Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum Intervista 13 nagħmlu għaġeb għalxejn? of Life." Kultura ta' mewt u disponibbiltà Il-Gift of Life u nies bħal Sciberras qed jgħidu li aċċess ikbar għall- morning after pill jista' joħloq dik li jsejulha 'kultura ta' mewt' u kultura li bil-ħajja tista' tiddisponi kif trid. Dibben ma tħossx li dan jista' jkun minnu? Ma tibżax minn dan? "F'dak il-każ id-diskussjoni missha bdiet meta daħlu l-pilloli fis-suq, meta daħlet il-Mirena bejn 10 u 15-il sena ilu. Għalfejn dakinhar m'opponewx l-introduzzjoni ta' dawn il-pilloli wkoll?" Dibben tisħaq li l-kontraċettiv huwa "dritt tal-mara u tal-koppja. Huwa dritt tagħhom li jużaw il-kontraċezzjoni biex jippjanaw il-famija kif iridu." Hi tfakkar kif il-liġi ta' Malta ma tippermettix l-abort "u aħna m'aħniex qed nitolbu li din il-liġi tibidel. Aħna qed nitolbu biss li xi ħaġa li hija legali, tkun aċċessibbli." Fil-fatt, Malta rratifikat il- Konvenzjoni għall-Eliminazzjoni ta' kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u fir- ratifika tat id-dritt lill-mara li taċċessa kull tip ta' kontraċettiv. L-ILLUM tfakkar li hemm biżgħa li dak li jmiss huwa li Malta tneħħi l-'opt out' li applikat qabel ma ffirmat il-konvenzjoni u ddaħħal l-abort. Imma Dibben ma taqbilx ma' dan u tfakkar kif Malta għandha liġi, u liġi ma tistax tinbidel kif ġieb u laħaq. "Malta applikat għal deroga għall-abort, imma rratifikat ukoll il-parti li tittratta l-kontraċettivi. Huwa ċar dak li aċċetta u rratifika pajjiżna, issa jeħtieġ li dak li rratifikajna jkun onorat." Dibben tfakkar ukoll li minkejja dak li jista' jiddeċiedi l-Gvern, huma se jħallu f 'idejn il-Qorti biex tieħu deċiżjoni dwar l-aċċess ta' din il-pillola fis-suq Malti. L-ebda Deputata ma' qalet li hi favur Minn kuntatt li għamlet din il-gazzetta ma' kull waħda mid- disa' Deputati nisa, l-ebda waħda ma kienet lesta li tieħu pożizzjoni favur il-morning after pill. Fil-fatt din il-gazzetta rrappurtat kif kien hemm erba' Deputati li kienu ċari fil-pożizzjoni tagħhom kontra. Dawn kienu Claudette Buttigieg, Giovanna Debono, Kristy Debono u Marlene Farrugia. Marthese Portelli u Paula Mifsud Bonnici, it-tnejn wieġbu dwar l-abort, Justyne Caruana ma riditx tagħti risposta u Deborah Schembri qaltilna li għad trid tevalwa iktar, qabel tasal għal deċiżjoni. Il-Ministru Helena Dalli kienet qalet lill-ILLUM li għandha opinjoni u se tesprimiha internament, għalkemm ftit sigħat wara li kienet ippubblikata l-istorja fuq l-ILLUM, stqarret il-pożizzjoni tagħha favur. Buttigieg kienet l-aktar waħda voċifera, fakkret l-ILLUM lil Dibben, "imma hi qalet li ma taqbilx mal-abort, mhux il-morning after pill. Hawn ħafna miżinformazzjoni dwar din il- kwistjoni u hawn ħafna li qed iqabblu l-kontraċettiv mal-abort." Allura Dibben qed takkuża li dawn id-Deputati nisa huma miżinformati? "L-appell tiegħi huwa li jikkonsultaw u jaslu għal opinjoni wara li jitkellmu aktar dwar din il-kwistjoni. Jekk qed jgħidu li ma jaqblux mal-morning after pill għax hija abortiva, mela iva l-opinjoni tagħhom hija miżinformata." Jekk ma naslux f 'Malta, immorru fl-UE Andrea Dibben, kemm tħossha kunfidenti li l-affarijiet jistgħu jimxu 'l quddiem fid-dawl tal-fatt li l-Gvern Laburista preżenti diġà għamel bosta avvanzi fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem f 'dawn l-aħħar tliet snin. Dwar din il- kwsitjoni s'issa kienu żewġ fergħat tal-Partit Laburista li ħarġu favur, il-Forum Zgħażagħ Laburisti u Nisa Laburisti. L-Alternattiva Demokratika ddeskriviet il- morning after pill bħala "bżonn." Il-Partit Nazzjonalista, jew fergħat mill-istess partit għadhom siekta. Dan l-aħħar, kwistjonijiet ta' drittijiet ċivili ngħataw spinta, l-ILLUM tistaqsi lil Dibben, 'tħossok kunfidenti li l-affarijiet se jaslu xi mkien?' Dibben twieġeb li tittama li s-sens komun jirbaħ. "Imma nagħmluha ċara li jekk is- sitwazzjoni ma tinbidilx mhux se noqogħdu nistennew is-snin, għax kuljum jista' jkun hemm mara li jkollha bżonn tuża l-morning after pill." "Se nfittxu l-passi legali kollha u jekk ma naslux fil-Qorti Maltija lesti li mmorru l-Qorti tad- Drittijiet tal-Bniedem fl-Ewropa. M'aħniex se nieqfu." L-Irlanda u l-Polonja fejn hemm restrizzjonijiet fuq l-abort, il-morning after pill hija legali u aċċessibbli mill- ħwienet " Ritratt: Raphael Farrugia " Andrea Dibben

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016