Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum fid-dinja ta' kull żmien Sports 35 livell u nemmen li tista' sservi bħala motivazzjoni. Meta bdejt nirreffja madwar 20 sena ilu, qatt ma stennejt li kont ħa nkun qiegħed naqla' l-ħobża ta' kuljum permezz ta' dan l-irwol. Kienet esperjenza sabiħa u nħeġġeġ ħafna oħrajn jagħżlu l-istess triq. Kif għandna nimmaġinaw il-ħajja ta' referi fuq il-panel tal-FIFA? Hija ħajja sabiħa għall-fatt li ta' spiss ħa tkun involut fl-aqwa partiti tal-futbol madwar id-dinja u apparti minn hekk tkun qiegħed tagħmel xi ħaġa li tħobb. Kif kont iżżomm il-bilanċ bejn l-arbitraġġ u l-ħajja privata? Il-bilanċ huwa bżonnjuż iżda mhux faċli. Aħna bħala referis, irridu nagħmlu ħafna sagrifiċċji u rridu d-determinazzjoni biex naslu. Imma fl-istess ħin irridu niftakru li aħna naslu fejn naslu bl-għajnuna tal-familja u l-ħbieb, jiġifieri huwa importanti li nsibu ħin għalihom, bħalma huma sabu għalina. L-iżjed partita memorabbli għalik? Dawk il-50 ġurnata tal-2010, bejn finali taċ-Champions League u tat-Tazza tad-Dinja. Mingħajr dubju kienu żewġ partiti ta' pressjoni kbira u ma kinitx xi ħaġa li kull referi kellu ċ-ċans li jagħmel. Barra minn hekk nistqarr li l-finali tat- Tazza tad-Dinja tal-2010 f 'Johannesburg biddlitli ħajti. X'għandu bżonn referi biex ikun mentalment b'saħħtu? Personalment, jien kien ikolli aċċess għall-psikologa tal-isport. Kont inkun involut anke f 'diskussjonijiet bħala gruppi, fejn hemmhekk stajt nesprimi iżjed il-pożizzjonijiet tiegħi u forsi anke xi sitwazzjonijiet personali. Fl-aħħar mill-aħħar, l-arbitraġġ irid ikun xi ħaġa bbażata fuq kunfidenza u fiduċja. Barra minn hekk, jien inħobb inħares lejn esperjenzi passati sabiex inkompli niggwadanja iżjed esperjenza. Fl-aħħar mill-aħħar, il- kwalità ta' nies li għamiltha magħhom għenitni ħafna wkoll. Kif kien jirnexxielek iżżomm il- konċentrazzjoni matul il-partiti? Naturalment, ma kontx naffordja nitlef il-konċentrazzjoni matul il- partiti u xi ħaġa li kienet fundamentali, hija l-komunikazzjoni mal-bqija tat- tim ta' referis tiegħi matul il-partiti. Kif kien jirnexxielek tibqa' kalm wara xi żball? L-iżbalji huma parti inevitabbli minn xogħolna, jiġifieri bilfors kien ikollna bżonn nibqgħu kalmi. Is-sigriet tagħha huwa li fid-drabi ta' wara, ma tirrepetix l-istess żbalji, sabiex tibqa' ttejjeb il- livell tiegħek. Ir-referis Ingliżi huma tradizzjonalment famużi għall-istil liberu tagħhom. Min-naħa tiegħek, kont tbiddel is-sistema meta kont tirreffja partiti internazzjonali jew kont iżżomm l-istess stil? Jien nemmen li wasalt fejn wasalt, għaliex kont kapaċi naddatta għal stili differenti. Trid tkun kapaċi tintegra mal-kultura tal-futbol tal-pajjiżi jew nazzjonijiet li jkunu ġejjin minnhom il-klabbs. Ovvjament, hemm il- 'Laws of the Game' bħala referenza strutturali, imma fl-aħħar mill-aħħar, trid tkun anke kapaċi tuża s-sens komun. L-iżjed fatturi important għal referi? Umiltà, kunfidenza u fiduċja. X'inhu l-messaġġ tiegħek lejn ir-referis aspiranti? Inħeġġiġhom biex jibqgħu jsegwu din it-triq. Mhix l-eħfef ħaġa fid-dinja, imma min verament jixtieq jaqbad din il-karriera u jixtieq li jibqa' involut fil- futbol, din hi opportunità sabiħa. Huwa importanti li jiżdied l-ammont ta' referis ġodda għaliex bħalissa hawn ħafna nuqqas u dan huwa ta' dannu għall- futbol mondjali. Twieled -14 ta' Lulju tal-1971 ġewwa Rotherham, -Ingilterra Huwa kkunsidrat fost wieħed mill-aqwa referis tal-futbol d-dinja ta' kull żmien Irrea diversi nali domestiċi -Ingilterra fosthom l-FA Cup u l-Community Shield Fl-2010, sar l-ewwel referi li rrea nali tal- UEFA Champions League u tat-Tazza tad-Dinja -istess sena Irtira mill-irwol ta' referi f 'Awwissu tal-2014 Bħalissa, qiegħed jaħdem bħala analista, ma' 'BT Sport' Howard Webb "X'għandu bżonn referi? Umiltà, kunfidenza u fiducja''

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016