Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum Sports 31 Apparti dawn il-fatti, dan it-tournament kellu fatturi li għamluh wieħed partikolari fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni. Kien l-aħħar tournament li jara tmien timijiet involuti, kien l-aħħar wieħed li jippremja tim rebbieħ b'żewġ punti u kien l-aħħar tournament fejn goalkeeper seta' jaqbad il- ballun b'idu meta jirċievi pass mingħand kollega tiegħu. Però, għal dawn l-affarijiet li kienu se jiġru għall-aħħar darba, kien hemm ħaġa li kienet se tigri għall-ewwel darba, fejn il-plejers kellhom isimhom fuq il-flokk u n-numri kienu kollha minn 1 sa 20. John Jensen u Kim Vilfort kienu l-eroj tad- Danimarka li quddiem attendenza ta' 40,000 persuna ġewwa l-Ullevi ta' Goteborg, skurjaw iż-żewġ gowls li rawhom jissuperaw lit-tim tal- Ġermanja fil-finali sabiex niżżlu isimhom bħala rebbieħa għall-ewwel darba. It-triq taċ-champions ma kinitx waħda ħafifa, anzi pjuttost sabu mitt elf ostaklu. Fil-fażi tal-gruppi, huma kkwalifikaw b'telfa, bi draw u b'rebħa għal total ta' erba' punti, bit-telfa tagħhom tiġi kontra l-ġirien Żvediżi. Fis-semifinali ltaqgħu maċ-champions renjanti tal- Olanda, fejn wara li l-partita spiċċat fi draw ta' 2-2, id-Daniżi qatgħu passaġġ għall-finali grazzi għall-għoti tal-penaltis. Min-naħa l-oħra, il- Ġermanja wkoll għaddew bi tliet punti għas-semifinali, fejn hemmhekk iltaqgħu mal-ospiti tal-Iżvezja. Din kienet partita missielta li kellha tiġi deċiża grazzi għall- gowl ta' Karl-Heinz Riedle fit-88 minuta għal skor finali ta' 2-3. Intant, nagħtu ħarsa wkoll lejn il-prestazzjonijiet tat- tim nazzjonali Malti fil-fażi preliminari fejn wieħed jista' jgħid li kellhom grupp tqil, li kien jinkludi fost l-oħrajn id-detenturi tat- titlu, l-Olanda. Madankollu, fil-partita li ntlagħbet ġewwa l-Olanda, it-tim Malti kien ħareġ tellief bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl jiġi skurjat mill-leġġendarju Marco Van Basten mill-11-il metru. Fost riżultati oħra, Malta ġiet draw mal-Finlandja bl-iskor ta' 1-1, b'Hubert Suda jkun l-iskorer filwaqt li Stefan Sultana kien l-iskorer fid-draw ta' 1-1 l-ieħor irreġistrat kontra l-Greċja. L-aqwa 11 tal-fażi finali: Goalkeeper: Peter Schmeichel (Danimarka) Difensuri: Joceyln Angoma (Franza), Laurent Blanc (Franza), Jurgen Kohler (Ġermanja) u Andreas Brehme (Ġermanja). Midfielders: Ruud Gullit (Olanda), Stefan Effenberg (Ġermanja), Thomas Hassler (Ġermanja) u Brian Laudrup (Danimarka) Attakkanti: Dennis Bergkamp (Olanda) u Marco Van Basten (Olanda) Kampjonati Ewropej tal- 1996 Organizzaturi: Ingilterra Rebbieħa: Ġermanja L-ewwel edizzjoni tal- Kampjonati Ewropej b'16 -il tim seħħet fl-1996, meta f 'dak is-sajf, din it-tazza prestiġjuża ġiet ikkontestata ġewwa l-Ingilterra. Din l-edizzjoni baqgħet imsemmija għal raġunijiet varji, b'waħda minnhom tkun li kien fiha waħda mill-iżjed attendenzi għoljin inġenerali, b'medja ta' 42,000 spettatur kull partita. Barra minn hekk, il-Ġermanja kienu l-ewwel tim li rebħu din it-tazza, grazzi għas- sistema tal-golden goal. Hekk kif semmejna l-Ġermanja, ta' min isemmi wkoll li dan it-trijonf kien ifisser l-ewwel tournament maġġuri mirbuħ mill-Ġermanja bħala pajjiż magħqud, wara l-waqgħa tal- ħajt ta' Berlin. Il-Ġermanja 'pattew' għad- disfatta tal-finali tal-1976, meta kienu tilfu kontra ċ-Ċekoslovakkja, hekk kif fil-finali reġgħu ltaqgħu mal-istess avversarju, iżda din id-darba taħt l-isem ta' Repubblika Ċeka. Fil-finali, milgħuba ġewwa l-famuż Wembley Stadium l-antik, il-Ġermanja rebħu b'mod drammatiku grazzi għall- gowl ta' Oliver Bierhoff fil-ħin barrani, anke grazzi għall-kompliċità tal- goalkeeper Ċek, Kouba, li ma rnexxielux iżomm ix-xutt tal-eks attakkant ta' AC Milan, Udinese u Chievo Verona. Kien l-istess Bierhoff li skorja l-gowl tad-draw, wara li ċ-Ċeki kienu marru fil-vantaġġ grazzi għall-gowl ta' Patrik Berger. Iż-żewġ finalisti kienu diġà ltaqgħu kontra xulxin fl-istess edizzjoni, hekk kif huma fetħu l-impenji tagħhom minn Grupp C, b'konfront dirett, bil-Ġermaniżi joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0, mentri l-Ġermanja għaddew b'mod komdu, b'żewġ rebħiet u draw, iċ-Ċeki kellhom jagħmlu l-impossibbli u rnexxielhom jagħmluha grazzi anke għar-rebħa sorprendenti fuq l-Italja bl-iskor ta' 2-1. Fil-kwarti tal-finali, il-Ġermaniżi kienu għelbu lill-Kroazja bl-iskor ta' 2-1 filwaqt li ċ-Ċeki komplew l-avventura tagħhom permezz ta' rebħa minima ta' 1-0 fuq il-Portugall. Iż- żewġ timijiet ibbukkjaw post fil-finali wara l-għoti tal- penaltis. Ir-Repubblika Ċeka għaddew għall-finali wara li għelbu lit-tim ta' Franza mentri l-Ġermaniżi għaddew minn fuq l-organizzaturi, sewwa sew l-Ingilterra. Sadanittant, ta' min isemmi li l-istess Repubblika Ċeka kienet fl-istess grupp preliminari ma' pajjiżna, fejn saħansitra Malta kien anke rnexxielha tiġbor punt f 'darha wara l-parità ta' 0-0 f 'Ta' Qali. Dak iż-żmien, it-tim Malti kien imexxi mill-kowċ attwali, Pietro Ghedin. Matul dawk il-kwalifikazzjonijiet, Malta kienet ġabret punt ieħor, din id-darba kontra l-Belarus, fejn David Carabott kien skorja l-gowl tad-dro li bih temm il-partita f 'parità ta' 1-1. Barra minn hekk, Malta affrontat anke lill-Olanda, b'dawn tal-aħħar jittrijonfaw fiż-żewġ impenji kontra pajjiżna, iżda madankollu kellhom bżonn il-play-offs sabiex jaqtgħu passaġġ lejn l-Ingilterra. L-aqwa 11 tal-fażi finali: Gowlkiper: Andreas Kopke (Ġermanja) Difensuri: Laurent Blanc (Franza), Marcel Desailly (Franza), Matthias Sammer (Ġermanja) u Paolo Maldini (Italja) Midfilders: Paul Gascoigne (Ingilterra), Dieter Eilts (Germanja) u Karel Poborsky (Repubblika Ċeka) Attakkanti: Alan Shearer (Ingilterra), Hristo Stoichkov (Bulgarija) u Davor Suker (Kroazja) Tkompli l-ġimgħa d-dieħla... Plejers tad-Danimarka ji rħu wara li saru champions Ewropej -1992 Plejers tal-Ġermanja ji rħu wara li saru champions Ewropej -1996