Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum Għawdex 15 b'moħħ miftuħ li jatribwixxi dan l-istat ta' moħħ anke barra l-iskola." "Għalkemm hemm problemi tad-daesh sagħtejn bogħod minna, ma nitkellmux dwar gwerer iżda dwar il-ħajja normali ta' kuljum. Ma rridux li l-biżgħat jiddominawlna moħħna," qalilna Martin Niqola għalliem ta' 26 sena. "Irridu nfiehmu lill-Punent li pajjiżna hu kbir immens u hemm poplu li għandu l-għixien tiegħu u jgħix ħajja normali. Aħna ngħixu Erbil u Ankawa fin-naħa ta' fuq tal-Iraq fejn iż-żona tagħna hi meqjusa bħala l-Kurdistan. Iżda anke Baghdad hu aħjar minn Erbil, vera li kultant isir xi attakk suwiċida, u l-media turi li qisu Baghdad kollu twaqqa', imma din tkun żona ċkejkna u jumejn wara jkun kollox imnaddaf, iżda dan ma jġibu ħadd. "Aħna għandna proverbju fl- Iraq li l-aħbar il-ħażina tiekol l-aħbar it-tajba. Aħna qed naħdmu biex nuru li hemm ħajja fl-Iraq. Il-Kristjani li huma 0.001% tal-popolazzjoni Iraqqina, illum kollha salvati." Martin jgħallem ir-reliġjon f 'din l-iskola u għalhekk staqsejnih x'jagħmel li kieku jiġu terroristi Iżlamiċi u jagħtuh għażla li jew jibdel ir-reliġjon tiegħu inkella jeħdulu ħajtu. "Aħna nemmnu f 'Ġesù u kif iffaċċja l-mewt. Ma nibdilx ir-reliġjon tiegħi. Jista' jirnexxili naħrab il-mewt f 'din id-dinja, iżda wara rrid niffaċċja lil Alla fil-ġudizzju." Sadanittant, fost il-grupp ta' 27 student Iraqqin hemm tlieta fosthom li mhumiex studenti iżda li ġejjin minn kamp tar-refuġjati. Dawn qalulna li effettivament, lis-suldati tal-ISIS qatt ma rawhom iżda fejn kienu, ġieli jaraw il-missili neżlin u wieħed minnhom ra lil ommu u ħuh imut b'missila u għalhekk ħarab u spiċċa Erbil fejn Fr Douglas laqagħhom fiċ-ċentru tiegħu. Dawn it- tlieta ma jitkellmux bl-Ingliż iżda bl-Għarbi u għalhekk ma kienx faċli li jirrakuntaw minn xiex għaddew, iżda dawn dehru li huma differenti mill- oħrajn. Martin u l-istudenti qalulna li impressjonaw ruħhom bil-ġmiel u bil-laqgħa kbira li kellhom f 'Għawdex, "ħsibt li se nsib umdità u sħana kbira, iżda konna impressjonati anke bil-kultura u tradizzjonijiet Għawdxin fejn tħallatna ma' ħafna żgħażagħ Għawdxin u qsamna l-ħsibijiet tagħna magħhom." Martin qalilna li hu ma jixtieqx jitlaq mill-Iraq iżda jekk kellu jagħżel li jgħix ġo pajjiż ieħor barra l-Iraq kien jagħżel Għawdex żgur. "L-isbaħ mumenti li kellna kien meta ltqajna mal- president ta' Malta u mal-Isqof t'Għawdex. Mumenti li ma ninsihom qatt." Sadanittat, Angel Sabbagh qabel tlaqna lil xulxin irringrazzjatni talli kont qed inwassal messaġġ pożittiv minn żgħażagħ Iraqqini li kulħadd iħares lejhom mhux bħala poplu normali, iżda bħala refuġjati tal-gwerra li jridu jaħarbu minn pajjiżhom. "Il-gwerra ma ġibniehiex aħna fuqna, iżda aħna nsofru bħal kulħadd. L-għażla ta' gwerra hi tal-politiċi u mhux taċ- ċittadini. Aħna rridu pajjiż bla gwerra. Aħna rridu nitolbu għall-paċi u naħdmu għall- paċi għax nixtiequ li d-dinja kollha tkun tgħix fil-paċi. Iżda aħna żgħażagħ kuntenti u nixtiequ nwasslu messaġġ ta' pożittività u paċi liż-żgħażagħ kollha fid-dinja." "Ma ġejniex biex nibqgħu hawn iżda biex nieħdu esperjenza tal- kultura tagħkom. Aħna kuntenti ngħixu fl-Iraq għax hi art mill- isbaħ." imma aħna għandna s-saħħa tal-fidi' Esperjenza fil-festa tan-Nadur F'laqgħa mal-Isqof t'Għawdex FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA