Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
Minn Albert Gauci Cunningham ITTOBBA Maltin u Għawdxin, jinsabu ġeneralment f 'dilemma kerha ħafna meta u jekk pazjent ikun wasal fit- tmiem ta' ħajtu u jkun jixtieq li ma jkomplix jgħix l-aħħar ġranet tiegħu f 'agunija. Id-dilemma għandha l-għerq fil-fatt li hemm lakuna legali assoluta f 'dak li għandu x'jaqsam mal-kura lejn tmiem il-ħajja. Stħarriġ li sar mit-tobba Jurgen Abela u Pierre Mallia, u ppubblikat fil-Malta Medical Journal, jikxef dilemmi serji li qed iħallu r-reliġjon bħala l-unika gwida ta' x'għandu jagħmel tabib jekk u meta jkun iffaċċjat minn talba simili. Aktar minn hekk, filwaqt li l-istħarriġ juri kif 90.2% tat- tobba li pparteċipaw huma kontra l-ewtanasja, 50.3% huma favur l-intensifikar tal-proċess li fih jittieħdu 'pain killers' fl-aħħar mumenti tal-ħajja bil- konsegwenza li jitħaffef il-proċess tal-mewt. 32% żammew jew waqqfu trattament L-istħarriġ juri kif minn dawk li pparteċipaw, 32% tat-tobba qalu li xi darba jew oħra huma waqqfu jew żammew milli jsir trattament. Minn dawn, 13.9% żammew milli jsir trattament, 4% waqqfuh u 14.2% għamlu t-tnejn. Minn dawk is-68% li qalu li qatt ma żammew jew waqqfu trattament, 13.6% qalu li jkunu lesti jżommu trattament milli jsir, 2% ikunu lesti li jwaqqfuh u 21% ikunu lesti li jagħmlu t-tnejn. Minn dawn it-tobba iżda 31.4% qalu li huma ma jkunu lesti qatt, la li jżommu u lanqas li jwaqqfu trattament. Dawk li jaqblu x'jgħidu? Jekk pazjent jitlob li jmut, 90.2% tat-tobba ma jaċċettawx. Imma l-bqija, jew 9.8% jaċċettaw li dan il-proċess isir. Minn dawn, 3.4% jaqblu biss meta l-ewtanasja tkun amministrata, 5.9% jaqblu biss meta tkun preskritta u 0.5% jaqblu fiż-żewġ każi. ...imma għandek dritt tħaffef il-proċess tal-mewt? L-istħarriġ jistabilixxi allura li t-tobba fil- maġġoranza tagħhom, huma kontra l-amministrazzjoni tal-ewtanasja, imma li għandhom inqas ta' dilemma meta jirrigwarda t-tħaffif tal-proċess tal-mewt. Fil- fatt, l-istess stħarriġ juri kif minoranza relattiva ta' dawk li pparteċipaw, jew 43%, jaqblu li l-pazjent għandu dritt jiddeċiedi jekk għandux iħaffef il-proċess tal-mewt jew le. Min-naħa l-oħra, 25.6% ma jaqblux filwaqt li 31.5% huma iktar newtrali dwar il-kwistjoni. Fid-dawl ta' dawn iċ- ċifri iżda, it-tobba xorta jibqgħu tal-opinjoni li l-għan tagħhom dejjem għandu jibqa' dak li l-ħajja tiġi preservata. L-aktar li jaqblu ma' dan il-għan huma dawk li jaħdmu fil- ġerjatrija, il-ġinekoloġija u l-pedjatrija. Dawk li l-inqas jaqblu li l-preservazzjoni tal-ħajja għandu jkun l-għan prinċipali ta' ħidmiethom huma t-tobba li jaħdmu fil-kirurġija u fl-anestesija. Fil-fatt fil-każ tal-aħħar, maġġoranza relattiva ma jaqblux ma' dan il-kunċett, jew mal-idea li akkost ta' kollox il-ħajja trid tkun preservata, jista' jkun li dan huwa minħabba n-natura tal-mard li jiltaqgħu magħhom it-tobba f 'dan id-Dipartiment. Fid- Dipartiment tal-Anestesija, ikun hemm fost l-oħrajn, persuni li jkunu qed ibatu minn paraliżi jew problemi fis-sistema tan-nervituri, uħud mill-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal talbiet għall-ewtanasja. Qafas legali kompletament nieqes Kemm mill-kummenti tat-tobba nfushom kif ukoll fil-parti fejn Abela u Mallia jiddiskutu r-riżultat tal- istħarriġ, joħroġ biċ-ċar li fejn jirrigwarda dan il- qasam, it-tobba Maltin qed joperaw f 'vakuum legali. "Il-Liġi hija kompletament nieqsa. Jista' jkun li nikkunsidra li namminstra ewtanasja kieku nkun naf xi tgħid il-liġi," jgħid tabib partikolari. Ieħor jgħid li bil- possibbilità tal-ewtanasja, hemm bżonn leġiżlazzjoni "li tipproteġi lit-tobba." Tabib ieħor li jaħdem fl- Isptar Mater Dei jilmenta kif "din lakuna, fejn ħafna attenzjoni hija mogħtja lit-trattament li jista' jkun dubjuż." Id-dilemma ta' bosta tobba toħroġ ċar ukoll meta wieħed iqabbel il-persentaġġ ta' dawk li huma kontra l-ewtanasja ma' dawk li għalihom il-preservazzjoni tal-ħajja mhix għan assolut. Fil-fatt, fid-Dipartiment tal- Anestesija, għalkemm ħafna ma jaqblux ma' dan il-għan bħala wieħed assolut, xorta hemm 95% li huma kontra l-ewtanasja. Dawk kollha li jaħdmu fil-ġerjatrija u allura għandhom kuntatt dirett ma' pazjenti anzjani huma kollha kontra l-amministrazzjoni tal-ewtanasja. Il-gwida tibqa' dik morali u reliġjużja Fin-nuqqas ta' qafas legali, il-kumpass morali u anke dak reliġjuż jibqa' l-gwida ewlenija fil-kura tat-tmiem il-ħajja. Fil-fatt, 86% ta' dawk kollha li pparteċipaw qalu li r-reliġjon hija importanti meta jiġu biex jiddeċiedu dwar din it-tip ta' kura. Dan il-persentaġġ huwa pjuttost relevanti hekk kif 91.6% ta' dawk kollha li rrispondew qalu li huma Kattoliċi. Anke tabib partikolari li ħa sehem fl- istħarriġ sostna li "r-reliġjon tiegħi għandha r-risposta għal dawn il-mistoqsijiet." Abela u Mallia, fir-rimarki konklussivi tagħhom jgħidu li "b'mod ġenerali, it-tobba jsibu din il-kwistjoni bħala waħda diffiċli u ta' sfida u għalhekk jiddependu fuq ir- reliġjon bħala s-sors ewlieni ta' gwida." Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum Aħbarijiet 3 'Noqtlok le, imma nħallik tmut iva' Stħarriġ jikxef id-dilemmi li qed jiffaċċjaw it-tobba Maltin dwar l-ewtanasja "32% tat-tobba qalu li xi darba jew oħra huma waqqfu jew żammew milli jsir xi trattament" Tony Niklinson kien talab biex jitħalla jmut, imma ma ngħatax dan iċ-ċans. Huwa miet f 'Awwissu 2012 It-tobba Maltin f 'dilemma u mingħajr gwida dwar kura ta' tmiem il-ħajja