Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum Sports 29 Futur mill-isbaħ għal Rebecca Fitz -atletika FIL11 ta' Ġunju, Rebecca Fitz irrappreżentat lil pajjiżna fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa tal-Atletika li saru hawn Malta. Il-kompetizzjoni nkludiet l-aħjar atleti minn 18-il stat madwar l-Ewropa inkluż Ċipru, l-Iżlanda u l-Ażerbajġan. Din il- gazzetta għamlet kuntatt ma' Rebecca Fitz innifisha fejn tatna iktar dettalji rigward il-parteċipazzjoni tagħha waqt dawn il-Logħob tal- Istati ż-Żgħar tal-Ewropa tal-Atletika li saru propju f 'pajjiżna. Hija bdiet billi rrakkuntat kif, "Intgħażilt biex nieħu sehem f 'dawn il-logħbiet għall-avveniment tiegħi, il- '100m hurdles'. Ilni nitħarreg għal dan l-avveniment għal madwar ħames snin issa, fil- fatt ġieli rrapreżentajt lil pajjiżi f 'dan l-istess avveniment. Fost l-aktar esperjenzi memorabbli għalija, huma l-Logħob Ewropej ġewwa Baku fl- Ażerbajġan matul is-sena li għaddiet. Il-'100m hurdles' mhux avveniment faċli, anzi huwa sfida kemm fiżikament kif ukoll mentalment imma xorta jibqa' l-avveniment favorit tiegħi. Matul is-sena, ilni nipprattika u nitħarreġ ħafna biex nipprepara għal dawn il-logħob kif ukoll nikkompeti f 'dan l-avveniment biex nilħaq ħin dejjem aħjar. Matul l-istaġun kont sejra tajjeb u kont qed intejjeb il-ħin tiegħi ma' kull tellieqa, fil-fatt fl-aħħar tellieqa li ġrejt kważi lħaqt ir-rekord personali tiegħi. Wara din it-tellieqa sirt naf li kont intgħażilt biex nirrapreżenta lill-pajjiżi f 'dawn il-logħob. Veru kont ferħana meta sirt naf u wara kollox huma opportunitajiet bħal dawn li jagħtu mertu għat-taħriġ u d-dedikazzjoni kollha tiegħi. Kien hemm ftit 'setbacks' fil-preperazzjoni tiegħi għal dawn il-logħob bħal ftit injuries żgħar, madankollu ppruvajt ma nħallihomx jaqtgħuli qalbi u jtellfuni mit- taħriġ tiegħi. L-akbar inkwiet tiegħi kien li kelli nitlef naqra mit-taħriġ tiegħi minħabba l-eżamijiet tal-Università li ħabtuli eżatt matul il-ġimgħa ta' qabel il-kompetizzjoni. Kont inkwetata li ma kontx ipprattikajt biżżejjed qabel il- kompetizzjoni, però, il-kowċ tiegħi dejjem baqa' jemmen fija u kien pożittiv li xorta għandi mmur tajjeb għax kont ili nitħarreġ sew għal sena sħiħa, u l-kliem tiegħu għenuni nemmen aktar fija nnifsi. Normalment, dejjem inkun daqsxejn nervuża qabel il-kompetizzjoni tal- 'hurdles' għax dejjem hemm dak l-element ta' periklu u qatt ma tista' tgħid x'jista' jiġri. Però, ikolli nammetti li fil-jum tal-kompetizzjoni kont pjuttost aktar nervuża peress li kienet kompetizzjoni internazzjonali. Kif bdejt il-'warm up' tiegħi bdejt inħossni tajba u bil-mod sirt iktar iffukata fuq it-tellieqa tiegħi. Ma ridtx niffoka fuq l-atleti li kienu se jiġru miegħi, iżda fuq il-ġirja tiegħi sabiex intejjeb il-ħin personali tiegħi. Kif ħriġt fuq it-trakka, ħassejtni qisni qiegħda d-dar u saħansitra ħassejtni aktar kunfidenti kif rajt il-familja tiegħi, ħbieb u sħabi tat-taħriġ li kienu qegħdin hemm jgħajtu ismi biex jagħmluli kuraġġ. Wasalt fuq il-linja tal-bidu u ħarist biss lejn il-'hurdles' li kien hemm quddiemi u bdejt niftakar għaliex kont qiegħda hemm, mhux biex nirbaħ xi ħaġa jew nimpressjona lil xi ħadd, iżda biss għall-imħabba pura għall- isport. U dak il-ħin ħassejtni inqas nervuża u kulma bdejt naħseb kien biex niġri minn fuq l-għaxar 'hurdles' li kien hemm quddiemi kemm jista' jkun malajr u nasal sal-'finish line'. Peress li kont fit-tieni 'heat', kien hemm biss atleta waħda tiġri miegħi, għax l-aħjar tmienja kienu fl-ewwel tellieqa. Fil-kompetizzjonijiet nazzjonali, is-soltu niġri waħdi, jiġifieri kont qed nispera li mmur aħjar f 'din it-tellieqa peress li kien se jkolli lil xi ħadd ma' min nista' nimbutta 'l quddiem. X'ħin smajt l-isparatura tal-'gun', ħriġt mill-'blocks' malajr kemm stajt. Fil-fatt, ħriġt mill-'blocks' qabel il- kompetizzjoni tiegħi u kelli l-aħjar bidu li qatt kelli matul dan l-istaġun. Kont qed nirbaħ it-tellieqa sal-ewwel erba' 'hurdles', però ħassejt lill-atleta l-oħra toqrob aktar viċin tiegħi, sa ma fl-aħħar għaddietni. Ġrejt kemm flaħt, però sfortunatament ma lħaqtx l-aħjar ħin personali tiegħi għal ftit millisekondi. Ovvjament, xtaqt li mort aħjar, però dak kien l-aħjar li stajt nagħmel taħt dawk iċ-ċirkostanzi. Mhuwiex faċli tlaħħaq mat-taħriġ ta' kuljum filwaqt li tistudja speċjalment waqt il-perjodu tal-eżamijiet, allura ma nistax inkun diżappuntata bija nnifsi. Jiena diġà ferħana li wasalt s'hawn avolja nemmen li nista' nasal ħafna aktar 'il quddiem. Fl-aħħar mill-aħħar, kont kburija ħafna li kkontribwejt xi ħaġa għat-tim tiegħi għax kien l-isforz ta' kulħadd fl-avveniment tiegħu li rnexxielna niksbu r-raba' post għal Malta mill-pajjiżi kollha. Jiena grata ħafna għal din l-esperjenza għax nemmen li kull tellieqa tgħodd biex tgħinni mmur dejjem aħjar u nistenna bil-ħerqa li jkolli aktar opportunitajiet fil-futur," temmet tgħid Rebecca Fitz. Rebecca Fitz -azzjoni Keith Galea jdawwar telfa f 'rebħa fl-ewwel tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Triathlon Series FTIT tal-jiem ilu, ingħata bidu għall-Birkirkara St Joseph Triathlon Series. L-ewwel tellieqa kienet fuq distanza sprint, għawma ta' 750m, rota ta' 20km, u ġirja ta 5km. It-tellieqa saret ġewwa s-Salina wara assenza ta' tliet snin minħabba x-xogħlijiet li saru fi Triq il-Kosta. Dan intlaqa' tajjeb ħafna mill-atleti fejn kien hemm żieda fil-parteċipanti. Iċ-champion ta' Malta telaq bil-pass soltu b'saħħtu tiegħu. Huwa rnexxielu jżomm mal-grupp ta' quddiem fejn ħareġ mill-ilma flimkien ma' Omar Said u Bernard Sant. Meta beda jsuq ir-rota, għal xi raġuni jew oħra, huwa waqa' minn fuqha u ġarrab ħsarat fuq ir-rota tiegħu. F'dan il-mument, Galea ħaseb li t-tellieqa spiċċat imma pprova jirranġa r-rota kif seta'. Huwa rnexxielu jirranġa r-rota b'mod li jkun jista' jkompli imma tilef ħafna ħin. Said laħaq fetaħ vantaġġ kbir u kulħadd ħaseb li din id-darba Galea kien ħa jkollu jsofri telfa. Imma huma f 'dawn is-sitwazzjonijiet fejn wieħed juri li huwa vera champion għax Galea ma qatax qalbu u pprova kemm seta' biex inaqqas id-distakk. Galea ma setax isuq bis- saħħa li xtaq għax beda jibża' li jċedi ċ-'changer' tal-gerijiet. Huwa nduna li beda jnaqqas id-distakk minn ma' Said u grazzi għall-esperjenza li għandu, irnexxielu jaqbeż lil Said fl-aħħar kilometru tar-rota biex daħal l-ewwel fit-transizzjoni. Kien f 'dan il-mument li Galea rebaħ it-tellieqa għax grazzi għal transizzjoni tajba ħafna, huwa beda l-ġirja l-ewwel u grazzi għall-ġirja tajba huwa fetaħ vantaġġ tajjeb fuq Said sa mill-bidu tal-ġirja biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 1.02.30. Said daħal fit-tieni post u Shaun Galea daħal fit- tielet post. Ikkuntattjat minn din il- gazzetta, Keith Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna bir- rebħa speċjalment il-mod kif rebaħ it-tellieqa. Huwa jinsab diżappuntat li ma setax imur għal ħin tajjeb minħabba l-waqgħa. Ma jafx eżatt kif waqa' imma huwa stqarr li dawn huma affarjiet li jistgħu jiġru waqt tellieqa. Huwa żamm kalm u rranġa kif seta' r-rota u baqa' jemmen fir-rebħa sal-aħħar. Huma f 'dawn il-mumenti fejn wieħed juri s-saħħa tiegħu u li huwa champion ta' veru. Fl-aħħar nett, Galea, xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill-familja kollha tiegħu, lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Lucida Laundry, DGtri,com, Mochika Outdoor Life, Starbene 24/7, lill-klabb tiegħu Birkirakra St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil SportMalta tas- sapport kontinwu li huma jagħtuh. Keith Galea -azzjoni Ritratt - Wally Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016