Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Aħbarijiet Offrewlu xogħol biex jagħlqulu ħalqu Minn John Busuttil DIN il-ġimgħa, wara 14-il sena ta' qtigħ il-qalb u battalji sħaħ kontra kull żvilupp f 'Ħondoq ir-Rummien, il-MEPA b'mod unanimu qatgħetha li l-proġett ta' lukanda u yacht marina f 'Ħondoq ir-Rummien ma jsirx. Il-Poplu Malti u Għawdxi speċjalment dak tal-Qala, se jibqa' jgawdi din il-bajja pittoreska kif inhi u mingħajr ma ħadd ma jżommok milli tuża xi parti mill-Ħondoq. Iżda dan kollu ma ġiex waħdu iżda mertu kbir, anke jekk bl-għajnuna ta' diversi ambjentalisti imur għal Pawlu Buttigieg, il-viċi sindku tal-Qala li kontra l-kurrenti kollha ssielet għal 14- il sena sħaħ sa ma ġabha żewġ. "Kont l-ewwel wieħed li ħloqt dan il-grupp kontra l-proġett wara li ndunajt xi problemi se toħloq fil-bajja l-yacht marina. Għamilt dan kollu minn qalbi għax rajt x'ġara lin-nies ta' Għajnsielem meta tilfu l-bajja taż- Żewwieqa u Chambray. Ġibt quddiem għajnejja li Ħondoq se jkun biss għas-sinjur għax kulma kien se jibqa', kienet il-bajja u l-moll fejn hemm is- siment. Iżda dan mhux biżżejjed għax Ħondoq hu post fejn familji jirrikreaw irwieħhom bl-aktar mod li jintlaħaq mill-but ta' kulħadd." Pawlu Buttigieg kompla jgħid li qatt ma ried lill-uliedu jisħtu l-mument li missierhom m'għamilx dak kollu possibbli biex isalva dik il-bajja mill- ispekulaturi. "Tkun kemm tkun sinjur, ħadd ma ħa xejn miegħu meta miet, iżda tieħu miegħek l-irġulija li tkun sawwart tul ħajtek u l-wirt li tkun ħallejt għal ta' warajk." Buttigieg qal li l-privat jaħdem b'mod li "l-bieraħ 'tagħkom', illum tagħna u għada 'tiegħi biss'." Hu kompla jgħid li fil-bidu, fil-Qala kien hemm min jipprova jgħaddih biż-żmien u kien hemm kurrent kbir kontrih fejn kienu jgħajruh li se jtellef ix-xogħol lil ħafna nies. "Kienu anke jippruvaw jixtruni bil-pulit, fejn kien hemm min offrieli l-kuntratt kollu tax-xogħol tal-injam tal-proġett. Kien hemm min anke offrieli impjieg bħala uffiċjal maċ- ċivil taħt gvern Nazzjonalista biex nieqaf nikkampanja, iżda jien għandi prinċipji sodi u fehmti ma nibdiliex għalxejn." Buttigieg qal ukoll li l-Partit Laburista qatt ma ndaħallu, anzi ddeċieda li jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali mal-partit wara li ngħata garanzija minn uffiċjali tal-Partit li huma se jibqgħu kontra l-proġett. "Ħriġt bil-patt u kundizzjoni li l-partit jibdel fehmtu fl-2007, u hekk kien meta qaluli li l-eżekuttiv tal-Partit ivvota kontra l-proġett. Anke meta laħaq kap Joseph Muscat kien wegħdni l-appoġġ u baqa' jappoġġjani sal-lum. Tant li anke kien bagħatni Brussell niltaqa' ma' Patrick Wedgart li kien is- segretarju personali tal-Kummissarju Ewropew għall-ambjent Stavros Dimas biex jagħtini l-pariri dwar il-każ, fejn minn wara dahar il-kunsill, il-Ħondoq kien inbidel u ma kienx baqa' bħala ODZ. Iżda rrid insemmi li kien hemm min għeni fil-pariri miż-żewġ naħat tal-kamra u persuni li ma jistgħux jissemmew għax setgħu anke tilfu xogħolhom. Kien hemm anke qlajjiet li jien imdaħħal f 'xi tip ta' korruzzjoni li sfaxxaw fix-xejn." "Iżda rnexxielna noħolqu l-każ ta' Ħondoq bħala kwistjoni nazzjonali, u din għenitna bil-kbir, għalkemm il-punt kruċjali kien meta sar stħarriġ għall-EIA mill-mibki Professur antropologu Boissevain flimkien ma' Alan Deidun u Lino Bianco. Għax il-kelma tal-antropologu nstemgħet mad-dinja kollha, li waqqa' s-sitt volumi kbar li saru mill-iżviluppaturi biex jiġġustifikaw il-proġett." Fl-aħħar wasal it-tmiem tal-proġett darba għal dejjem, u dak li 14-il sena ilu ġie mżeblaħ għax beda l-battalja favur l-ambjent naturali ta' Ħondoq, illum qed iwaqqfu kulħadd biex jifraħlu. "Inħossni ferm sodisfatt li wasalt fejn xtaqt. Anke għalija l-każ ingħalaq hawn, filwaqt li nfakkar lil kulħadd li jien mort quddiem il-Bord tal-MEPA wara li ġejt magħżul mill- Kunsill tal-Qala biex nirrappreżentah. Waqt is-smigħ, tlabt lill-board biex ma jaħfirx id-dnubiet ta' ħaddieħor jew biex jagħti assoluzzjonijiet iżda biex jara li l-ħażin ma jsirx." "Ħondoq ir-Rummien wieħed għandna, u jekk nabbandunawh jintilef darba għal dejjem u għalxejn nibku l-mitluf," kompla jisħaq Buttigieg. Il-viċi sindku tal-Qala temm billi rringrazzja liż-żewġ kunsilli li kien hemm qabel u dak tal-preżent li ħatruh biex jieħu ħsieb l-ambjent fil- Qala u kellu appoġġ sħiħ minnhom it-tnejn. Mhux ta' b'xejn li fl- aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kien imniżżel bħala 'Paul Buttigieg magħruf bħala Pawlu ta' Ħondoq'. L-istorja kollha "Waqt il-festa tal-Qala, eżatt x'ħin kienet ħierġa l-purċissjoni ta' San Ġużepp, fl-2002 xxandret fuq il-PBS l-applikazzjoni oriġinali għall-proġett tal-Ħondoq. Il-proġett (b'xi bidliet żgħar) reġa' kien ippreżentat lill-MEPA f 'Jannar tal-2006, iżda kien għadu jmur kontra l-abbozz tal-Pjan Lokali u kontra l-istatus ODZ. Billi ma saret ebda konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Qala, dawn ma kinux konxji li l-verżjoni tal-2006 kienet ġiet modifikata meta mqabbla mal-abbozz approvat tal-2002. L-Uffiċċju tal-Verifika tal-MEPA ammetta li ma kellux iseħħ dan in-nuqqas ta' konsultazzjoni, meta wieħed iqis in-natura "sostanzjali" tal-bidla. Il-bidla fil-politika kienet tikkonċerna lill-Ħondoq. Kienet ġiet mibdula minn: "L-użu ppreferut hu li l-inħawi jkunu rkuprati għall-użu agrikolu jew għall-afforestazzjoni" għal, "L-użu ppreferut hu li jsir żvilupp sensittiv. Żvilupp relatat mat-turiżmu u mal-baħar jistgħu jiġu kkunsidrati mill-MEPA." Din il-bidla fetħet il- bibien għall-iżviluppaturi biex isegwu l-applikazzjoni tagħhom. Qabel mal-MEPA setgħet tagħti d-deċiżjoni finali dwar il-proġett, l-iżviluppaturi rtiraw il-proposta oriġinali, u fl-aħħar tal-2011 issuġġerew waħda ġdida. Din il-proposta kienet tmur lil hinn mill-impronta oriġinali, u inkludiet l-art bl-impjant tar-reverse osmosis, li għadha proprjetà tal-Istat. L-iżviluppaturi riedu li jitwaqqa' l-impjant u jibnu parkeġġ pubbliku għal 90 karozza. B'riżultat ta' dan, setgħu jiksbu aktar spazju fiż-żona tal-proġett oriġinali. B'xorti tajba, il- MEPA ċaħdet din l-applikazzjoni." Pawlu Buttigieg: Suldat tal-azzar għall-Ħondoq Pawlu Buttigieg -isfond tal-Ħondoq li tant iġġieled favurih "Għamilt dan kollu għax rajt x'ġara lin-nies ta' Għajnsielem meta tilfu l-bajja taż-Żewwieqa u Chambray' 'Kienu jgħadduni biż-żmien iżda ma qtajtx qalbi'