Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 24 Kummerċjali GO żżomm il-Premier League u Serie A, u żżid l-Emirates FA Cup GO, għal darb'oħra, kisbet id-drittijiet biex ixxandar il-Premier League Ingliż. Matul it-tliet staġuni li ġejjin, mill-2016/17 sal-2018/19, GO Sports ser tkun qed ixxandar 380 logħba fis- sena. Barra minn hekk, GO kisbet id-drittijiet esklussivi għaż-żewġ staġuni li jmiss tal-Emirates FA Cup u s-Serie A tal-Italja. Meta kien qed jikkummenta dwar il-ksib ta' dawn id-drittijiet prestiġġjużi, il-Kap Eżekuttiv ta' GO, Yiannos Michaelides qal, "GO tinsab ħerqana li żammet id-drittijiet esklussivi għall-Premier League, Serie A u issa wkoll għall-Emirates FA Cup; b'din tal-aħħar wara nuqqas ta' 4 staġuni. Dawn l-isħubijiet fit-tul mal-iktar kampjonati prestiġġjużi u ammirati tal-futbol jiffurmaw parti ċentrali tal-impenn ta' GO biex tipprovdi l-aqwa kontenut tat-TV u pakketti broadband lill-klijenti." Fl-staġun li ġej, il-klijenti ta' GO Sports ser ikunu jistgħu jgawdu 380 logħba tal-Premier League Ingliż kull staġun, b'200 minnhom live u 180 logħba mxandra sagħtejn wara, 380 logħba live ta' Serie A kollha b'kummentarju Taljan, u 60 logħba live tal-Emirates FA Cup. Michaelides żied jgħid li "l-qasam tat-TV ta' GO, sar suċċess kbir billi jipprovdi lid- djar b'divertiment televiżiv ta' kwalità. Il-kisbiet ta' kontenut premium bħalma huma l-Premier League, l-Emirates FA Cup u s-Serie A tal-Italja huma parti mill-investiment kapitali strateġiku immirat li jipprovdi l-aqwa f 'dak li hu kontenut ta' Premium TV". Dan kollu, flimkien mad- drittjiet kurrenti għaċ- Champions League, Formula 1, Wimbledon Tennis, Rugby u Golf, jikkonfermaw lill-GO bħala l-aqwa fornitur ta' Premium Sports. Il-klijenti jistgħu jabbonaw għall-pakketti ta' GO sports premium ta' 8 stazzjonijiet fuq GO Interactive biex jiżguraw il-massimu ta' live coverage bl-għażla li jaraw GO sports 1 u 2 f 'kwalità HD. Il-klijenti ta' GO Sports ser jieħdu pajċir isegwu l-azzjonijiet kollha tal-Premier League Ingliż hekk kif Leicester City jibdew jiddefendu t-titlu tagħhom KFC Gzira b'dehra ġdida Il-KFC tal-Gżira reġa' fetaħ il-bibien tiegħu b'dehra ġdida u friska wara xogħol estensiv ta' tisbiħ. Il-ftuħ kien iċċelebrat bi żjara speċjali ta' impersonatur tal-fundatur tal-KFC Colonel Sanders, li mar ukoll Tas- Sliema biex jiltaqa' u jkellem lill-ammiraturi. Il-Ħadd, 12 ta' Ġunju, tpoġġiet gabbana għar- ritratti fir-restorant tal-KFC u l-klijenti setgħu jieħdu r-ritratti ma' sħabhom u jieħdu l-polaroid kommemorattiv magħhom id-dar. Is-Sur John Bonello Ghio, Farsons Group Head of Food Business, qal li, "Ninsabu kburin ħafna li għamilna pass kbir daqs dan mal-KFC din is-sena. Kmieni din is-sena ftaħna restorant u 'drive thru' ġdid fil-Mosta u l-pass li kien imissna nagħmlu kien li nagħtu dehra ġdida lir-restorant tal-Gżira. Nafu li dan hu post speċjali għal qalb il- klijenti tagħna għax kien wieħed mill-ewwel restoranti tal-KFC li fetaħ f 'Malta. Issa hu l-aktar wieħed modern, bl-aħħar disinn tal-KFC." Id-disinn tar-restorant jiċċelebra l-ispirtu veru u l-uniċità tal-KFC, b'Colonel Harland Sanders u r-riċetta sigrieta tiegħu, bi 11-il tip differenti ta' ħwawar, fil-qalba tal-kunċett. Colonel Sanders, il-fundatur tad-dittà, fetaħ l-ewwel restorant tal-KFC fl-1930 f 'Kentucky, l-Amerka, u żviluppa r-riċetta sigrieta tiegħu fl-1940. Sal-1964 kien hemm aktar minn 600 restorant tal-KFC madwar id-dinja u l-ewwel wieħed f 'Malta fetaħ fl-1996. Id-disinn joħroġ ukoll l-awtentiċità tal-marka għax juri l-mod li bih it-tiġieġ jiġi ppreparat frisk kuljum, bil- kokijiet tar-restorant li jsegwu r-riċetta u l-metodu oriġinali li ħoloq il-fundatur Sanders. It-tiġieġ tal-KFC huma uniċi. Bis-saħħa tal-ingredjenti ġenwini u t-tħejjija u s-sajran tagħhom matul il-ġurnata, il- klijenti jgawdu ikla tajba. L-għan tat-tisbiħ tar-restorant tal-Gżira kien li nagħtu lill-klijenti tagħna esperjenza memorabbli meta jmorru jieklu għand il-KFC. Reġa' beda wkoll is-servizz tad-'delivery' għaż-żoni ta' qrib ir-restorant. Segwi KFC Malta minn facebook.com/KFCmalta jew idħol fis-sit www.kfc.com.mt. Fans tal-Kia mistiedna jaraw il-logħob tal-EUFA Euro 2016 Sitt plejers dilettanti tal-futbol li għaqqdu l-'Gilba FC' u li ħadu sehem fit-tournament 'Kia Champ in the Arena' jinsabu fi Franza biex jaraw il-logħob tal-kwarti tal-finali tal-EUFA Euro 2016 bejn id-29 ta' Ġunju u t-3 ta' Lulju. Ir-rebbieħa huma Ludwig Fardell, Emmanuel Cutajar, Marlon Farrugia, Gilbert Camilleri, Gaynor D'Amato u Glenn Bonello. Is-sitt iħbieb għaqqdu l-Gilba FC biex jikkompetu kontra 17-il tim ieħor fit-tournament 5-a-side li sar fuq ġurnata u li ġie organizzat mill-Kia fil-Grawnds tal-Luxol f'Pembroke. Kumpaniji u gruppi ta' ħbieb differenti għaqqdu timijiet tal-futbol apposta biex jieħdu sehem fit-tournament 'Kia Champ in the Arena' biex jidħlu fiċ-ċans li jirbħu t-trattament VIP tal-Kia u jivvjaġġaw lejn Franza għall-kwarti tal-finali tal-Euro 2016. It-tim Malti rebbieħ se jieħu sehem ukoll fit-Tournament Finali Dinji organizzat mill-Kia Motors, biex jikkompeti kontra timijiet rebbieħa oħra li ħadu sehem f'tournaments simili organizzati mill-Kia f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. Il-Kia Motors ilha tappoġġja lill-EURO™ għal dawn l-aħħar 10 snin u hija wieħed mill-10 sponsors dinjin tal-UEFA u s-sieħeb uffiċjali fil-qasam tal- karozzi għall-EURO 2016™ li qed isir bejn l-10 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju f'Pariġi, Franza. Minħabba dan, il-Cars International, li huma r-rappreżentanti tal-Kia Motors f'Malta, taw lil dawn id-dilettanti tal-futbol l-opportunità li joqorbu aktar lejn il-logħba tal-futbol billi jieħdu sehem f'tournament 5-a-side lokali u jidħlu fiċ-ċans li jirbħu vjaġġ kollox inkluż lejn Pariġi għall- mistennija EURO 2016™. Il-programm 'KIA Champ into the Arena' huwa appoġġjat mill- Air Malta. Ir-rebbieħa tat-turnew tal-5-a-side li jinsabu fi Franza jsegwu l-logħob tal-Euro 2016