Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Sports 30 Storja tal-Kampjonati Ewropej It-Tielet Parti minn Gianluca Lia Kampjonati Ewropej tal- 1988 Organizzaturi: Ġermanja tal-Punent Rebbieħa: Olanda L-aħħar edizzjoni tal- Kampjonati Ewropej tas-snin 80 ġiet organizzata fis-sajf tal-1988 ġewwa l-Ġermanja tal-Punent, fejn wara ħafna tentattivi, anke fl-edizzjonijiet preċedenti tat-Tazza tad-Dinja, rajna lill-Olanda tiġi ppremjata għal-logħob spettakolari tagħhom, iżjed magħruf bħa la Total Football. Dan kien tournament partikolari għal raġunijiet oħra wkoll, pjuttost rari. Kienet edizzjoni fejn fiha la kien hemm tkeċċija, la kien hemm partita li ntemmet mingħajr gowls u lanqas kien hemm partiti li kellhom jiġu deċiżi permezz tal-ħin barrani jew l-għoti tal-penalties. Intant, kienet l-ewwel darba, li d-detentur tat-titlu m'għaddiex għall- fażi finali hekk kif Franza spiċċaw wara l-Unjoni Sovjetika u l-Ġermanja tal- Lvant fil-preliminari. Madankollu, xorta kienet edizzjoni li offriet partiti ta' livell għoli, fejn anke spikkaw ċerti elementi individwali li 'l quddiem komplew jiktbu kapitli importanti fil-futbol internazzjonali anke f 'livell ta' klabb. Il-finali ta' din l-edizzjoni kienet saret ġewwa l-'Olympia Stadion' ta' Munich, bit-tim nazzjonali Olandiż immexxi mill- kowċ leġġendarju Rinus Michels, joħroġ rebbieħ fuq l-Unjoni Sovjetika bl-iskor ta' 2-0, grazzi għall-gowls tal-captain Ruud Gullit u Marco Van Basten. Kienet ħarba tajba tal-left back Adri van Tiggelen li tat ħajja għall-azzjoni perikoluża tal-Olanda fil-54 minuta. L-istess van Tiggelen, qassam il-ballun lejn il-midfielder ċentrali Arnold Muhren li mingħajr ma ħasibha darbtejn, qata' kross fuq it-tieni lasta li iżda deher li ma kien ħa jilħqu ħadd. Sakemm mix-xejn ħareg Marco Van Basten, li b'xutt fl-arja, tefa' wara Rinat Dasayev, biex irreġistra dak li għadu sal-lum meqjus bħala wieħed mill-isbaħ gowls fil- Kampjonati Ewropej. Ta' min josserva li f 'din l-azzjoni, il-kuncett tal- futbol totali ta' Rinus Michels ġie evidenzjat bil-fatt li kien difensur li beda din l-azzjoni permezz ta' ħarba f 'nofs il-grawnd u qassam il-ballun mal-linja, fejn kien hemm midfielder ċentrali, li eventwalment tefa' fil-kaxxa qabel ma n-numru 12 tal-Olanda xeħet il-ballun fix-xibka. Interessanti huwa l-fatt, li dawn iż-żewġ timijiet kienu flimkien fil-fażi tal-gruppi, bl-Unjoni Sovjetika tirbaħ il-grupp b'ħames punti filwaqt li l-Olanda ssegwi b'erba' punti. Kompliċi wkoll kienet ir-rebħa tal- Unjoni Sovjetika bl-iskor ta' 1-0 qabel mal-Olandiżi 'pattewielhom' fl-iżjed mument importanti tal- kompetizzjoni. Fis-semifinali, l-Unjoni Sovjetika għelbu lit-tim nazzjonali Taljan grazzi għal żewġ gowls f 'temp ta' erba' minuti skurjati minn Hennadiy Lytovchenko u Oleh Protasov. Min-naħa l-oħra, l-Olanda kisbu post fil-finali grazzi għar-rebħa drammatika kontra r-rivali tal-Ġermanja tal-Punent bl-iskor ta' 2-1. Kien Lothar Matthaeus li fetaħ l-iskor għall-Ġermaniżi, iżda ċ-champions ta' dik l-edizzjoni dawru r-riżultat bis-saħħa ta' Ronald Koeman u Marco Van Basten. Matul il-fażi tal- preliminari, Malta rnexxielha tikseb żewġ punti grazzi għal żewġ draws kontra l-Iżvizzera ġewwa darha u kontra l-Portugall, fi draw tassew prestiġġjuż ta' 2-2 ġewwa Funchal, propju fil-Portugall. Dennis Mizzi u Carmel Busuttil kienu l-eroj għall- Maltin f 'dik il-partita, fejn quddiem 12,000 spettatur, Malta kienet saħansitra qiegħda tirbaħ bl-iskor ta' 1-2. Fid-draw l-ieħor, dak kontra l-Iżvizzera, reġa' kien il-'Bużu' protagonist, meta rregala punt prezzjuż lil pajjiżu fid-89 minuta, biex Malta għalqet l-impenji tagħha b'żewġ punti, fi grupp pjuttost diffiċli li kien jinkludi saħansitra lill-Italja, bil-Maltin joħorġu telliefa darbtejn, 0-2 f 'Malta u 5-0 ġewwa Bergamo fl-Italja ftit ġimgħat wara. L-aqwa 11 tal-fażi finali: Goalkeeper: Hans van Breukelen (Olanda) Difensuri: Giuseppe Bergomi (Italja), Ronald Koeman (Olanda), Frank Rijkaard (Olanda) u Paolo Maldini (Italja) Midfielders: Giuseppe Giannini (Italja), Lothar Matthaeus (Ġermanja tal-Punent) u Jan Wouters (Olanda) Attakkanti: Ruud Gullit (Olanda), Gianluca Vialli (Italja) u Marco Van Basten (Olanda) Kampjonati Ewropej tal- 1992 Organizzaturi: Żvezja Rebbieħa: Danimarka L-edizzjoni tal-1992 tista' tiġi meqjusa bħala waħda mill-isbaħ stejjer rumanzeski li qatt offritilna l-logħba tal- futbol. Id-Danimarka kienet ittrijonfat f 'dak il- Kampjonat Ewropew u dak diġà kien fatt sorprendenti għad-dilettanti tal-futbol. Iżda l-fattur strumentali ma kienx dak, iżda l-fatt li d-Danimarka ma kinitx suppost wieħed mit- timijiet parteċipanti. Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, id- Danimarka kienet spiċċat fit-tieni post bi 13-il punt, jiġifieri punt wara l-Jugoslavja, it-tim li suppost kellu jkun involut fit-tournament li kien sar ġewwa l-Iżvezja. Madankollu, il-Jugoslavja kienu ġew imneħħija mit- tournament kawża tal- gwerra li faqqgħet propju ġewwa l-pajjiż u postu ġie meħud mill-Iskandinavi. Sabiex l-istorja tkun iżjed waħda sabiħa u li żżomm kull aspett possibbli ta' narrazzjoni indimentikabbli, il- plejers Daniżi jsostnu li huma kienu saru jafu li ħa jieħdu sehem waqt li kienu qegħdin rilassati magħqudin fuq bajja ħdejn il-baħar. Mit-trankwillità tal-baħar għall-pressjoni ta' tournament maġġuri. Dehret sfida pjuttost iebsa għad-Daniżi. Intant, minkejja li l-Unjoni Sovjetika kienet għaddiet għat-tournament, ma ħaditx sehem taħt l-isem USSR, iżda taħt l-isem Commonwealth of Independent States (CIS), kawża tal-fatt li ma baqgħetx teżisti. Fost il-pajjiżi li kienu qegħdin jilagħbu taħt dan l-isem kien hemm dawk li llum insejħulhom ir-Russja, l-Ukrajna, il-Belarus, l-Ażerbajġan u l-Moldova filwaqt li l-Estonja, il- Latvja, u l-Litwanja ma bagħtux plejers. Ruud Gullit jgħolli t-Tazza li nkurunat lill-Olanda bħala champions Ewropej -1988

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016