barcelona u Bernd Leno ta' Bayer Leverkusen - kollha timijiet importanti fil-futbol Ewropew. Kevin Trapp, li jilgħab ukoll ma' tim prestiġjuż, bħalma huwa Paris Saint-Germain, kellu jkun il-ħaruf tas-sagrifiċċju, minkejja li dan l-istaġun żamm 25 cleansheet minn 46 partita. Dejan Lovren Dejan Lovren ma kienx fl-azzjoni mat-tim nazzjonali tal-Kroazja wara argument jaħraq li kellu mal-kowċ nazzjonali, Ante Cacic, rigward il-pjanijiet tattiċi tal- istess kowċ. Hija ħasra li ma rajniex plejer bħal dan, li ttrasforma ruħu f 'difensur sod minn mindu Jurgen Klopp inħatar bħala kowċ ta' Liverpool u żgur mhux forsi li dan in-nuqqas kien detrimentali għall-Kroazja f 'dan it-tournament. Mamadou Sakho Difensur ieħor li jilgħab mat-tim Ingliż ta' Liverpool li huwa nieqes minn dan it-tournament tant prestiġjuż huwa Mamadou Sakho. Dan wara li b'mod kontroversjali, ġie sospiż mill-UEFA minħabba li kien ittestja pożittiv waqt test tad-doping, u minħabba f 'hekk, il-kowċ Didier Deschamps xeħet għajnejh fuq difensuri oħrajn, fosthom Adil Rami ta' Sevilla. Javi Martinez Plejer li rebaħ kemm il-Kampjonati Ewropej kif ukoll it-Tazza tad-Dinja, iżda fl-istess ħin lagħab inqas minn 20 partita mat-tim nazzjonali Spanjol. Javi Martinez jista' jiġi meqjus bħala plejer sfortunat ħafna fejn minn meta emigra lejn il-Bavarja sabiex jibda l-avventura ma' Bayern Munich, huwa ta' spiss kien isib ruħu barra mill-azzjoni minħabba l-injuries persistenti, li sarrfu f 'din in-nuqqas ta' parteċipazzjoni fil-Euro 2016. Nacho Monreal Minkejja li rarament narawh titolari mat- tim nazzjonali Spanjol, niżżilna lil Nacho Monreal għaliex mingħajr dubju kien wieħed mill-aqwa plejers fit-tim ta' Arsenal, minkejja l-istaġun pjuttost deludenti tal- Gunners. Sfortunatament iżda, quddiemu hemm plejers oħrajn bħal Jordi Alba u Cesar Azpilicueta, minkejja li dan tal-aħħar ukoll ma kellux xi staġun brillanti mar- rivali ta' Arsenal, Chelsea. Juan Mata Plejer li sewa lil Manchester United kwazi 40 miljun sterlina, lagħab 41 logħba u skorja 10 gowls ma' Spanja u rebaħ prattikament kollox. Minkejja dan, Juan Mata m'għadux punt ta' riferiment għal Spanja hekk kif fl-istess irwoli, integraw sew plejers bħalma huma Koke u Thiago Alcantara, li qegħdin ikunu punt ta' riferiment għall-klabbs rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, il-kontribut li ta Lucas Vazquez lit-tim ta' Real Madrid ġibed għajn l-ekskowċ ta' Real Madrid u żgur li kien daqqa ta' ħarta għal Juan Mata. Andrea Pirlo Meta wieħed kien isemmi t-tim nazzjonali Taljan, bla dubju wieħed mill-ismijiet li kien jiġih f 'moħħu kien dak ta' Andrea Pirlo. Drajnieh bil-flokk tal-Azzurri, jidderieġi l-orkestra Taljana f 'kull kompetizzjoni maġġuri fejn anke ttrijonfa fit-Tazza tad-Dinja tal-2006 u tela' sal-finali tal-Euro 2012. Ir-raġuni partikolari hija waħda, u kkonfermata wkoll minn Antonio Conte - il-fatt li mar jilgħab fil-kampjonat Amerikan. Dan għaliex l-ekskowċ ta' Juventus jemmen li l-Major League Soccer għadu mhux kampjonat b'saħħtu sabiex jipprovdi plejers utli għal tournament ta' dan it-tip. Saul Niguez Poġġa ismu fuq il-mappa tal-futbol Ewropew b'dak il-gowl stupend kontra Bayern Munich fis-semifinali tal-UEFA Champions League. Madankollu, min huwa familjari mal-kampjonat Spanjol, jaf li dan il-plejer ta' 21 sena kellu staġun mill-aqwa taħt il-gwida ta' Diego Simeone iżda madankollu ma ngħatax ċans minn Vicente Del Bosque, anke forsi minħabba l-fatt li dan tal-aħħar tefa' ħarstu fuq plejers ta' esperjenza hekk kif Saul għadu jrid jiddebutta ma' Spanja. MINN GIANLUCA LIA