Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum Sports 33 jipparteċipaw l-Euro 2016 Michael Carrick Fi 15-il sena lagħab 34 logħba biss mat-tim nazzjonali Ingliż. Statistika stramba għal plejer li forsi qatt ma seraq l-ewwel paġni tal-gazzetti iżda dejjem kien utli għall-kawża ta' Manchester United kif ukoll ta' pajjiżu. Huwa veru l-fatt li f 'Lulju li ġej ħa jagħlaq 35 sena iżda t-talent tiegħu huwa wieħed indiskuttibbli. Madankollu, ta' min isemmi li l-Ingilterra għandha plejers importanti u ta' età iżgħar fin- nofs bħalma huma Ross Barkley u Delle Alli. Karim Benzema Ir-raġuni kulħadd jafha. Didier Deschamps għażel li jħallieh barra minħabba x-xenarju kontrovesjali li nqala' bejnu u bejn Mathieu Valbuena. Żgur li l-ekskowċ ta' Juventus ma ħax pjaċir iħalli barra attakkant li skorja kważi 30 gowl ma' Real Madrid, iżda poġġa l-interess tat-tim qabel l-interess tiegħu. Au revoir Karim. Diego Costa Lagħab mal-Brażil, iżda għażel li jirrapreżenta lil Spanja f 'kompetizzjonijiet uffiċjali. Minkejja dan, huwa xorta waħda mhux se jifforma parti mill-iskwadra Spanjola f 'dan it-tournament wara l-istaġun pjuttost deludenti li kellu filwaqt li attakkanti bħal Alvaro Morata u Aritz Aduriz kienu għaddejjin minn vena fenomenali. 'Wara d-diżappunt tas-sena l-oħra, din is-sena ridt li nirbaħ akkost ta' kollox' FTIT tal-jiem ilu, it-tim nazzjonali Malti tas- Snooker kompost minn Brian Cini u Alex Borg rebaħ il-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tat-Timijiet organizzat mill-European Billiards & Snooker Association wara li fil-finali, huma għelbu lit-tim nazzjonali Irlandiż kompost minn Brendan O'Donoghue u Ryan Cronin bl-iskor ta' 5-3 wara li aktar kmieni kienu rebħu s-semifinali kontra l-Belġju bl-iskor ta' 4-1. Biex wasal sa din il-finali, it-tim nazzjonali kellu jagħmel diversi preparamenti. Kollox beda nhar l-Erbgħa 20 t'April li għadda fejn intlagħbet is-semifinali tal-Premier Division tal-Isnooker ġewwa l-klabb 'Juventutis Domus' taż-Żejtun bejn Brian Cini u Aaron Busuttil fejn Cini ħareġ rebbieħ bl-iskor ta' 5-2. L-għada l-Ħamis, intlagħbet it-tieni semifinali bejn Alex Borg u Duncan Bezzina fejn Borg ħareġ rebbieħ bl-iskor ta' 5-4. Fil-finali, Cini għeleb lil Borg bl-iskor ta' 6-4. Il-Malta Billiards Snooker Association għażlet il-finalisti tal-Premier Division biex jitilgħu bħala tim fejn irrappreżentaw lil pajjizna ġewwa Vilnius fil-Litwanja bejn il-31 ta' Mejju u l-11 ta' Ġunju. Flimkien ma' Cini u Borg, telgħu wkoll jirrapreżentaw lil pajjizna, Jason Peplow u Ivan Attard, biex jilagħbu fil- kategorija tal-Masters (Over 40). Ftit jiem qabel beda t-tournament tal- European Team Championship, il-Maltin lagħbu f 'żewġ tournaments ta' kwalifikazzjoni li kienu s-'Six Reds Championship' u l-'European Championship' fejn Cini ġab l-aħjar riżultati fejn spiċċa fil-kwarti tal-finali taż-żewġ tournaments. Fil-fażi tal-gruppi, it-tim Malti kompost minn Brian Cini u Alex Borg irnexxielu jirbaħ il-logħob kollha fejn għeleb lill-Polonja bl-iskor ta' 5-0, lil-Litwanja bl-iskor ta' 3-2, lill-Albanija bl-iskor ta' 5-0 u lil Wales bl-iskor ta' 4-1. Malta spiċċat fit-tieni post overall fil-fażi tal-gruppi minħabba li t-tim Malti tilef tliet frames biss. Fl-aħħar 16, Malta ltaqgħet mar-Russja, fejn il-Maltin ħarġu rebbieħa bl- iskor ta' 4-0 fejn fil-frame tad-doubles, it-tim Malti kellu break sabiħ ta' 73. L-għada, l-Maltin kellhom logħba iebsa kontra t-tim nazzjonali ta' Wales li kien kompost minn Andrew Pagett u Alex Taubman li huma żewġ plejers stabbiliti internazzjonalment, iżda l-Maltin għelbu din l-isfida u rebħu bl-iskor ta' 4-1, fejn hawnhekk it-tim Malti għadda għall-fazi tas-semifinali. Fil-kwarti tal-finali l-oħra, il-Belġju affrontaw lill-Irlanda li kienu rebħu l-European Team Championship kontra Brian Cini u Tony Drago fis-sena 2015 li kienu saru propju ġewwa Malta. Iżda t-tim Belġjan ma qatax qalbu u rnexxielu jegħleb lit-tim Irlandiz bl- iskor ta' 4-3. Fis-semifinali, Malta għelbet lill- Belġju bl-iskor ta' 4-1, biex fil-finali, il-Maltin għelbu lill-Irlandiżi bl-iskor ta' 5-3. B'hekk, Malta issa rebħet dawn il- Kampjonati erba' darbiet, fl-2004 fil-Latvja, fl-2005 f 'Malta, fl-2014 fir-Rumanija u din is-sena fil-Litwanja b'Alex Borg jagħmel parti minn kull tim rebbieħ waqt li għaż-żagħżugħ Cini, dan huwa l-ewwel suċċess tiegħu internazzjonali. Intant, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' Brian Cini nnifsu, fejn tana dawn il- kummenti rigward dan it-tragward storiku li huwa flimkien ma' Alex Borg irnexxielhom jilħqu fil-karriera tagħhom, li żgur li għad fadlilha ħafna iktar suċċessi x'toffrilhom: "Għadni niftakar kemm kien iddispjaċieni s-sena l-oħra meta jien u Tony Drago tlifna l-finali tal-European Team Championship kontra l-Irlanda bl-iskor ta' 5-3. Din is- sena minflok Tony Drago, lagħab miegħi Alex Borg minħabba li l-Malta Billiard and Snooker Association iddeċidiet li ssiefer bħala tim lill-finalisti tal-Premier Division. Kellna prestazzjonijiet tajbin ħafna fil-fażi tal-gruppi fejn kulma tlifna kienu tliet frames, u b'hekk spiċċajna fit-tieni post overall fil-gruppi wara l-Irlanda. Fl-aħħar 16 lgħabna kontra r-Russja, fejn bla ebda tbatija, irnexxielna nirbħu bl-iskor ta' 4-0. Fil-kwarti tal-finali affaċċjajna logħba iebsa, din id-darba kontra Wales fejn ukoll irnexxielna nilagħbu logħba tajba u rbaħna bl-iskor ta' 4-1. Fis-semifinali, iltqajna mal-Belġju, fejn kienu għadhom kif qalgħu liċ-champions tas-sena l-oħra fil-kwarti tal- finali. Kienet logħba tista' tgħid simili għal dik mill-kwarti tal-finali, fejn erġajna ħriġna rebbieħa bl-iskor ta' 4-1. Fil-finali, iltqajna mal-Irlanda. Onestament, ħassejt naqra iktar pressjoni fil-finali, minħabba li s-sena l-oħra tlifnieha u naf kemm kien iddispjaċieni. Nista' ngħid li bil-forma tajba li kien fiha Alex Borg, bqajna bi skor viċin tagħhom mill-bidu, iżda mbagħad irbaħt frame importanti biex ġejna 4-3 minn fuq, biex imbagħad Alex Borg issiġilla r-rebħa bl-iskor ta' 5-3. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq ngħid grazzi kbira tas- sapport li rċevejna matul dan it-tournament, is-sapport kontinwu tal-familja u tal-għarusa tiegħi, waqt li nirringrazzja wkoll lill-isponsor ewlieni tiegħi li huwa l-'Malta Freeport Limited'," temm jgħid Brian Cini. Il-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin f 'dawn il-Kampjonati kienet possibbli grazzi għall- għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u mill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). Iċ-champions tal-Kampjonati Ewropej tas-Snooker tat-timijiet, Alex Borg u Brian Cini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016