Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Intervista 12 Gwerra morali jew qed nagħmlu F 'dan il-pajjiż, kollox jew kważi kollox, huwa iswed jew abjad. Jew Nazzjonalist jew Laburist, jew favur jew kontra, jew ma' każin tal-banda jew mal-każin l-ieħor. F'ħafna każi u f 'bosta dibattiti, in-nofs ma jeżistix. Il-'griż' huwa mitluf bejn żewġ kampijiet, it- tnejn ġeneralment jgħajtu u t-tnejn jemmnu li l-idea tagħhom hija l-aħjar. U għalkemm dejjem ngħidu li hemm bżonn li ssir diskussjoni, fil-verità diskussjoni ftit ikun hemm, ħlief għajjat minn żewġ kampi opposti. Wara l-protest ġudizzjarju li sar minn 102 mara, qamet diskussjoni dwar il-morning after pill. Diskussjoni li qajmet il-prospetti tal-abort u t-tneħħija ta' ħajja umana. Mal-ILLUM, il-ġimgħa li għaddiet Miriam Sciberras mill-Life Network Foundation saħansitra qalet li l-introduzzjoni ta' din il-pillola tagħmilna "kompliċi fil-massakru tal-innoċenti." Imma dawn il-102 mara, ħafna minnhom ommijiet, vera li qed jippruvaw idaħħlu l-abort mit- tieqa? Vera li pajjiżna se jkun qed jersaq biex jintroduċi l-abort? U kemm hija differenti l-morning after pill mill-kontraċettivi li diġà huma legali u aċċessibbli? Għalfejn il-maġġoranza assoluta tad- deputati nisa li tkellmet magħhom l-ILLUM mhumiex favur dan il-kontraċettiv jew saħansitra qed jassoċjawh mal-abort? L-ILLUM tkellmet ma' Andrea Dibben, biex tifhem aħjar x'wassal għal dan il-protest u biex tiskopri l-vera raġuni għall-għajta tagħha wara l-kampanja biex din il-pillola tkun aċċessibbli. L-abort m'għandu x'jaqsam xejn L-aktar kwistjoni li Dibben għandha ħeġġa biex iżomm 'il bogħod minnha fil-fatt huwa l-abort. "Dan qisna qed niddiskutu d-divorzju u minflok taqbilx mad-divorzju jew le, nistqasik jekk taqbilx mal-abort. Dawn huma żewġ kwistjonijiet differenti, kompletament. Aħna m'aħniex qed nitkellmu dwar l-abort u m'aħniex lesti li nitkellmu dwaru, la l-kwistjoni hija dwar kontraċettiv. Jien flimkien ma' dawk li qed jitkellmu f 'isem il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa qed nisħqu dwar l-aċċess għall-kontraċettiv li jintuża mill-mara u li diġà huwa legali f 'pajjiżna," tisħaq Dibben. Ir-risposta inekwivoka ta' Dibben hija s-sustanza tal-argumenti li ġabet tul l-intervista, fejn tagħmel distinzjoni ċara bejn il-pillola u l-abort li ħafna, bħall-Gift of Life qed jgħidu li bħala poplu se naraw jekk nagħmlu din il- pillola aktar aċċessibbli. Tfakkar li "l-Irlanda u l-Polonja fejn hemm restrizzjonijiet fuq l-abort, il- morning after pill hija legali u aċċessibbli mill-ħwienet, sinjal ċar li ż-żewġ kwistjonijiet mhumiex relatati." L-abort nipprevenuh irridu Għat-tieni mistoqsija dwar il- pożizzjoni tagħha dwar l-abort, li qed jitqajjem kontinwament minn dawk li qed jifmuha differenti minnha, Dibben tgħid li l-opinjoni tagħha hija "l-prevenzjoni mill- abort." Tkompli tgħid li hi dejjem ħadmet u stinkat "biex kull omm, speċjalment is-single mothers li jaffaċċjaw ħafna tipi ta' kummenti inġusti, tkun rispettata." Hija tgħid li hemm bżonn qawwi li jkun hemm l-edukazzjoni kollha u aċċess wiesa' għall-kontraċettivi, "biex nipprevjenu, għax wara kollox," tisħaq Dibben, "hawn qed nitkellmu dwar prevenzjoni tat- tqala mhux it-twaqqif tat-tqala." Mhux veru li twaqqaf il-proċess tat-tqala Jekk il-morning after pill qed twaqqaf il-proċess kollu li jwassal għat-twelid ta' tarbija, mhux forma oħra ta' abort huwa? Tistaqsi l-ILLUM. Dibben tiċħad mill- ewwel, "mhux vera. U mhux jien qed ngħidu dan. Qalu l-Kap tad- Dipartiment tal-Ġinekoloġija fl- Università ta' Malta Mark Brincat, qalu wkoll il-Professur fil-Fakultà tal-Mediċina Anthony Seracino Inglott. U s'issa qed insemmi persuni lokali biss. Hemm ħafna studji u Universitajiet li juru kif fil- fatt mhux minnu li l-morning after pill hija xi ħaġa abortiva." Imma dawn kollha Universitajiet Amerikani, mhux hekk, tistaqsi din il-gazzetta. "Le mhux biss. Għandek il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġinekoloġija u Obstetriċja (FIGO) li membri fiha hemm 130 pajjiż, inkluż Malta. Dawn kollha jgħidu li fil-fatt it-tqala tibda fl-impjantazzjoni u li l-morning after pill ma tipprevjenix milli jkun hemm impjantazzjoni imma li ddewwem l-ovulazzjoni jew inkella twaqqaf l-isperma milli tiltaqa' mal-bajda. Anke l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tgħidu dan." Dibben tgħid li l-evidenza s'issa turi li dan il-kontraċettiv ma jwaqqafx it-tqala, għalkemm tammetti li hemm studji oħrajn li jgħidu li mill-evidenza ma tistax tikkonkludi dejjem u 100% li qatt ma tista' tkun mwaqqfa l-impjantazzjoni. Hija tgħid li l-Fondazzjoni m'għandhiex preferenza partikolari dwar liema morning after pill għandha tkun aċċessibbli u filwaqt li tammetti wkoll li hemm tip waħda (Mifepristone) li fil-fatt twaqqaf l-impjantazzjoni, hemm tnejn oħrajn li huma l-aktar komuni u li dan il-proċess ma jwettquhx. Il-FIGO talbu li fit-tabella ta' dawn il-prodotti jitneħħa kull referenza dwar twaqqif tal-proċess tat-tqala. Il-'morning after pill' diġà teżisti f 'Malta Minkejja dan, Dibben tisħaq li anke jekk nagħtu l-benefiċċju tad-dubju lil min qed jopponi l-morning after pill fuq il-bażi li din twaqqaf it-tqala, "jekk se nużaw l-istess argument, mela allura l-morning after pill u l-effetti tagħha ilhom li daħlu f 'pajjiżna." F'dak li jidher li jista' jġarraf l-argument kuntrarju, Dibben tfakkar kif f 'Malta ilna għal snin twal inbigħu u nagħmlu użu minn kontraċettivi li għandhom effett simili għall- morning after pill. "Kemm ilna li daħħalna l-'coil' u l-Mirena (pilloli kontraċettivi diġà legali u aċċessibbli f 'pajjiżna), daħħalna xi ħaġa li jekk se nemmen lil min hu kontra l-morning after pill, għandha l-istess effett tagħha. Fil-fatt meta ċċekkjajt u rajt kif jaħdmu, sibt li dawn jistgħu jipprevjenu l-impjantazzjoni tal-bajda fertilizzata, eżatt bħal dak li qed jgħidu li tagħmel il-morning after pill." Fil-fatt, minn tfittxija sempliċi online jidher li dan it-tip ta' kontraċettiv li diġà huwa aċċessibbli f 'Malta jista' jaħdem billi jraqqaq il-'lining' tal- uteru u għalhekk jagħmilha kważi impossibbli li sseħħ l-impjantazzjoni. Allura għalfejn dan l-istorbju kollu? Nistqarr li f 'dan il-punt tħallejt naqra mifxul. "Allura jekk għandna kontraċettiv diġà aċċessibbli u kompletament legali u li qed jinbiegħ mill-ħwienet li għandu l-istess effett ta' morning after pill, mela allura għalfejn dan l-istorbju kollu?" nistaqsiha xi ftit konfuż. "Ma nafx għalfejn għax fil-fatt ħadd ma jgħid li l-pill li għandna fil-preżent hija fil-fatt abort." Dibben sostniet li tħoss li l-kruċjati kollha li qed isiru huma eżerċizzju "biex ibezzgħu. Hawn ħafna miżinformazzjoni u ħafna li mhux qed jaraw il-kwistjoni kollha b'mod oġġettiv." Jekk int kontra l-abort missek tkun favur il-'morning after pill' Tmur pass oltrè minn hekk u mal- ILLUM tasserixxi li fil-fatt dawk li huma kontra l-abort għandhom ikunu favur il-morning after pill. "Din tipprevjeni l-abort għax sfortunatament ġraw każi ta' nies li għax ma kellhomx aċċess għal din il-pillola, għamlu abort biex ineħħu t-tqala." It-tilwima tiegħi hi mal-istat, mhux mal-Gift of Life Nirrimarka iżda li l-unika akkuża li tista' ssir fil-konfront ta' nies bħal Miriam Sciberras mela hija li hi, flimkien mal-Gift of Life, huma kontra kontraċettiv wieħed u mhux kollha. Dibben tgħid li minkejja li ma taqbilx ma' Sciberras, "din kienet konsistenti f 'dak li temmen fis- sens li anke dwar il-Mirena hija kienet uriet ir-riżervi tagħha. "L-argument u t-tilwima tiegħi hija mal-istat, għax huwa l-istat li jeħtieġ jilliċenzja l-mediċini, u huwa l-istat li jeħtieġ joffri dan il- kontraċettiv bi dritt, mhux il-Gift Aħna m'aħniex qed nitkellmu dwar l-abort u m'aħniex lesti li nitkellmu dwaru, la l-kwistjoni hija dwar kontraċettiv " " Jekk qed jgħidu li ma jaqblux mal- morning after pill għax hija abortiva, mela iva l-opinjoni tagħhom hija miżinformata " " Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt